Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2594 u 3246 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjiegi ta’ konsulenti fl-entitajiet huma skont il-Business and HR Plans tal-istess entitajiet rispettivi, hekk kif ikunu approvati ċentralment.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2600 u 3247 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtha ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2602 u 3249 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3525 u 3654 u jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi li minnhom se jkunu jistgħu jgawdu għadd ta’ għaqdiet oħrajn matul l-2023 se jkunu qed jitħabbru aktar ’il quddiem, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-iskemi kollha li kienu disponibbli minn dan il-Ministeru fis-snin 2021 u 2022 u l-ammonti allokati lil kull waħda, u lista tal-għaqdiet kollha li bbenefikaw minnhom.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju, sena b'sena, mill-2012 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bejn is-sena 2012 u d-9 ta’ Novembru 2022 kien hemm erbgħa u sittin każ ta’ omiċidju fejn kien hemm sebgħin vittma, kif jidher fit-tabella hawn taħt. Każ irreġistrat fis-sena 2019 kien ta’ persuna rrapurtata nieqsa fis-sena 2008, li fis-sena 2019 irriżulta li kienet vittma ta’ omiċidju.
Sena
Każi ta’ omiċidji
Vittmi
2012
10
12
2013
6
7
2014
6
6
2015
4
4
2016
5
5
2017
9
9
2018
6
7
2019
4
5
2020
6
7
2021
2
2
2022
6
6
Total
64
70
Tista' l-Ministru tgħid liema servizzi ta' terapija jistgħu jibbenefikaw minnhom persuni b'diżabilità? Tista' tgħid ukoll kemm hemm persuni b'diżabilità li qegħdin effettivament jibbenefikaw minn kull wieħed minn dawn is-servizzi u kemm hi l-waiting list għal kull servizz?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
(Korezzjoni: Ara Dokument PL 929 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 58, tat-22 ta' Novembru 2022)
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex s’issa l-Ministeru tiegħu baqa’ jirrifjuta li jagħti risposta lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan għat-talba tal-istess Kunsill biex Palazzo Spinola li hu abbandunat jingħata lura lill-komunità bħala community centre?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3834.
San Ġiljan u Tas-Sliema – stabbilimenti b’permess għal amplified music fuq barra
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ stabbilimenti tad-divertiment u/jew oħrajn li għandhom permess li jkollhom amplified music fuq barra l-istabbilimenti tagħhom ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda, Triq Ross u Triq San Ġorġ – site plans tal-encroachments
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-encroachments ġewwa Xatt is-Sajjieda, fi Triq Ross u fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġgi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-encroachments ġewwa Xatt is-Sajjieda, fi Triq Ross u fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan.
Tista’ l-Minsitru tgħid x’inhuwa lir-rwol tan-Noise Control Commission, min huma l-membri ta’ din il-Kummissjoni, kemm jitħallsu u kemm-il darba ltaqgħu minn Jannar 2022 sa Settembru 2022?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 2915 u 3178.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm huma u liema huma d-djar fil-komunità għal persuni b'diżabilità f'Malta u Għawdex? Minn dawn id-djar fil-komunità liema huma dawk amministrati mill-Aġenzija Sapport u liema huma dawk li l-Gvern joffri għajnuna finanzjarja biex dawn ikunu jistgħu jitħaddmu? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm żieda fin-numru ta' dawn id-djar fil-komunità? Jekk iva kemm ser jiżdiedu u fejn hu mistenni li dawn jiżdiedu? Kemm hu n-numru ta' persuni b'diżabilità li jagħmlu użu minn kull waħda minn dawn id-djar fil-komunità? Tista' tinforma kemm huma dawk il-persuni b'diżabilità li qegħdin fuq il-waiting list tal-Aġenzija Sapport biex jidħlu f'waħda minn dawn id-djar fil-komunità?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport tmexxi 11-il dar residenzjali fil-komunità għal persuni b’diżabilità. Dawn huma:
Dar
Lokalità
Immexxija minn
Numru ta’ persuni b’diżabilit
à
Ġiżimina
Żurrieq
Aġenzija Sapport
5
Dar Warda
Pembroke
Aġenzija Sapport
4
Dar Ave Maria
Marsa
Aġenzija Sapport
3
Dar Iris
Żabbar
Aġenzija Sapport
7
Appartament
Fgura
Aġenzija Sapport
3
Appartament
Kirkop
Aġenzija Sapport
3
Appartament
Birżebbuġa
Aġenzija Sapport
4
Villino Maria
Mtarfa
Aġenzija Sapport
8
Dar Andrew
Bormla
Aġenzija Sapport
6
Orkidea
Siġġiewi
Aġenzija Sapport
3
Dar il-Fjuri
Rabat, Għawdex
Aġenzija Sapport
10
Dawn minbarra 13-il residenza oħra mmexxija minn entitajiet mhux governattivi li magħhom hemm ftehim fis-seħħ għal servizzi residenzjali għal persuni b’diżabilità.
