B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3794, peress li ma tpoġġietx fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza rikjesta, jista’ l-Ministru jqiegħed din il-korrispondenza li għaddiet bejn il-Kunsill Lokali Mellieħa u Care Malta Ltd ( bejn Jannar 2019 u Novembru 2022) dwar it-Teatru Grieg li jinsab fi Ġnien il-Qigħan fil-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m’ghandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 3749.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3407 u jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2600, 3247 u 3780 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtha ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li qed ikunu mitluba mill-Ministeru sabiex permezz tagħhom jimpjega LSEs u Supply LSEs?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji ta’ eliġibilita u l-kwalifiki meħtieġa sabiex persuna tapplika għal LSE jew Supply LSEs huma skont il-ftehim kollettiv.
Eks Ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fi skejjel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li kienu mal-Air Malta u bl-agreement li ntlaħaq issa daħlu bħala għalliema fl-iskejjel Statali u tal-Knisja? Jekk hemm, jista' jgħid kemm hemm u x'salarju qegħdin jieħdu?
Operazzjoni tal-hip replacement – każ ta’ individwu
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tingħata data għall-operazzjoni tal-hip replacement u dan peress li ilha tistenna tliet snin sħaħ biex issirilha din l-operazzjoni u jeħtieġ li ssirilha mingħajr aktar dewmien?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Numru ta' persuni li jgħixu fil-Belt Valletta skont is-sess u l-età
IrġielNisaTotal
Nru.%Nru.%Nru.%
0 - 142629.92349.34969.6
15 - 242569.71997.94558.8
25 - 4476028.865626.01,41627.5
45 - 6477529.462724.91,40227.2
65+58522.280331.91,38826.9
Total2,638100.02,519100.05,157100.0
Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Floriana? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Numru ta' persuni li jgħixu fil-Furjana skont is-sess u l-età
IrġielNisaTotal
Nru.%Nru.%Nru.%
0 - 14898.9899.01789.0
15 - 24919.1848.51758.8
25 - 4431031.124925.255928.2
45 - 6426026.122723.048724.5
65+24724.833934.358629.5
Total997100.0988100.01,985100.0
Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ nisa tqal matul l-2021 li waqt it-tqala kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening)? Kemm minn dawn tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn tilfu t-tarbija tagħhom? F’kemm minn dawn il-każijiet salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li ma tinżammx statistika dwar komplikazzjonijiet fi tqala li ma jkunux wasslu għal mewt, l-aħħar mewta ta' omm tqila f’Malta kien fl-2010.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ nisa tqal minn Jannar sa Ottubru 2022 li waqt it-tqala kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening)? Kemm minn dawn tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija tagħhom? F’kemm minn dawn il-każijiet salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każi ta’ nisa tqal matul l-2021 li kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening) fl-ewwel tliet xhur tat-tqala? Kemm minn dawn in-nisa tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija taghhom? F’kemm minn dawn il-każi salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każi ta’ nisa tqal matul l-2021 li kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening) fit-tieni trimestru tat-tqala? Kemm minn dawn in-nisa tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija tagħhom? F’kemm minn dawn il-każi salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ nisa tqal matul l-2021 li kellhom kumplikazzjonijiet gravi ta’ saħħa (life threatening) fit-tielet/l-aħħar trimestru tat-tqala? Kemm minn dawn in-nisa tilfu ħajjithom kif ukoll dik tat-tarbija? Kemm minn dawn in-nisa tilfu t-tarbija taghhom? F’kemm minn dawn il-każi salvat biss it-tarbija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4141.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3795 u jgħid meta ser jibda u jintemm ix-xogħol fuq l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-2020, 2021 u sal-aħħar ta' Ġunju 2022, kemm kienu l-barranin li kellhom il-permess jaħdmu f'Malta, f’liema setturi ta' xogħol kienu u qegħdin jaħdmu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru/i kkonċernat/i.
Il-Mosta – Triq Mons Edgwar Salamone u Triq Carmelo Sciberras — tarmak
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Mons. Edgar Salamone u Triq Carmelo Sciberras humiex fil-lista ta’ proġetti biex jingħataw it-tarmak?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Mosta, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares, Triq is-Snajja’, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Sqaq Madre Tereża Spinelli, Triq Rużar Briffa (Żokrija), Triq il-Garrier, Triq Gio C Dei Marchesi Mallia Tabone, Triq il-Leġġenda, Triq il-Bennej, Triq in-Naqqax, Triq l-Għollieqa, Triq Alessandra, Triq il-Lunzjata, Wesgħet il-Plejju, Triq l-Assemblea Nazzjonali, Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Bergamott, Triq Parjan, Triq il-Bonnijiet, Triq Farinal, Triq Durumblat, Triq Rumani, Triq Fuħħar, Triq Kumbu, Triq San Silvestru, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan, Triq ta’ Venezja, Triq il-Baqqunier, Triq tal-Wej, Triq Madre Tereża, Triq Dun Karm Schembri, Triq Rafel Caruana Dingli, Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza tal-Mosta, Triq Wied is-Sir, Triq il-Kostituzzjoni, Vjal Milbrae, Triq il-Bidnija, Triq Burmarrad, Triq Patri Ġuże Delia u Triq Rafel Caruana Dingli.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq id-Difiża Ċivili, Triq ir-Rebbiegħa u Triq il-Kbira.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzijà għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jerġa' jibda jidħol it-trasport pubbliku fil-Bidnija, limiti tal-Mosta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta torganizza shuttle service bejn il-lokalità tal-Bidnija u l-Mosta. Dan is-servizz qiegħed jingħata kuljum bejn il-ħinijiet ta' 06:15 u 20:00. Dan sakemm il-vetturi tat-trasport pubbliku jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jgħaddu minn Triq il-Bidnija.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-salvataġġ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sat-Tnejn 5 ta' Settembru kien għadu ma seħħx, meta l-ewwel sejħa għall-għajnuna saret is-Sibt 3 ta' Settembru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li wara n-notifika tal-każ ir-Rescue Coordination Centre Malta (RCC MT) iddevjat l-assi kollha disponibbli għas-salvataġġ u kkoordinat s-salvataġġ 70 mil nawtiku ta’ Kreta, il-bastiment merkantili ġie ddevjat lejn l-eqreb post ta’ sigurtà jiġifieri Kreta, skont il-Konvenzjonijiet applikabbli. Waqt li kien fi triqtu lejn il-kosta ta' Kreta, RCC MT irċeviet informazzjoni għall-assistenza medika mingħand il-kaptan tal-vapur, RCC Malta talbet immedjatament lill-awtoritajiet Elleniċi għall-evakwazzjoni immedjata ta’ tifla abbord il-bastiment merkantili li kien fil-viċinanzi ta’ Kreta, il-Greċja. RCC MT kienet f'komunikazzjoni kostanti ma' RCCs oħra biex timmonitorja din l-operazzjoni. Minħabba d-distanza ta' aktar minn 450 mil nawtiku, li kieku l-vapur ma kienx devjat immedjatament minn RCC MT lejn l-eqreb post ta' sikurezza, in-numru ta' vittmi kien probabbilment ikun ogħla.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħaddiema barranin li jaħdmu fid-dekasteru tiegħi huwa skont it-tabella hawn taħt annessa.
GGC (Gozo General Hospital) 9
RHK (Rehabilitation Hospital Karen Grech) 38
SPH ( Superintendence of Public Health) 3
MCH (Mount Carmel Hospital) 75
PHC (Primary HealthCare) 11
MD ( Mater Dei Hospital) 375
SAMOC (Sir Anthony Mamo Oncology Centre) 18