Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta' kemm ġew ingaġġati infermiera, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm minnhom huma fuq bażi full-time u kemm le?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3899.
Ftuħ ta' aktar special schools għal tfal li għandhom ħtiġijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern hux mistenni li jiftaħ iktar special schools għal tfal li għandhom ħtiġijiet speċjali? Jista' jgħid jekk l-iskejjel eżistenti għal dawn it-tfal, bħal Guardian Angel, humiex kollha full up? Jista' jikkonferma li qed ikun hemm tfal li minflok fl-iskejjel qed jintbagħtu fi djar bħal Inspire jew Hand in Hand, u jekk iva x'follow up qed ikun hemm għal dawn it-tfal li jmorru f'dawn iċ-ċentri? Kif jitqabblu r-riżultati f'dawn iċ-ċentri mar-riżultati ta' skejjel speċjali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentri tar-Riżorsi, li preċedentement kienu jissejħu Special Schools, mhumiex full-up u qed jgħaqdu l-ħtiġijiet kollha neċessarji. Il-Ministeru kontinwament jevalwa programmi, li jiġu monitorjati mill-Uffiċċjali Edukattivi, u li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal ċertu studenti bi ħtiġijiet partikulari. B’hekk ċertu studenti jattendu istituzzjonijiet edukattivi bħall-Inspire LinC u Hand in Hand.
Skejjel li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali fil-klassijiet mainstream
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawk l-iskejjel li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali fil-klassijiet mainstream, hux qed ikun hemm nurse fl-istess skola biex tieħu/jieħu ħsieb il-ħtiġijiet li jistgħu jinqalgħu f'dawn iċ-ċirkostanzi fl-istess skejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel ikun hemm l-assistenza kemm tal-first aiders u kif ukoll tan-nurse fejn ikun hemm il-ħtieġa. Mhux kull min għandu bżonnijiet speċjali għandu/għandha bżonn l-intervent tan-nurse.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm twelid 'preterm', kull sena, sena b'sena bejn l-2015 u llum? Jista' jagħti indikazzjoni dwar x'qed iwassal għal bidla fin-numru minn sena għal oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt mehmuża. It-tabella mehmuża ma turi l-ebda flattwazzjoni statistikament sinifikanti bejn sena u oħra.
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
<28 weeks
24
36
21
30
22
30
16
28-31 weeks
30
35
35
33
30
30
28
32-36 weeks
261
319
306
244
285
256
266
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li jattendu għal xi servizz fl-NPICU? Kif inbidel in-numru ta' persuni li jattendu għal xi servizz, bejn is-snin 2015 u 2022? Kemm kien, kull sena, in-numru ta' tfal li rċevew servizz f'dan iċ-ċentru? Kemm kien, kull sena, in-numru ta' tfal li kienu qegħdin fuq il-waiting list sabiex jirċievu servizz minn dan iċ-ċentru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NPICU hija Sala ta’ Kura Intensiva għat-Trabi. Għaldaqstant ma teżistix waiting list għal din is-sala.
San Pawl il-Baħar — Għoti ta' vaċċin tal-Influwenza u ta' kontra l-Covid-19 u l-Omicron
Question
Billi jidher li għal dak li jikkonċerna l-għoti tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u Omicron, kif ukoll il-vaċċin kontra l-influwenza, instabet soluzzjoni għal lokalitajiet li m'għandhomx berġa jew klinika, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jassigura li dawn il-vaċċini jibdew jingħataw f'San Pawl il-Baħar, u fiż-żoni li jaqgħu taħt l-istess lokalità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-iblut u l-irħula fejn hemm Ċentru għas-Saħħa Komunitarju, it-tilqim imsemmi qed jingħata minn dawn iċ-Ċentri. Fejn ma hemmx, it-tilqim qiegħed jingħata mill-binja tal-Kunsill Lokali kif jidher fit-tabella hawn taħt mehmuża. Dan l-arranġament jeskludi tfal taħt it-18-il sena. Dawn iridu jmorru fil-Kliniċi tal-NIS fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Raħal Ġdid u l-Mosta.
