Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hybrid Remote Working Programme — korsijiet

Question

Fid-dawl li ftit ġimgħat ilu persuni li riedu japplikaw għall-Hybrid Remote Working Programme ntalbu jagħmlu kors, u peress li l-ġimgħa li għaddiet tħassru l-korsijiet għal dawk il-persuni li jridu jaħdmu b'mod remot, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan hux minnu? Jista' l-Prim Ministru jagħti aġġornament dwar ir-remote working policy u kif u sa meta jistgħu japplikaw persuni għall-Hybrid Remote Working Programme?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi l-faċilità ta’remote working se tibqa'. Bħal kull skema oħra, din l-skema tibqa' tiġi aġġornata u mtejba skont l-esiġenzi tas-servizz u ċ-ċirkostanzi partikulari.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri fuq pussess jew traffikar ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qed jiskontaw piena ta' ħabs relatata mal-pussess u/jew traffikar tal-kannabis?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi s-sistema li żżomm din id-data ma tagħmilx distinzjoni bejn id-diversi tipi ta’ droga u għalhekk din il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba korrettement.

Pulizija – Applikazzjonijiet għal expungement of criminal records

Question

Jistà l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-expungement of criminal records u kemm-il expungement ġie approvat minn Diċembru 2021 sa Novembru 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kien hemm erba’ persuni li applikaw għat-tneħħija (expungement) tar-rekords kriminali fil-perjodu Diċembru 2021 sad-data ta’ din it-tweġiba. Fl-ebda waħda minn dawn it-talbiet ma kien hemm bżonn ta’ approvazzjoni, peress illi r-reati rispettivi diġà ma kinux jidhru fil-kondotta skont Skeda 2 tal-Kapitlu 77 u għalhekk ħadd minn dawn il-persuni ma kellu bżonn li japplika.

American University of Malta – Audit Report

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3098, jista’ l-Ministru jispjega fejn wieħed jista' jsib l-audit report dwar l-evalwazzjoni li saret lill-American University of Malta (AUM) fil-website tal-MFHEA? Jidher li l-unika rapport li hemm ippubblikat huwa dak tal-2021 u mhux dak l-aktar riċenti.

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar audit ġie konkluż f’Ottubru tas-sena 2021 hekk kif titlob il-leġiżlazzjoni sussidjajra b’hekk ir-rapport pubblikat hu l-aktar wieħed riċenti.

Kunsilli Lokali — Ġbir ta’ Boroż għall-Iskart b’xejn

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Kunsilli Lokali hux se jibqgħu jqassmu boroż tal-ġbir tal-iskart b'xejn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-WasteServ għadha kif iffirmat kuntratt għax-xiri tal-basktijiet organiċi (borża bajda). Dawn il-boroż se jitqassmu lill-kunsilli lokali s-sena d-dieħla biex jingħataw lir-residenti.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — inkarigu ta' Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 1722.

Ministeru għas-Saħħa — Inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika “rispettivament” minn xiex?

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru 1724.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 1725 ta’ din il-Leġiżlatura.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 1726.