Dawn huma:
Dar
Lokalità
Immexxija minn
Numru ta’ persuni b’diżabilit
à li qed jibbenefikaw mill-ftehim
Dar Bjorn
Ħal-Qormi
ALS Malta Foundation
13
Dar il-Ġublew tal-Ħniena
Għajnsielem Għawdex
Fondazzjoni Arka
5
Dar Madonna ta’ Pinu
Għajnsielem Għawdex
Fondazzjoni Arka
5
Dar Arka
Għajnsielem Għawdex
Fondazzjoni Arka
15
Dar Nazareth
iż-Żejtun
Fondazzjoni Nazareth
10
Dar l-Arċipriet Degabriele
iż-Żejtun
Fondazzjoni Nazareth
10
Dar Madre Tereża
iż-Żejtun
Fondazzjoni Nazareth
10
Dar il-Wens
il-Kalkara
Fondazzjoni Wens
23
Dar l-Abilità
il-Kalkara
Fondazzjoni Wens
4
Dar Merħba
il-Fgura
Fondazzjoni Wens
16
Dar l-Akkwarell
il-Qawra
Dar tal-Providenza
2
Dar Pirotta
B’Kara
Dar tal-Providenza
10
Dar Shalom
iż-Żurrieq
Dar tal-Providenza
5
21 persuna b’diżabilità jirċievu servizz ta’ long-term respite minn Casa Apap Bologna u 5 oħra minn Casal Paola, it-tnejn immexxija minn Ħila Homes Ltd, bi ftehim ma’ Aġenzija Sapport.
Hemm 81 persuna b’diżabilità li jinsabu fuq lista ta’ stennija biex jidħlu f’residenza. Dawn jiġu segwiti minn professjonisti waqt li jiġi diskuss xi pjanijiet oħra jistgħu jiġu offruti li jkunu skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni tal-UNCRPD u l-Istrateġija Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Aġenzija Sapport hi kommessa li timxi mal-prinċipji tal-Konvenzjoni biex b’hekk jissaħħu s-servizzi fil-komunità u jiġi implimentat il-pjan ta’ deinstitutionalisation.
Fil-preżent għaddejja ħidma fuq proġett biex jinfetħu 3 idjar oħra fil-komunità li ser ikunu mmexxija mill-Aġenzija Sapport. Dawn jinsabu fil-Qrendi, Ħal Kirkop u waħda f’Ħad-Dingli (F’dan ir-rigward, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi wkoll għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3638).
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilma tal-pjan huwa stmat li joħroġ fil-baħar, x'inhuma l-miżuri li qed jittieħdu biex dan jitnaqqas, x'miżuri oħrajn huma ppjanati li jittieħdu u x'inhi l-mira tal-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-istħarriġ li sar sa issa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) juri li l-ħruġ tal-ilma jkun iktar kkonċentrat fejn ikun hemm qsim fil-blat.
Madankollu, qabel wieħed jibda jikkunsidra kwalunkwe investiment sabiex jittella' dan l-ilma, ikun jeħtieġ li jsiru studji dettaljati u fit-tul biex jiġi assigurat li jkun hemm il-volum u l-konsistenza meħtieġa.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara u cleaners
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2998 u jgħid kemm-il purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-kuntrattur/i, imma li qed jaħdmu għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista' jelenka l-ogħla rata fis-siegħa, l-inqas rata fis-siegħa u r-rata medja fis-siegħa ta' dawk ingaġġati direttament mad-dipartiment u dawk ingaġġati indirettament permezz ta' kuntrattur u li jagħmlu xogħol ta' purtinara/cleaners?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tal-persuni impjegati direttament mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni joħorġu mill-estimi tal-Baġit, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’rabta mal-ħaddiema tal-kuntrattur, il-Gvern kien ħareġ ċirkolari fl-2014 li permezz tagħha ra li jkunu msaħħa l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-kuntrattur. Din tiġi aġġornata regolarment u tkun ikkomunikata lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Kapijiet ta’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku biex jimxu magħha f’dan ir-rigward.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabelli mill-aħħar verżjoni taċ-ċirkolari, li nħarġet f’Diċembru li għadda u tirreferi għall-perjodu 2022-2024. Din tistabbilixxi kif il-ħlas (rata fis-siegħa) lil kuntratturi m’għandux ikun inqas mill-minimu stabbilit għal diversi kategoriji ta’ ħaddiema ingaġġati.
Urban Improvement Fund u Deelopment Planning Fund — proġetti
Question
Jista' l-Ministru jelenka x'kien id-dħul u l-ħruġ fl-Urban Improvement Fund u fid-Development Planning Fund, fond fond u sena sena, mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Diċembru 2021 u liema kienu l-proġetti li ġew iffinanzjati minn dawn il-fondi, x'kien l-ammont ta' finanzjament proġett proġett, fejn sar kull proġett u x'inhu l-istatus ta' kull proġett?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 2906.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2908, jista' l-Ministru jelenka jekk fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa (in-naħa tal-Freeport) hux se jsiru zebra crossings, traffic islands fil-junction ma’ Triq il-Girgħien u traffic calming measures u fiex se jkunu jikkonsistu u jekk hux se tiġi ameljorata r-rainwater management?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nagħmel referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2908, fejn infurmajna li f’din it-triq se jsiru żewġ zebra crossing fuq proposta tal-Kunsill Lokali u li ġiet approvata minn Transport Malta. Xogħlijiet relatati mal-ġbir tal-ilma tax-xita ser ikunu qed isiru fi Triq il-Port Ħieles fiż-żona fejn qed isiru xogħlijiet bħalissa sabiex tittaffa l-problema tal-għargħar. Dawn ix-xogħlijiet huma parti minn proġett ħolistiku tal-ġbir tal-ilma tax-xita li jinġabar fiż-żona tal-Papa. Dawn ix-xogħlijiet li ser jiġu implementati huma proposti mill-iStormwater Management Unit.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders lill-One Productions Ltd.
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3626 u jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lil One Productions Limited?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif hu kif jidher hawn taħt.
Dawn kienu primarjament kampanji ta’ informazzjoni marbuta mal-miżuri tal-baġit u servizzi fuq il-pjattaforma servizz.gov.
Lulju – €5,000
Awwissu – €2,500
Ottubru - Novembru – €6,700