Monday 21st
Birgu 08.30 - 16.00 hrs
Wednesday 23rd
Pembroke 08.30 - 17.00hrs
Morning
08.00 -11.30 hrs
Afternoon
12.30 - 16.00hrs
Wednesday 23rd
Lija
Balzan
Thursday 24th
Swieqi 08.30 - 16.00hrs
Morning
08.00 -11.30 hrs
Afternoon
12.30 - 16.00hrs
Friday 25th
Mgarr
Mdina
Haz-Zebbug
Siggiewi
Monday 28th
Mqabba
Qrendi
Isla
Xaghjra
Tuesday 29th
Gharghur
Iklin
Wednesday 30th
Luqa
Safi
San Pawl l-Baħar
Mtarfa
Thursday 1st Dec
San Gwann
San Giljan
B’Bugia
Msida
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm l-Aġenzija Sapport tħaddem persuni u kemm hemm minnhom li jaħdmu bħala support workers? Tista’ tagħti tagħrif dwar jekk is-support workers u dawk li jaħdmu direttament mar-residenti, jingħatawx taħriġ kontinwu matul is-snin u x’tip ta’ taħriġ jingħataw?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan l-Aġenzija Sapport hemm 623 impjegat li sad-data tat-tweġiba, 428 minnhom huma fil-grad ta’ support worker. L-impjegati kollha jingħataw taħriġ skont il-bżonnijiet li jkunu ġew identifikati. Fir-rigward ta’ support workers u professjonisti li jaħdmu direttament tal-klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Aġenzija, hemm taħriġ obbligatorju bħal First Aid, Food Handling, Mental Health First Aid u firxa wiegħsa ta’ taħriġ speċjalizzat ieħor, bħal dawk elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Id-Dipartiment tar-Rizorsi Umani jikkordina dan it-taħrig u jimplimenta l-iskeda ta’ korsijiet li jkunu ġew identifikati wara li tkun saret analiżi ta’ x’taħriġ wieħed għandu bżonn (training gap analysis). L-Aġenzija tassisti wkoll lil dawk l-impjegati li jkomplu jistudjaw permezz ta’ study leave u toħroġ wkoll sejħiet għal sponsorship għal korsijiet akkreditati bħal dawk organizzati mid-Dipartiment tal-Istudju dwar id-Diżabilità fl-Università ta’ Malta.
Taħriġ ieħor jinkludi:
Autism and Spell Framework
Programme for New Support Workers
Self-Advocacy Training
Award in Planning and Organisation Skills
Supervision and Leadership Training
Induction Training
Training on Addiction
IT Training
Course on Sex Education
Epilepsy Training
Training on Bullying
Developing Emotional Resilience
Award in Occupational Health and Safety
Psychiatric Medication Training
Non-Abusive Psychological and Physical Intervention Training (NAPPI)
Active Support and Positive Behaviour Support
National Strategy on Disability Training
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika ta' dan il-Gvern dwar il-bejgħ tal-Units tal-housing, (b’referenza għall-units li qed jingħataw separatament)? Jista' jgħid jekk hux minnu li hemm units tal-Gvern f'Santa Luċija li dawn ingħataw iċ-ċans li jinxtraw u qegħdin fil-proċess li jinbiegħu mill-Gvern?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-appartamenti qed jitwettaq proġett ta’ twaħħil ta’ lift u tisbiħ tal-partijiet komuni. Dawn ix-xogħlijiet qed isiru permezz ta’ fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea taħt proġett ERDF. Waħda mill-kundizzjonijiet marbuta mal-għotja kienet li l-Awtorità tad-Djar ma tbigħx l-appartamenti mikrija fil-blokok fejn qed jitwettaq dan il-proġett għal tmien snin mit-twettiq tal-proġett. L-inkwilini li applikaw minn dawn l-appartamenti u appartamenti simili kollha ġew informati b’dan permezz ta’ ittra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2776 u ċjoè: B’referenza għad-dokument ‘Re: Request for a New Zebra Crossing in Triq Ġorg Borg Olivier, Rabat’, Ref. No: 50/0350/21, jista' l-Ministru jgħid meta se ssir, meta din ilha sena li ġiet approvata?