San Ġiljan – Paceville Avenue – xogħlijiet ta’ upgrade
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet ta’ upgrade ta’ Paceville Avenue? Jista’ jgħid jekk din it-triq hux ser tkun pedestrian jew le?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tintervjeni fuq din it-triq fix-xhur li ġejjin, proġett li jara titjib fis-servizzi kif ukoll fl-infrastruttura tat-triq. Infrastructure Malta qiegħda f’diskussjonijiet ma’ entitajiet oħra tal-Gvern dwar xogħol addizzjonali li jista’ jiġi inkorporat f’dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tiegħu għall-Palazzo Spinola ġewwa San Ġiljan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li temporanjament dan il-palazz se jkun assenjat lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ, sa ma jsiru x-xogħlijiet ta’ restawr meħtieġ fil-Ministeru ġewwa Palazzo Parizsio fit-triq il-Merkanti l-Belt Valletta, bħalissa qed isiru diskussjonijiet ma’ dan il-Ministeru dwar il-Pjan tax-xogħol meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta’ restawr tas-saqaf, twieqi u faċċata tal-Palazzo Spinola ġewwa San Ġiljan fid-dawl tal-applikazzjoni li saret mal-Awtorità tal-Ippjanar biex dan il-palazz jittranġa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3834.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u meta nħareġ it-tender għal encroachment li hemm fil-ġnien ta’ wara, ġewwa l-Palazzo Spinola u li dan qed jintuża bħala ristorant u pizzerija? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan t-tender?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-concessions b’encroachment kien ingħata b’mod dirett lil stabbiliment tal-likel li jopera fl-istess żona. F’dan il-każ l-encrochment fil-ġnien irelatat ma’ dan l-istabbilment ingħata fl-2006.
Kulleġġ ta’ Għawdex – Sejħa għal Educational Officer Curriculum
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għall-Kulleġġ ta' Għawdex b'mod speċifiku, ħarġitx sejħa għal EO (Educational Officer) Curriculum? Jekk iva, jista' jgħid jekk din il-vakanza mtlietx u f'każ li iva, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ħadet dan il-post hux qarib ta' Ministru fil-kabinett attwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel f’Malta u Għawdex – First Aiders bil-korsijiet aġġornati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jgħid jekk hemmx first aider (bil-korsijiet aġġornati) għal kull skola f'Malta u Għawdex, kemm primarji, medji kif ukoll sekondarji? Jista' jagħti rendikont ta' kemm hawn first aiders bil-korsijiet aġġornati fil-livell primarju, medju u sekondarju? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu msejħa l-first aiders attwali biex jaġġornaw il-korsijiet li għandhom bħalissa (u li ta' wħud huma skaduti)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3066 u jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-Belt Valletta? Kemm minn dawn ġew liċenzjati fl-2021? Kemm applikazzjonijiet għal lukandi fil-Belt Valletta ġew irrifjutati fl-2021?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lukandi liċenzjati fil-lokalità tal-Belt Valletta huwa ta’ 14. Lukanda minnhom ingħatat il-liċenzja fl-2021.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3068 u jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-MTA fil-Furjana? Kemm applikazzjonijiet għal lukandi fil-Furjana ġew irrifjutati fl-2021?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lukandi liċenzjati fil-lokalità tal-Furjana huwa ta’ tnejn.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3070 u jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-Ħamrun? Kemm huma s-sodod totali ta’ dawn il-lukandi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Ħamrun ma hemm l-ebda lukanda liċenzjata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3071 u jgħid kemm huma r-ristoranti liċenzjati ġewwa Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma ġewwa l-Belt Valletta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ristoranti liċenzjati ġewwa Malta u Għawdex huwa ta’ 833. Fil-Belt Valletta hemm 65 ristorant liċenzjat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali lill-Pulizija matul is-sena 2021? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet ittellgħu l-Qorti? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet il-perpretrator instab ħati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Pulizija – rapporti ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol lill-Pulizija minn Jannar 2022 sa Ottubru 2022? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet ittellgħu l-Qorti? Kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet li ttellgħu l-Qorti, il-perpretrator instab ħati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li rriżulta li hemm ħsarat strutturali fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Floriana? Jista' jelenka x'miżuri ttieħdu u jekk hux qed jiġi kkonsidrat li jinkera post sakemm issir il-manutenzjoni meħtieġa? Jekk se jinkera post, jista' jinforma lill-Kamra jekk ġiex identifikat dan il-post, fejn hu dan il-post, għal kemm żmien se jinkera u b'liema rata?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li hemm ħsarat fis-soqfa ta’ parti mis-sular terran u ta’ parti mis-sular sovrastanti, tal-blokka prinċipali tal-binja li l-Awtorità tal-Ippjanar tuża f’St. Francis Ravelin, il-Furjana. Illi s-soqfa effettwati ġew imwieżna permezz ta’ strutturi temporanji, filwaqt li diġà nkiteb it-tender u ġew preparati l-BOQs għax-xogħlijiet meħtieġa. Fl-istess waqt, ħarġet sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għall-kiri ta’ uffiċini, però ma daħlet l-ebda offerta. Din is-sejħa se terġa’ tiġi ppublikata fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema snin sar l-assessment tal-performance tal-ħaddiema fl-Awtorità tal-Ippjanar mill-2013 'il hawn u jekk ġiex innotat tibdil fil-performance meta kien hemm ħaddiema li ħadmu bir-remote working?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-prestazzjoni annwali tal-ħaddiema ilu jitħaddem mis-sena 1996. Permezz tiegħu jitkejjel l-output tal-ħaddiema li jaħdmu bir-remote working. L-Awtorità ma nnotat l-ebda tibdil fil-prestazzjoni ta’ dawn l-istess ħaddiema kkumparat mal-ħidma tagħhom mill-uffiċċju. Fi żmien il-pandemija, l-Awtorità kellha kważi nofs il-workforce tagħha jaħdmu remotely. Peress li sar investiment b’saħħtu fil-qasam tal-IT, l-operat tal-Awtorità seta’ jibqa’ għaddej.
Tista' l-Ministru tgħid kemm f'metri kwadri se jintradam xagħri/garigue biex issir bankina fi Triq Għar Ħasan, Birżebbuġa, speċjalment in-naħa ta' fejn hemm l-irdum u faċċata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li quddiem l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi m’hemm l-ebda talba għal xi permess ambjentali relatat.