Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej. Ladarba dan ikun lest, tingħata l-informazzjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3391.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3391.

Wied il-Għajn – persuni li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti Wied il-Għajn ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Wied il-Għajn 222 € 132,917.16

Ħal Għaxaq – persuni residenti li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni minn Ħal Għaxaq li tul din is-sena 2022 s’issa bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara u qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 54 persuna minn Ħal Għaxaq li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara u qabel l-1995. L-ispiża kienet ta’ €103,233.75c. Ma kienx hemm persuni minn Ħal Għaxaq li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Ħal Għaxaq – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Ħal Għaxaq ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Ħal-Għaxaq 99 € 54,750.91

Raħal Ġdid – persuni residenti li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni minn Raħal Ġdid li tul din is-sena 2022 s’issa bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara u qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 125 persuna minn Raħal Ġdid li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara u qabel l-1995. L-ispiża kienet ta’ €193,133.89c. Kien hemm żewġ persuni minn Raħal Ġdid li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Raħal Ġdid – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Raħal Ġdid ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 Raħal Ġdid 143 € 87,637.33

Għawdex – refurbishment ta’ latrini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'latrini ġewwa Għawdex sarilhom refurbishment matul is-snin 2021 u 2022 u fiex kien jikkonsisti? X'kienet l-ispiża f'kull waħda minnhom? Jista’ jgħid liema latrini, u fejn jinsabu, hemm ippjanat li jsirilhom refurbishment matul is-sena 2023, fiex jikkonsisti x-xogħol u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser isiru l-latrini magħrufa tal-Hotspurs fir-Rabat Għawdex u dik magħrufa bħala tal-Qbajjar, f’Marsalforn limiti taż-Żebbuġ. Ix-xogħol fuq dawn il-latrini mistenni jibda matul is-sena 2023.

Għawdex – xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2510 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1672, li ngħatat fil-21 ta' Ġunju 2022, rigward kemm fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali, fejn ġie mwieġeb li “ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej”, jista’ l-Ministru jgħid f'kull triq li ssemmiet fit-tweġiba meta nbeda x-xogħol fuqha, kemm tħallsu flus sa issa fuq kull triq, liema xogħlijiet għad fadal isiru, fiex jikkonsistu, u meta se jingħata l-wearing course? Jista’ jagħti area f’metri kwadri ta' dawn l-imsemmija toroq li għadhom bil-base course?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li ngħataw base course biss huma Triq tal-Ħanaq, Triq Franġisk Portelli, Triq l-Imgħallem, Triq Daħlet Qorrot u Triq Papa Piju XII li jammontaw għal 25,601.03 metri kwardi (mk). Ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej u se jingħataw il-wearing course daqt. Kif żgur jaf l-Onor. Interpellant Triq San Blas ingħatat kisja tarmak fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern u baqgħet hekk, iżda issa se jkun dan il-Gvern ukoll li jgħamilha mill-ġdid minħabba li tħalliet tiddeterjora b’kisja waħda.

Gozo Channel (Operations) Ltd – Kiri ta’ post fl-Imġarr

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2168 (kollha kemm hi) rigward il-kiri ta' post fl-Imġarr mill-Gozo Channel u: a. jikkonferma li s-sit mikri għandu problemi ta' stabilità li qed iżommu x-xogħol ta' finitura tiegħu; b. jgħid kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet rimedjali u min hu responsabbli li jagħmilhom; c. jgħid meta se jibda jintuża dan is-sit bħala uffiċċju tal-kumpanija; u d. iqiegħed kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari b’numru 2168.

Trasport Pubbliku — Ħlasijiet lill-operatur tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2871 u jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas lill-kumpanija li topera t-trasport pubbliku tal-karozzi tal-linja f'Malta ta' kull sena b'effett minn meta ngħata dan il-kuntratt sal-lum?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' Public Service Obligation li tħallas lill-Operatur tat-trasport pubbliku sena b’sena huwa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex – Trasport Pubbliku — Servizz ta’ Park and Ride minn Ta’ Lambert

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tal-ftehim li sar mal-Malta Public Transport dwar l-introduzzjoni tal-Park and Ride minn Ta' Lambert f'Għajnsielem u x-Xewkija? Jista' jgħid għaliex fil-post fejn inbeda dan is-servizz m'hemmx fejn jistkennu l-passiġġieri, m’hemmx faċilitajiet sanitarji u m’hemmx faċilitajiet għall-persuni bi bżonnijiet speċjali? X'qed isir biex jiġi indirizzat dan?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-kontenut tal-ftehim huwa kummerċjalment sensittiv, l-Awtorità kontraenti ma tistax tgħaddi l-informazzjoni mitluba.

REWS — Ħaddiema li telqu

Question

Tista’ l-Ministru telenka kemm staff ta’ grad professjonali telqu minn mar-REWS xahar b’xahar mill-2020 s’issa? F’kull każ tista’ tgħid jekk saritx sejħa għal replacement, kemm dam il-proċess u x’kien l-eżitu finali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ma kien hemm ħadd minn staff ta’ grad professjonali li telaq minn mar-REWS.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1733.

Ministeru għat-Turiżmu — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1734.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1736.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzoni — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 1737 ta' din il-Leġiżlatura.