Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li qed jaħdmu b'mod remotely? Jista' jelenka l-policy ġenerali għal kull entità f'dan ir-rigward u x'inhuma l-miri?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 937.

Imqabba – artijiet meħuda mill-Gvern – kumpens dovut

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3440 fejn intlabt biex inkun aktar speċifiku, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area u l-valur ta' kumpens dovut tal-artijiet fl-Imqabba li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din id-domanda u li għadhom ma ġewx ikkumpensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta se jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibna fil-mistoqsija parlamentari 3440, l-Awtorità tal-Artijiet tirrileva li d-domanda mressqa titlob ammont konsiderevoli ta’ riżorsi umani u ħin biex tiġi kkompilata. Ikun aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda aktar speċifika fuq siti speċifiċi bil-għan li jkun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif, kif ukoll iż-żmien li jittieħed biex tinġabar tali informazzjoni jkun imqassar.

Ħal Tarxien – Skola medja – lockers mhux aċċessibbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minħabba fiha, il-lockers fl-Iskola Medja ta' Ħal Tarxien mhumiex aċċessibbli għall-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Studju Living Income

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat l-istudju li sar tal-Living Income?

Response (ABELA, ROBERT)

Kif kien diġà spjegat fil-leġiżlatura li għaddiet, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellu dokument ta’ ħidma intern. Naturalment, kif jaf l-Onor. Interpellant, il-Gvern ħa u se jibqa’ jieħu numru kbir ta’ miżuri biex isaħħaħ id-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin, b’mod partikolari dawk bi dħul baxx. Biex nagħti biss ftit eżempji nsemmi l-introduzzjoni tal-inwork benefit u t-tisħiħ tiegħu, it-tapering tal-benefiċċji għal dawk li jidħlu fid-dinja tax-xogħol, flok jibqgħu dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali, iż-żidiet fiċ-Childrens’ Allowance, iż-żidiet kontinwi sena wara oħra fil-pensjonijiet (b’aġġustament biex dawn qatt ma jkunu taxxabbli) u l-mekkani¿mu ġdid biex jikkumpensa lil dawk bi dħul baxx kontra l-għoli tal-ħajja.

Kottonera u Belt Valletta – livelli ta’ tniġġis fl-ajra

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-pubbliku f'Malta għandux il-possibbiltà li jara online l-livelli ta' tniġġis fl-arja fid-diversi lokalitajiet, speċjalment fil-Kottonera u l-Belt Valletta? Jekk le, tista’ tgħid għala?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għandha żewġ networks ta' monitoraġġ tal-kwalità tal-arja. Wieħed minn dawn jissejjaħ passive diffusion tube network u jikkonsisti minn mitt tubu mxerdin ma’ Malta u Għawdex, fosthom fil-Kottonera u l-Belt Valletta. Il-medja annwali tal-gassijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2) u dawk tal-benzene jinsabu pubbliċi fuq il-websajt uffiċjali tal-ERA. In-netwerk l-ieħor jikkonsisti f’ħames stazzjonijiet; fiż-Żejtun, f’Ħ’Attard, fl-Għarb, fl-Imsida u f’San Pawl il-Baħar, li jimmonitorjaw il-livelli ta’ tniġġis real time (24x7). Ir-riżultati miksuba minn dawn l-istazzjoniet jiġu trasmessi mill-ewwel online u l-pubbliku jista’ jarahom fuq il-websajt uffiċjali tal-ERA. Fuq is-sit elettroniku tal-ERA, fuq il-paġna tal-Air Quality Index, wieħed jista’ jara wkoll il-kwalità tal-arja kif inhi f’kull stazzjon b’mod sempliċi u li jista’ jinftiehem mill-pubbliku.

Ta’ Qali Crafts Village – xogħol ta’ tħaffir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex wara x-xogħol ta’ tħaffir li sar fuq wara tal-Crafts Village f’Ta’ Qali, is-sena li għaddiet, ma sar xejn iktar? Jista’ jgħid jekk l-art li tħaffret ġietx allokata u jekk iva, lil min u meta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda xogħol ta’ tħaffir fuq wara tal-Crafts Village f’Ta’ Qali s-sena li għaddiet, imma sar din is-sena. Dan l-iskavar li nifhem li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huwa tħejjija għall-bini ta’ fabriki ġodda li mbagħad ikunu allokati skond l-procedura stabbilita.

E-scooters – ilbies ta’ helmet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk min juża l-e-scooter fit-toroq huwiex obbligat li jilbes crash helmet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu ta’ helmets mhux obbligatorju għal min ikun qed isuq e-scooter, però bħal fil-każ ta’ sewqan tar-roti, l-użu ta’ helmets huwa dejjem irrakkomandat.

San Pawl il-Baħar — lukanda Bora Bora Ibiza Malta

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data meta l-lukanda Bora Bora Ibiza Malta f’San Pawl il-Baħar applikat biex tingħata permess għal amplified music/sound u meta ngħatat tali permess?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni msemmija waslet għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fis-26 ta’ Frar 2021 u l-permess ħareġ fit-30 t’April 2021.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3391.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-mistoqsija parlamentari 3391.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-PQ 3391.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet– ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3391.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Tista’ tindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-PQ 3391.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 3391.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1536 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 377, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 3 ħaddiema tal-kuntrattur li jaħdmu taħt dan il-Ministeru.

Marsaxlokk – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni minn Marsaxlokk li tul din is-sena 2022 s’issa bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara u qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 17-il persuna minn Marsaxlokk li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara u qabel l-1995. L-ispiża kienet ta’ €24,074.92c. Ma kienx hemm persuni minn Marsaxlokk li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Marsaxlokk – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Marsaxlokk ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Marsaxlokk 33 € 31,927.23

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għall-Konferenza tal-Aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza u z-Zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien kif ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari sussegwenti, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu l-pjani u d-disinji relattivi u jekk ġewx konsultati l-awtoritajiet relattivi u l-istess kunsill lokali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi ż-żona hija waħda arkeoloġikament sensittiva, apparti diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali qed issir ukoll konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Tħejjew pjanti preliminari iżda hemm xi dettalji li għadhom qed jiġu kunsidrati. Inġabret ukoll l-informazzjoni dwar sistemi ta’ servizzi pubbliċi waqt li għaddej eżerċizzju biex jiġu identifikat strutturi taħt l-art, fejn diġà nstabu xelters li hemm fl-inħawi.

Bormla – Ground dedikat għal Joseph Delceppo

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju ta’ xogħol jinsab il-ground magħruf dedikat għal Joseph Delceppo f’Bormla u għaliex jinsab preżentement wieqaf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħol fuq il-proġett imsemmi għadu għaddej. Infurmat li x-xogħol jinsab f’nofs żona storika u għaldaqstant kull pass li jittieħed ikun qiegħed jiġi sorveljat mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali li min-naħa tagħha, ġaladarba jsiru l-verifiki meħtieġa, tagħti l-approvazzjoni biex ix-xogħlijiet jitkomplew. Attwalment qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex issir l-aħħar fażi tal-proġett li hu ppjanat li jkun lest sa tmiem ta’ Diċembru 2022.