Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel Primarji ta’ Wied il-Għajn – studenti reġistrati f’din is-sena akkademika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati f’din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji ta’ Wied il-Għajn u dan komplessivament u sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; St Thomas More CollegeK1K2Y1Y2Y3Y4Y5Y6Total · Marsaskala Primary (St Anne) 4788746669655658523 · Marsaskala Primary (St Joachim) 7454575859373852429 Total ta’ studenti12114213112412810294110952

Skejjel Primarji taż-Żejtun – studenti reġistrati f’din is-sena akkademika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati f’din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji taż-Żejtun u dan komplessivament u sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; St Thomas More College K1 K2 Y1 Y2 Y3 Y4 Y5 Y6 Total ·Żejtun Primary A 109 103 100 63 85 460 ·Zejtun Primary B 92 81 73 246 Total ta’ studenti 109 103 100 63 85 92 81 73 706

Skejjel Primarji ta’ Ħal Għaxaq – studenti reġistrati f’din is-sena akkademika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati f’din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji ta’ Ħal Għaxaq u dan komplessivament u sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; St Benedict College K1 K2 Y1 Y2 Y3 Y4 Y5 Y6 Grand Total ·Għaxaq Primary 50 54 46 54 46 33 46 34 363

Skejjel Primarji ta’ Marsaxlokk – student reġistrati f’din is-sena akkademika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati f’din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji ta’ Marsaxlokk u dan komplessivament u sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; St Thomas More CollegeK1K2Y1Y2Y3Y4Y5Y6Grand Total Marsaxlokk Primary3630181615352420194

Breast screening

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm nisa li għamlu screening tal-Kanċer tas-Sider minn meta twaqqaf il-programm fl-2009 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kull sena, kemm intbagħtu inviti, kemm ġew aċċettati u kemm instabu li kellhom kanċer?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija skont it-tabella t'hawn taħt. SENA INVITI MIBGĦUTA NISA LI ATTENDEW KAŻIJIET TA’ KANĊER MISJUBA MIL- BREAST SCREENING Ott – Diċ 2009 1, 878 654 6 2010 11, 698 5, 690 43 2011 10,058 5, 385 59 2012 10,033 5, 594 58 2013 14, 359 7,169 39 2014 15, 130 9, 072 49 2015 16, 734 11,524 81 2016 17,903 9,224 41 2017 26,114 13,190 62 2018 20, 480 13, 772 57 2019 19, 900 13, 293 66 2020* 9, 111 7,287 52 2021 12, 856 11, 666 100 Jan - Ott 2022 11,417 10, 211 81 *Iċ-Ċentru tal-Screening kien magħluq minn nofs April sa Lulju minħabba l-pandemija tal-COVID.

Kanċer tal-prostata

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena, kemm kien hemm irġiel li ħarġilhom kanċer tal-prostata mill-2010 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. interpellant illi l-istatistika ta’ każi ġodda ta’ kanċer tal-prostata bejn is-sena 2010 u 2019 hi skont t-tabelli mehmuża hawn taħt. Kappa t’età 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 0- 5 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 5-9 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 10-14 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 15-19 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 20-24 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 25-29 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 30-34 0 0 0 0 1 0 0 0 0 0 35-39 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 40-44 1 0 0 0 1 1 0 0 0 0 45-49 0 0 1 2 2 1 1 0 0 2 50-54 5 6 2 5 7 6 1 4 3 3 55-59 19 22 19 14 14 17 17 17 16 9 60-64 31 24 30 35 25 40 29 21 24 32 65-69 38 57 37 57 40 52 59 33 38 51 70-74 48 39 26 48 47 50 50 43 58 72 75-79 36 27 25 35 28 41 34 38 28 61 80-84 19 25 13 16 17 21 19 17 15 24 85+ 12 10 10 15 7 3 6 10 6 19 Total għas-sena 209 210 163 227 189 232 216 183 188 273

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej. Ladarba dan ikun lest, tingħata l-informazzjoni.

Ministeru għas-Saħħa – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3391.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3391 tal-istess Seduta.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1532, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta' sigħat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' sigħat tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1535 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 376, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-ħaddiema mal-kuntrattur huwa ta’ 34.

