Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – Sptar Ġenerali – tqassim ta’ deżerta mal-ikel

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni li d-deżerta mal-ikel mhux qed tingħata dejjem lill-pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-meal plan tal-pazjenti individwali tista' tkun skont kif indikat mill-professjonisti kliniċi.

Ħal Qormi – Triq l-Għargħar u Triq il-Wied — proġett

Question

Fid-dawl ta’ numru ta' lmenti mir-residenti ta’ Triq l-Għargħar u Triq il-Wied f'Ħal Qormi, tista’ l-Ministru tgħid meta se jitlesta dan il-proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li qed isir minn kollox biex il-proġett jitlesta sal-aħħar tas-sena.

Siġġiewi – Triq id-Difa — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq id-Difa, fis-Siġġiewi jkollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.

Siġġiewi – Trejqet l-Anġli — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Trejqet l-Anġli, fis-Siġġiewi jkollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.

Siġġiewi – Triq il-Perit Joseph Farrugia — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Perit Joseph Farrugia, fis-Siġġiewi jkollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.

Siġġiewi – Triq Giacomo Leopardi — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Giacomo Leopardi, fis-Siġġiewi jkollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.

SmartCity – Proġett tal-ITS – call for application għall-Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm call for application għall-persuna/i biex isiru konsulenti fuq il-proġett tal-ITS fi SmartCity? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna hemm f’dan ir-rwol u xi kwalifiki kienu rikjesti? X’pakkett finanzjarju għandu/hom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Lulju 2022, l-ITS ħarġet tender għal servizzi professjonali għal numru wiesa’ ta’ esperti li se jkunu qed joffru konsulenza dwar il-preparazzjoni u l-aġġudikazzjoni tad-diversi tenders tal-bini u l-finishings tal-kampus, kif ukoll jassumu r-responsabbiltà’ tal-immaniġġar tal-proġett. Dan it-tender qiegħed fi stadju ta’ aġġudikazzjoni.

IVF — Blood test

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex fil-każ ta’ IVF, il-blood test ‘Hepatits B core antibody’ ma jistax isir wara li jkun ġie ffriżat l-embrijun ġaladarba dan it-test, jekk ikun pożittiv, jibqa’ pożittiv għal dejjem?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill Onor. Interpellant li t-testijiet kollha fir-rigward ta’ ċelloli riproduttivi (Ii jintużaw fl-IVF) jsiru kif mitlub mir- Regolamenti dwar il-Kwalità u s-Sigurezza tat-Tessut u ċ-Ċelloli Leġiżlazzjoni Sussidjarja 483.01.

Egg donors — Oocytes

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk preżentement f’Malta hawnx oocytes (mingħand egg donors) available?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-llum l-Kliniċi Maltin tal-IVF huma liċenzjati għall-‘Local Known Oocyte donors’ biss.

Pazjenti trattati għall-IVF – PGT testing

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent ġie trattat għall-IVF u jekk saritx il-proċedura tal-PGT minn meta ddaħħlet fil-liġi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu twaqfet l-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijun fl-2013 u bdew jinzammu r-reġistri kif mitlub mill-Liġi, saru total ta’ 2678 procedura tal-IVF. Rigward il-PGT Testing, waqt li l-liġi daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Lulju 2022, qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex jitwaqqaf laboratorju ġdid sabiex dawn isiru f’Malta.

Egg donors u embrijuni li nġibu minn barra minn Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk inġibux egg donors jew embrijuni minn barra minn Malta f’dawn l-aħħar tliet xhur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum l-ebda klinika Maltija ma għandha liċenzja biex tgħamel distribuzzjoni jew importazzjoni ta’ Oocytes ta’ donaturi terzi.

Raħal Ġdid – Ftuħ ta’ Dipartiment tal-Emerġenza ġdid – ingaġġ ta’ infermiera

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega x’inhu l-pjan biex jingaġġa infermiera biex jiftaħ emerġenza ġdida f’Raħal Ġdid, meta hemm problema ta’ infermiera diġà fl-emerġenza eżistenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ppjanat li wħud mill-Infermiera li bħalissa qegħdin fil-Kura tas-Saħħa Primarja jiġu offruti taħriġ fil-kura ta’ emerġenza matul ix-xhur li ġejjin.