Dipartiment tal-Gvern Lokali – skemi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-iskemi li ġew maħruġa matul is-snin 2021 u 2022 mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali? Kemm ġew allokati fondi għal kull skema li nħarġet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Sena Referenza Skema Fondi Allokati 2021 SPI/SCI/02/2021 Finanzjament għal żvilupp u titjib fil-kundizzjonijiet tal-Playingfields fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex €667,900.44 SPI/SCI/03/2021 Skema għall-Attivitajiet Kulturali 2021 €248,000.00 SPI/SCI/05/2021 Community Inclusive Employment Scheme (CIES) €70,649.96 / Skema-2021-2022 biex isir ingaġġ ta’ Uffiċjal tal-Komunita “Steward”Għat-Trattament Xieraq tal-Annimali biex jaħdem fil-Lokalitajiet f’Malta u Għawdex €195,952.13 SPI/SCI/06/2021 Espressjoni ta’ Interess – Finanzjament Milied 2021 €403,128.92 SPI/SCI/07/2021 Fond ta’ Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali €122,876.09 SPI/SCI/08/2021 Finanzjament ta' Proġetti Kapitali - Aċċessibilità u Mobilità €490,665.98 SPI/SCI/09/2021 Skema għall-Attivitajiet Kulturali 2022 €261,867.96 2022 SPI/SCI/01/2022 Finanzjament għal-żvilupp u titjib fil-kundizzjonijiet tal-Playing Fields fil-Lokalitajiet f’Malta u Għawdex €770,976.51 SPI/SCI/02/2022 Community Inclusive Employment Scheme (CIES) €61,200.00 SPI/SCI/03/2022 Skema dwar Restawr ta’ Postijiet/Monumenti Storiċi f’Malta 2022/2023 Ma ġewx allokati flus. Ix-xogħol ta' restawr isir mir-Restoration Directorate fi ħdan il-Ministeru SPI/SCI/05/2022 Finanzjament għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq funtani fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex €110,556.81 SPI/SCI/06/2022 Fond ta’ Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali stadju ta' evalwazzjoni SPI/SCI/07/2022 Espressjoni ta’ Interess: World Cleanup The World Campaign 2022 €96,915.24 SPI/SCI/08/2022 Espressjoni ta’ Interess – Finanzjament Milied 2022 €750,129.14 SPI/SCI/09/2022 Finanzjament ta’ Proġetti Kapitali – Komunitajiet isbaħ u aktar b’saħħithom stadju ta' evalwazzjoni SPI/SCI/10/2022 Espressjoni ta’ Interess - ¯vilupp u titjib ta’ latrini pubbliċi awtomatiċi madwar Malta u Għawdex (miftuħa għar-Kunsilli Reġjonali biss). skema għadha miftuħa

Skema għal ingaġġ ta' uffiċjal tal-komunità għat-trattament xieraq tal-annimali

Question

B’rabta mal-iskema li nħarġet fl-2021, “Skema 2021-2022 biex isir ingaġġ ta' uffiċjal tal-komunità "Steward" għat-trattament xieraq tal-annimali biex jaħdem fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex”, jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm applikaw kunsilli għal din l-iskema; b. liema kunsilli applikaw għal din l-iskema u liema applikazzjonijiet ġew approvati; u ċ. kemm kienet l-allokazzjoni ta' fondi fuq il-proġetti approvati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Kemm applikaw kunsilli għal din l-iskema? 31 Liema kunsilli applikaw għal din l-iskema? Liema applikazzjonijiet ġew approvati? Kemm kienet l-allokazzjoni ta' fondi fuq il-proġetti approvati? Kerċem Approvata €21,711.31 Għajnsielem Approvata €21,725.23 Għarb Approvata €21,760.47 ¯ebbuġ (Gozo) Approvata €21,719.61 San Lawrenz Approvata €21,690.38 Sannat Approvata €21,712.73 ¯ejtun Approvata Il-Kunsill irtira l-applikazzjoni Mosta Approvata €21,705.31 Rabat (Gozo) Mhux approvata ¯abbar Approvata €22,207.48 Marsaskala Approvata Il-Kunsill irtira l-applikazzjoni Ħ'Attard Mhux approvata Siġġiewi Approvata Il-Kunsill irtira l-applikazzjoni Kunsill Reġjonali Nofsinhar Approvata €21,719.61 Mellieħa Mhux approvata Żurrieq Mhux approvata Birkirkara Mhux approvata Fgura Mhux approvata San Ġiljan Mhux approvata Lija, Balzan, Iklin Mhux approvata Kunsill Reġjonali Tramuntana Mhux approvata Xagħra (Gozo) Mhux approvata Għaxaq Mhux approvata Bormla, Birgu, Isla u Kalkara Mhux approvata Ħamrun Mhux approvata St Venera Mhux approvata