Servizz tal-ferry mix-Xatt ta’ Bormla sal-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jressaq ir-rappreżentazzjonijiet, direzzjonijiet jew ordnijiet neċessarji sabiex fil-ġimgħa ta’ bejn l-1 ta’ Diċembru u t-8 ta’ Diċembru, is-servizz tal-Ferry mix-xatt ta’ Bormla sal-Belt jiżdied u jidħol wara l-ħin tal-11.30 p.m. in vista tal-Festa tal-Immakulata?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Ferry, għalkemm jopera bi ftehim mal-Awtorità, huwa servizz privat. Sfortunatament, ir-rotta bejn it-3 ibliet u l-Belt Valletta meta fuq talba tal-Awtorità tiġi estiża waqt l-istaġun tas-sajf, normalment topera b’telf. Għaldaqstant, iktar u iktar issa li qegħdin fl-istaġun tax-xitwa id-domanda tkun ferm inqas speċjalment f’ħinijiet estiżi u allura, estensjoni sal-11.30 p.m. għal ġimgħa sħiħa għal din l-okkażjoni ma tkunx vijabbli għall-Operatur bl-ispejjeż kollha involuti biex jiġi pprovdut is-servizz. Madankollu, l-Awtorità, bi ftehim mal-Operatur, se titlob estensjoni tas-servizz għal ġurnata massimu tnejn bejn is-7 u t-8 ta’ Diċembru, anke jekk din tinvolvi spejjeż addizzjonali, biex il-pubbliku jkun jista' jgawdi lejliet u nhar il-festa tal-Kunċizzjoni.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għall-Konferenza tal-Aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza u z-Zuntier quddiem il-Knisja Parokkjali ta’ Ħal Tarxien kif ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari sussegwenti, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu l-pjani u d-disinji relattivi u jekk ġewx konsultati l-awtoritajiet relattivi u l-istess kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi qed jinżammu laqgħat bejn Infrastructure Malta u l-Kunsill Lokali dwar dan l-imsemmi proġett tal-pjazza u z-zuntier. Infurmat ukoll illi l-proġett qed jitwettaq parzjalment minn Infrastructure Malta u parzjalment mill-Kunsill Lokali. Il-Kunsill se jkun qed jagħmel użu mid-Development Planning Funds sabiex jagħmel tajjeb għall-pavimentar u l-fanali tal-pjazza u l-isqaqien tal-madwar. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali rispettiv daħal ukoll fi ftehim mal-Arcipriet sabiex jagħmel tajjeb għar-restawr taz-zuntier tal-Knisja. Intant, infurmat li bis-saħħa tad-Development Planning Fund, il-Kunsill rispettiv mhux ser ikun qed jonfoq fondi addizzjonali mill-allokazzjoni finanzjarja tiegħu.

Il-Gżira – żieda fl-atti kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin fil-Gżira?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati ġewwa l-Gżira, fis-sistema tal-Pulizija, mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, huma kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Mill-figuri mis-sena 2020 ma jistax jingħad li kien hemm xi żieda. Gzira 2017 2018 2019 2020 2021 Up to 30/09/2022 ABANDON OF CHILD 0 0 0 1 0 0 ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 0 0 0 1 0 0 ARSON 2 2 4 0 0 0 ATTEMPTED OFFENCES 16 12 17 12 9 3 BODILY HARM 20 23 27 26 26 9 COMPUTER MISUSE 5 2 8 6 6 2 DAMAGE 88 91 115 102 110 74 DOMESTIC VIOLENCE 32 16 23 22 23 23 DRUGS 3 3 4 2 9 0 FORGERY 0 1 0 1 0 0 FRAUD 14 17 23 17 37 21 MONEY LAUNDERING 0 1 3 1 0 0 PORNOGRAPHY 0 1 0 0 1 0 PRETENDED RIGHTS 0 1 8 7 6 9 PROSTITUTION 6 0 0 0 0 0 SEXUAL OFFENCE 3 3 1 2 1 2 THEFT 178 146 216 151 135 99 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 3 10 5 7 10 5 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 0 0 0 0 0 1 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 1 1 1 2 0 1 Grand Total 371 330 455 360 373 249

L-Imsida – żieda fl-atti kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin fl-Imsida?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fl-Imsida, fis-sistema tal Pulizija, mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-medja u l-varjazzjoni tal-ammont ta’ reati f’dan il-perjodu huma relattivament qrib. Msida 2017 2018 2019 2020 2021 Up to 30/09/2022 ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 0 1 0 1 2 0 ARSON 3 1 2 1 0 1 ATTEMPTED OFFENCES 23 17 23 26 10 8 BODILY HARM 24 31 35 29 26 23 COMPUTER MISUSE 4 6 6 10 6 9 CRIMES - RELIGIOUS SENTIMENT 1 0 0 0 0 0 CRIMES AGAINST PUBLIC PEACE 0 0 0 0 0 1 CRIMES VS ADMIN OF JUSTICE ETC 0 0 0 1 0 0 DAMAGE 151 131 131 113 156 96 DOMESTIC VIOLENCE 15 21 23 31 55 25 DRUGS 4 7 4 4 17 6 FORGERY 3 1 1 2 0 3 FRAUD 37 25 24 22 67 37 HOMICIDE 0 0 0 1 0 0 IMMIGRATION 0 0 0 0 0 2 MONEY LAUNDERING 0 0 0 1 4 0 PORNOGRAPHY 0 1 0 0 2 0 PRETENDED RIGHTS 1 2 4 5 8 6 SEXUAL OFFENCE 3 1 6 7 5 6 THEFT 248 228 261 201 143 106 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 7 9 10 9 12 14 TRAFFICKING OF PERSONS 0 1 0 0 0 0 VIOLATION OF PLACES OF CONFINE 0 0 3 0 1 0 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 4 5 3 3 6 3 Grand Total 528 488 536 467 520 346