Enemalta – network reinforcement – bdil ta’ circuits

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inbidlu circuits (bejn substation u oħra) biex sar reinforcement tan-network tal-11kV u tat-33kV bejn l-2018 u l-2021? Tista' tgħid kemm baqa' partijiet bejn substation u oħra fin-network tal-elettriku tagħna li għadhom ikkonettjati bil-PILC cables tad-daqs 0.1 (70sq mm.) jew inqas?

Response (DALLI, MIRIAM)

Bejn l-2018 u l-2021 tqiegħdu 29 circuit ġdid għat-tisħiħ tas-sistema ta’ vultaġġ medju tal-11kV u tat-33kV. Kif tħabbar aktar kmieni din is-sena, l-Enemalta għaddejja bi proġett ta’ investiment ta’ €90m fuq medda ta’ sitt snin biex issaħħaħ il-livelli kollha tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Dan il-proġett jinsab avvanzat iktar milli kien ippjanat. Sal-aħħar tal-2021, kien hemm madwar 120km biss ta’ cables ta’ vultaġġ medju bi ħxuna ta’ 70 mm kwadru jew anqas, jiġifieri inqas minn 3% tan-network. Tajjeb li jingħad li l-Enemalta kontinwament tevalwa kemm il-kundizzjoni kif ukoll id-domanda fuq dawn il-cables u tara li dawn għadhom adegwati għall-bżonnijiet tan-network. Fil-programm ta’ rinfurzar, l-Enemalta tara l-prijoritajiet u tbiddel cables jew iżżid circuits ġodda fejn meħtieġ skont id-domanda għall-elettriku li jkun hemm f’żona partikulari.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157 u 3718, u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċess ta’ kumpilazzjoni tad-data wasal fi stadju avvanzat u ser inkunu f’pożizzjoni li nagħtu r-risposta f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa — inkarigu tal-Permanent Secretary

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3759, peress li l-kelma "rispettivament" intużat għaliex din il-mistoqsija parlamentari ntbagħtet lil kull Ministru, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tas-Saħħa hi 7 ta’ April 2022.

Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — pjan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2053 u 3729 u jelenka l-istakeholders u/jew NGOs li ġew ikkonsultati għall-pjan ta' Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ta' 76 paġna? Dawn kienu jinkludu xi wħud mill-istakeholders preżenti li qed jokkupaw il-port?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Gozitano – proġett ta’ ristrutturar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsiebu jibda l-proġett ta’ ristrutturar ġewwa l-industrija tal-‘Gozitano’?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jitħejjew id-dokumenti tat-tendering.

AFM — Maritime Squadron – P71

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx għaliex il-P71 tal-AFM Maritime Squadron li ġiet ordnata snin ilu ma ġiex maħsub għaliha shore supply tal-elettriku? Kemm qed tiġi tiswa kuljum lill-Gvern Malti f’diesel billi l-P71 spiċċat qed tieħu supply tal-elettriku minn generator fuq l-art? Meta ser jibda x-xogħol biex isir shore supply? Jekk jaf b’dan kollu, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-karti ta’ kemm qed tiġi tiswa kuljum lill-Gvern Malti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi x xogħol ta’ shore supply ilu li beda minn Awwissu tas-sena 2019, bir-raba’ sejħa ġiet ippubblikata f’Lulju tas-sena 2022. Il-kuntrattur rebbieħ ġie notifikat u bħalissa s-sejħa qiegħda fl-istadju tal-appell. L-Iskwadra Marittima bħalissa qiegħda tuża wieħed mill-ġeneraturi tagħha sabiex tipprovdi l-elettriku lill-vapur u għadu kmieni wisq sabiex toħroġ stima preċiża fid-dawl li din waslet f'Malta fl-aħħar jiem.