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta approvat “pedestrian crossing” fin-naħa t’isfel ta’ Triq Ġorg Borg Olivier, Rabat. It-talba ġiet min-naħa tal-kunsill u għaldaqstant huwa l-kunsill li jrid jagħmel x-xogħol neċessarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin f'Malta li għandhom karozza privata?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta hawn 30,060 vettura reġistrati mal-Awtorità għat-Trasport ta’ Malta li jsejħu persuni ta’ nazzjonalità barranija iżda li jgħixu u għandhom residenza Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi li sa Ottubru 2022 kienu qed jintużaw bħala Cab?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ottubru 2022, kien hawn 3,447 vettura fil-Kategorija M1, liċenzjata sabiex tintuża għall-ġarr tal-passiġġieri.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet rigward il-post permanenti għall-Middle School ta’ Għawdex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tkabbir u l-immodernizzar tal-Middle School li tifforma parti mill-Kulleġġ t’Għawdex hu parti minn proġett ikbar li jinvolvi wkoll il-bini ta’ Skola Primarja ġdida u ċentru għall-ħarsien tat-tfal. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jinsab fi stadju avvanzat ħafna, filwaqt li għaddejjin il-preparazzjonijiet biex jibda x-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll ta’ finishes.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 1) kien li ser jinżammu laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru minn dawn il-laqgħat pubbliċi u jekk iva, meta, fejn u ma’ min kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu l-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Rigward l-għan numru 1, l-istrateġija isemmi laqgħat ma' Public Interest Bodies. Proprju id-dikjarazzjoni tal-missjoni tal-Korp, tagħmel enfasi kbira fuq is-sħubija mal-komunitajiet u allura anke imsieħba strateġiċi. Laqgħat ma’ entitajiet isiru b’mod regolari b’uħud anke bi frekwenza ta’ kull xahar, l-aktar mal-kunsilli lokali speċjalment fit-tħaddim tal-proġett tal-Community Policing li f’dal-mument ikopri 75% tal-pajjiż u huwa ppjanat li dan il-kunċett jiġi estiż mal-pajjiż kollu sa l-aħħar tas-sena d-dieħla.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – feedback dwar is-servizz tal-pulizija
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 1) kien li ser jisma’ u jieħu feedback mill-pubbliku dwar is-servizz tal-pulizija, jista’ l-Ministru jgħid kif ħa feedback mingħand il-pubbliku u jekk implimentax xi forma ta’ pjattaforma fejn il-pubbliku jista’ jibgħat dan il-feedback?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Dwar l-għan numru wieħed tal-istrateġija, il-Korp tal-Pulizija huwa kommess li jiġbor rendikont mingħand il-pubbliku ta’ kif dan qed jiġi kontinwament moqdi.
Dan isir b’diversi modi. Fosthom billi jagħmel użu kontinwu tal-pjattaformi diġitali kollha sabiex jikseb dan ir-rendikont. Permezz tal-media soċjali, fosthom bis-saħħa tal-Facebook Page tiegħu, il-Korp jistà jsegwi l-kummenti u reazzjonijiet tal-pubbliku fuq il-materjal li jiġi pubblikat. Ukoll, isir użu mis-servizz tal-messenger, li ġie estiż u jkopri erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Hawn wieħed jistà jieħu dak ir-rispons instantanju rikjest. Il-korp juża ukoll il-website tiegħu, fejn wieħed jista’ jħalli kumment, messaġġ jew ilment. Dawn il-messaġġi jiġu proċessati kuljum mid-dipartiment tal-Komunikazzjoni.