San Ġwann – żieda fl-atti kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin f’San Ġwann?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati f’San Ġwann, fis-sistema tal Pulizija, mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Ħlief is-sena li għaddiet, il-medja ta’ rapporti għal kull sena hija relattivatment qrib. San Gwann 2017 2018 2019 2020 2021 Up to 30/09/2022 ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 1 0 0 0 0 0 ARSON 0 1 1 0 1 0 ATTEMPTED OFFENCES 24 11 18 11 7 6 BODILY HARM 21 9 19 17 6 14 COMPUTER MISUSE 5 6 5 2 10 10 CRIMES AGAINST PUBLIC SAFETY 0 1 0 0 0 0 DAMAGE 73 65 58 70 63 59 DOMESTIC VIOLENCE 30 26 21 27 36 21 DRUGS 2 2 1 4 6 2 FORGERY 0 2 2 0 1 1 FRAUD 21 17 18 13 68 20 IMMIGRATION 1 0 0 0 1 0 MONEY LAUNDERING 0 0 0 0 2 0 PERJURY AND FALSE SWEARING 0 0 0 1 0 0 PORNOGRAPHY 0 0 0 0 1 0 PRETENDED RIGHTS 7 6 8 7 3 2 SEXUAL OFFENCE 0 3 3 1 3 3 THEFT 98 80 100 72 82 53 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 3 13 3 3 8 9 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 0 0 0 1 0 0 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 1 4 3 1 3 3 Grand Total 287 246 260 230 301 203

Tax-Xbiex – żieda fl-atti kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin f’Ta’ Xbiex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati f’Ta’ Xbiex, fis-sistema tal Pulizija, mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Ma jistax jingħad li kien hemm xi żieda li tispikka u l-varjazzjoni fil-figuri għal kull sena hija relattivatment baxxa. Ta’ Xbiex 2017 2018 2019 2020 2021 Up to 30/09/2022 ARSON 0 1 2 0 0 0 ATTEMPTED OFFENCES 6 3 7 6 6 4 BODILY HARM 4 2 1 4 2 4 COMPUTER MISUSE 0 3 4 3 2 4 DAMAGE 34 34 29 20 30 20 DOMESTIC VIOLENCE 6 3 4 7 15 4 DRUGS 1 2 1 0 0 0 FORGERY 0 0 0 0 1 1 FRAUD 5 9 11 8 11 6 PRETENDED RIGHTS 1 1 1 1 5 3 PROSTITUTION 1 1 0 0 0 0 SEXUAL OFFENCE 0 0 0 0 2 0 THEFT 46 42 57 30 52 27 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 2 1 3 2 0 2 TRAFFICKING OF PERSONS 0 0 0 1 0 0 VIOLENCE AGAINST PUBLIC OFFICER 0 1 1 0 1 0 Grand Total 106 103 121 82 127 75

Is-Swieqi – żieda fl-atti kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin fis-Swieqi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fis-Swieqi, fis-sistema tal Pulizija, mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Kuntrarju għal dak maħsub mill-Onor. Membru ma jistax jingħad li kien hemm xi żieda. Swieqi 2017 2018 2019 2020 2021 Upto 30/09/2022 ABORTION 1 0 0 0 0 0 ARSON 0 1 0 0 0 0 ATTEMPTED OFFENCES 13 8 6 9 10 0 BODILY HARM 7 10 9 4 3 2 COMPUTER MISUSE 4 5 3 4 4 11 CRIMES AGAINST PUBLIC PEACE 0 0 0 0 0 1 CRIMES VS ADMIN OF JUSTICE ETC 0 0 0 0 0 1 DAMAGE 47 59 65 58 43 28 DOMESTIC VIOLENCE 19 24 11 20 28 13 DRUGS 1 0 4 2 6 0 FORGERY 1 1 1 1 1 2 FRAUD 18 17 15 14 47 32 HOMICIDE 1 0 0 0 0 0 IMMIGRATION 0 0 0 0 1 0 MONEY LAUNDERING 0 0 1 0 2 0 PERJURY AND FALSE SWEARING 1 0 0 0 0 0 PORNOGRAPHY 0 0 0 0 2 0 PRETENDED RIGHTS 0 6 4 3 5 2 SEXUAL OFFENCE 3 2 5 4 6 3 THEFT 91 67 83 60 50 30 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 1 6 8 5 4 1 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 1 1 1 1 0 1 Grand Total 209 207 216 185 212 127

Żieda fil-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu pulizija dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi bejn is-sena 2018 u l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, l-ammont ta’ uffiċjali tal-Pulizija (eskluż civilians) li żdiedu fil-Korp kien ta’ tliet mija u ħamsin (350).