Skemi dwar il-ħarsien tal-annimali

Question

B’rabta mal-iskemi li ġew maħruġa fl-2021 - 2022 li kienu mmirati biex jassistu l-ħarsien tal-annimali, jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm daħlu applikazzjonijiet għal dawn l-iskemi u kemm minnhom ġew approvati; u b. kemm kien hemm fondi għal din l-iskema u kemm minnhom ġew allokati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi ħarġet skema waħda bl-isem “Skema 2021-2022 biex isir ingaġġ ta' uffiċjal tal-komunità "Steward" għat-trattament xieraq tal-annimali biex jaħdem fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex”. Għal din l-iskema daħlu sitta u għoxrin (26) applikazzjoni filwaqt li ġew approvati tnax (12). Rigward fondi allokati għal din l-iskema, ninsab infurmat illi dawn kienu jammontaw għal mitejn elf ewro (€200,000), illi 50% minnhom kienu ġejjin minn naħa ta’ dan il-Ministeru għall-Wirt Kulturali, l-Arti u l-Gvern Lokali, filwaqt illi l-50% l-oħrajn waslu minn naħa tal-Ministeru għall-Agrikoltura, Is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali. Infurmat li b’kollox ġew allokati total ta’ €195,952.13 minn din l-iskema.

Kummissjoni Ewropea – country report dwar l-andament soċjo-ekonomiku ta’ Malta

Question

Peress li f'Ġunju li għadda l-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-country report dwar l-andament soċjoekonomiku ta' Malta, fejn fih qalet li jinħass nuqqas kbir ta’ ħaddiema f' Malta u l-ispariġġ fil-ħiliet huma sinifikanti fis-setturi kollha, għaldaqstant jista’ l-Ministru jindika x’miżuri ser jittieħdu sabiex dan jiġi indirizzat ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa – Triq il-Marfa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kollha kif approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq l-applikazzjonijiet: PA/08852/17 ; PA/00319/19 ; PA/00306/19 ; PA/00898/20 u PA/04715/20 relatati ma’ xogħlijiet li jinsabu għaddejjin jew li diġà tlestew viċin l-Għajn tal-Mellieħa fiż-żona ta’ Triq il-Marfa fil-lokalità tal-Mellieħa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar PA 08852/17 u PA 00898/20 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta’ PA 00319/19 u PA 00306/19 ġejt infurmat li dawn ġew irtirati u PA 04715/20 għadha fil-proċess t’evalwazzjoni.

Mellieħa – Teatru Grieg fi Ġnien il-Qigħan

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u Care Malta Ltd minn Jannar 2019 u Ottubru 2022 dwar it-Teatru Grieg li jinsab fi Ġnien il-Qigħan fil-Mellieħa biswit Dar il-Madonna tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieha illi bejn l-istess Kunsill Lokali u Care Malta Ltd kien hemm diversi korrispondenzi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant rigwardanti t-Teatru Grieg li jinsab fi Ġnien il-Qigħan fil-Mellieħa biswit Dar il-Madonna tal-Mellieħa. Infurmat wkoll li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamel Protest Ġudizzjarju fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-istess kumpanija dwar it-twaqqif tal-fence biex ingħalqet il-parti t’isfel tal-ġnien, kif ukoll fuq il-ħsara li saret fis-sistema tad-dwal.

Koperattivi – allokazzjoni ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi forma ta’ fondi allokati għall-koperattivi f’pajjiżna u li dawn għadhom ma ġewx mogħtija minkejja li ilhom snin imwiegħda? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hu l-ammont u meta mistennija li dawn jingħataw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Il-Ministru jikkonferma li m’hemmx forma ta’ fondi allokati għall-koperattivi f’pajji¿na li dawn għadhom ma’ ġewx mogħtija, wara li dawn ġew imwiegħda. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li skont l-Att dwar Soċjetajiet Koperattivi Kapitlu 442 (Artiklu 91.3) kull soċjetà koperattiva għandha tikkontribwixxi ħamsa fil-mija tar-residwu li jibqa’ mill-attivitajiet, ħidma, investimenti u kull sors ieħor tagħha fi tmiem kull perjodu ta’ kontijiet lill-Fond Ċentrali. Dan huma fondi pubbliċi li jiġu amministrati skond ir-Regolamenti dwar il-Fond Ċentrali tal-Koperattivi (S.L. 442.03).

ERA — rapporti

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull rapport li setgħet għamlet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u li kienu relatati mal-applikazzjonijiet: PA/08852/17, PA/00319/19, PA/00306/19, PA/00898/20 u PA/04715/20, liema applikazzjonijiet daħlu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u li huma relatati ma’ xogħlijiet viċin l-Għajn tal-Mellieħa fil-limiti ta’ Triq il-Marfa fil-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għamlet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi b’rabta mal-applikazzjonijiet imsemmija.