Il-pubbliku għandu ukoll il-faċiltà li jissottometti id-domandi, apprezzament jew ilmenti tiegħu anke permezz tal-imejl ġeneriku pulizija@gov.mt fejn ukoll jiġu proċessati kontinwament mill-istess dipartiment.
Sal-aħħar ta’ din is-sena, ser tkun qiegħda tiġi implimentata sistema fejn wara li l-pubbliku jiġi moqdi mill-Korp tal-Pulizija, jkun jistà permezz ta’ QR code, iħalli rispons tiegħu fuq stħarriġ qasir, bl-għan li s-servizz tal-Korp lejn il-komunità ikompli jitjieb.
Apparti dan, minn żmien għal żmien il-Korp tal-Pulizija jikkummissjona stħarriġ pubbliku sabiex jifhem aħjar il-perċezzjoni tal-poplu dwar l-operat tiegħu, bil-għan li s-servizz offrut ikun dak mistenni mill-poplu Malti u Għawdxi.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – Quality Service Charter Document
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 1) kien li ser jibda proċess biex isir Quality Service Charter Document bil-għan li s-servizz tal-pulizija jkun iktar immirat biex jaqdi ċ-ċittadin, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan id-dokument tlestiex? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Medja tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Dwar l-għan numru 1 tal-istrateġija, waħda mill-inizzjattivi b’referenza għall-mistoqsija ta’ l-Interpellant tgħid hekk “Seek a Quality Award for the Service Provided”. Il-Korp tal-Pulizija ilu għal dawn l-aħħar xhur f’diskussjonijiet mal-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Prinċipali, fejn ġie identifikat proċess ta’ servizz partikolari u sensittiv, offrut mill-Korp, u speċifikament dak tal-Gender Based Domestic Violence Unit (GBDV), li ġie mwaqqaf f’Settembru 2020 u qed jagħti servizz speċjalizzat u professjonali lil dawk il-vittmi vulnerabbli u l-familji tagħhom. Min-naħa tal-Korp ġie sottomess l-interess formali biex jinbeda dan il-proċess tal-Quality Award. Il-proċess tal-Quality Service Charter huwa parti minn dan il-proċess li jibda jitfassal meta l-proġett ikun fi stadju aktar avvanzat. Minbarra dan il-proġett, il-Korp huwa kommess li jibqa' jtejjeb f’kull livell, is-servizzi kollha offruti kif mistenni mill-komunitajiet kollha li nservu, kif diġà ntqal fir-risposta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3963.
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 2) kien li jibdew isiru “performance targets” fuq kull sezzjoni tal-pulizija u li l-għan ta’ dawn it-targets huwa li l-pulizija jkunu iktar responsabbli u “accountable”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-“performance targets” sarux fid-diversi sezzjonijiet tal-pulizija? Jista’ jgħid dawn kif jinħadmu? Hemm xi dokument li jispjega dan? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Kif jindika t-titlu, l-istrateġija tat-trasformazzjoni, hi intenzjonata li tiġi attwata fuq firxa ta’ żmien li twassal sas-sena 2025. Kif ġie indikat fi tweġibiet oħra, diġà sar ħafna xogħol fejn tidħol l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Fejn jirrigwarda l-għan strateġiku 2, speċifikalment li jiġu żviluppati key perfomance indicators (KPIs) għad-dipartimenti varji tal-Korp, il-proċess qiegħed fil-fażi li jiġi konkluż u dan b’assistenza mir-Renju Unit.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – rapporti u statistiċi dwar il-performance tal-pulizija
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 2) kien li ser jibda jippubblika numru ta’ rapporti u statistika dwar il-performance tal-pulizija f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ir-rapporti ġewx ippubblikati fuq il-website tal-pulizija Maltija? Jekk iva, f’liema sena ġew ippubblikati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Kif jindika t-titlu tal-istrateġija tat-trasformazzjoni, din intenzjonata li tiġi attwata fuq firxa ta’ żmien li twassal sas-sena 2025. Kif irapportat fi tweġibiet oħra, diġà sar ħafna xogħol fejn tidħol l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Rigward l-għan strateġiku 2, speċifikalment li jiġi żviluppati key perfomance indicators (KPIs) għad-dipartimenti varji tal-Korp u li dawn jiġu ppublikati, kif intqal iktar kmieni, dan il-proċess għadu fil-fażi li jiġi konkluż. Madanakollu l-Korp tal-Pulizija xorta jfittex li jagħmel aċċessibli għall-pubbliku ix-xogħol kollu li jsir. F’dan ir-rigward fuq bażi regolari, il-Korp jippubblika diġitalment, dawk ir-riżultati li jkunu nkisbu mid-dipartimenti varji u ċioè l-arresti, persuni imressqa il-qorti, kif ukoll ir-rondi li jsiru.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – miżuri ta’ quality control
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 2) kien li ser jimplimenta miżuri ta’ “quality control” madwar il-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-proċeduri u miżuri ta’ quality control ġewx implimentati fis-sezzjonijiet kollha tal-Korp? Jekk iva, kif qed jiġu implimentati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Dwar l-għan numru tnejn tal-istrateġija, il-Korp tal-Pulizija ħa ħsieb jirrimudella l-Internal Affairs department tiegħu għal-wieħed ta’ Professional Standards. Dan id-dipartiment flimkien mad-dipartiment tal-Internal Audit huwa inkarigat li jara li jinżamm l-ogħla livell ta’ kwalita fil-Korp kollu. Minn barra dawn tnedew numru sostanzjali ta’ Policies u Standard Operating Procedures li joħolqu livell ta’ operat, li sfortunatament ma kienux jeżistu qabel. Dawn il-Policies u l- SOPs, jirregolaw diversi oqsma fl-operat tal-korp, minn dak operattiv, bħal- Policies fuq l-Użu tal-Forza u dawk li jikkontrollaw il-mod kif jintużaw l-armi u l-apparat ieħor tal-korp; u dawk amministrattivi, bħal Policies dwar il-Procurement. F’Novembru tas-sena 2020, wara tmintax (18) il-sena mill-aħħar verżjoni tiegħu, ġie mniedi Kodiċi tal-Etika aġġornat li jkopri dawk il-valuri u objettivi mistennija minn kull uffiċjal tal-Korp tal-pulizija. Kif diġa intqal tnediet ukoll Policy ta’ Kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni minn Membri tal-Korp, u għal-ewwel darba ħolqot il-Kariga ta’ Uffiċjal tal-Integrita’, responsabbli mill-Integrita tal-Membri tal-Korp u li għandu is-seta’ jieħu rapporti kunfidenzjali u anonimi. Din il-proċedura waslet saħansitra għal-emendi fil-Liġi u cioe’ il-Kap 164, l-Att Dwar il-Pulizija, li daħlu fis-seħħ b’Avviż Legali 292 tat-2020. Kif indikat fi-tweġiba ohra, il-Korp nieda Policy (POL-DRG) li tirregola l-iscreening tal-uffiċjali tal-Pulizija għal-użu tad-droga, kif ukoll għal-stat ta’ sokor, waqt il-ħin tax-xogħol. Dawn kollha, kienu miżuri, ferm effettivi, maħruġa b’viżjoni waħda, li tittejjeb il-kwalità tas-servizz lejn iċ-ċittadin, għall-waħda iktar professjonali milli qatt kienet. Fl-istess ħin kull uffiċjal li jħaddan grad ta’ supervisor għandu l-obbligu li jara li l-policies u l-SOPs tal-Korp jiġu segwiti, fuq livell ta’ organizzazzjoni u permezz tal-Professional Standards, il-Korp kontinwament jara li dawn jiġu tassew prattikati. Mill-banda l-oħra, l-Internal Audit Office jagħti sehmu sabiex jelenka żoni fejn tkun tista’ tittejjeb il-kwalità tas-servizz jew tal-proċessi addottati u sussegwentement jassisti wkoll fl-iżvilupp ta’ dawn il-proċeduri.