Jista’ l-Ministru jelenka kemm staff ta’ grad professjonali telqu mis-segwenti entitajiet xahar b’xahar mill-2020 s’issa:
(i) l-MGA;
(ii) l-MCA; u
(iii) l-MDIA?
F’kull każ jista’ jgħid jekk saritx sejħa għal replacement, kemm dam il-proċess u x’kien l-eżitu finali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikkjarifika grad professjonali x’għandu jinkludi.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm staff ta’ grad professjonali telqu mis-segwenti entitajiet xahar b’xahar mill-2020 s’issa:
(i) l-MFSA; u
(ii) l-FIAU?
F’kull każ jista’ jgħid jekk saritx sejħa għal replacement, kemm dam il-proċess u x’kien l-eżitu finali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2018, 2019, 2020 u 2021 kemm kienet in-nefqa totali fil-qasam kulturali f'Għawdex? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa? Jista' jgħid din is-sena s’issa kemm kienet in-nefqa f'dan il-qasam? Jista' jgħid x'vot hemm għas-sena 2023 f'dan il-qasam?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif muri hawn taħt:
Sena
Nefqa Totali
2018
€ 847,932.00
2019
€ 1,483,754.00
2020
€ 1,086,635.22
2021
€ 1,332,363.60
2022
€ 1,700,958.25
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha minn manager ’il fuq (sa DG) fil-Ministeru għal Ghawdex, bid-dettalji tar-responsabiltajiet tagħhom u l-pakkett sħiħ ta’ kull uffiċjal u kemm ilhom (inkluż snin u xhur) f'din il-kariga?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
GĦAWDEX – Tender għall-provdiment ta’ oġġetti użati minn anzjani u persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar it-tender 'Framework agreement for the provision of incontinence diapers, pull-ups, pads and inco-sheet for senior citizens and persons with special needs for the Ministry for Gozo' CfT ID:SPD3/2022/045’ li ġiet ippubblikata fis-7 ta' Lulju 2022 u għadha sal-lum ma għalqitx? Jista’ jgħid għaliex għaddew iktar minn erba’ xhur u din it-tender għadha ma għalqitx? Jista’ jgħid meta se tagħlaq din it-tender?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigwad dan it-tender qiegħda tinstema' kawża ta’ Appell quddiem il-Qorti.
Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data tal-inkarigu tal-Permanent Secretary li hemm fil-Ministeru tiegħu rispettivament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2690, jista' l-Ministru jikkonferma jekk u kemm saru rapporti mal-entitajiet u l-aġenziji tal-Gvern qabel il-mewt imsemmija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2690.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1429, jista' l-Prim Ministru jagħti l-persentaġġi msemmija fir-risposta, f'numri reali?
Response (ABELA, ROBERT)
B’kontinwazzjoni mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1428, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persentaġġ tal-ħaddiema fis-Settur Pubbliku jikkwantifikaw kif jidher fit-tabella annessa.
Mill-impjiegi kollha fil-pajjiż, l-għadd ta’ impjiegi fis-Settur Pubbliku llum ilaħħqu għal 20% jew 7% inqas mill-2012, anke jekk minn dakinhar il-firxa ta’ servizzi tal-Gvern baqgħet biss tiżdied.
Ta’ min jinnota wkoll li l-ħolqien tax-xogħol fil-pajjiż tkattar u, grazzi għat-tkabbir tal-ekonomija lokali u inċentivi bla preċedent, il-privat illum qed jimpjega kważi d-doppju tal-għadd ta’ ħaddiema li kellu l-pajjiż għaxar snin ilu.
Sena
SETTUR PUBBLIKU
%
PRIVAT
%
2017
46,654
23%
152,946
77%
2018
47,687
22%
166,759
78%
2019
48,773
21%
180,548
79%
2020
50,783
22%
182,117
78%
2021
51,486
21%
191,728
79%
2022*
51,132
20%
201,576
80%
*sa Ġunju
Ministeru għas-Saħħa – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3392, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Air Malta li issa qed jaħdmu fil-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3391.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3394, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Air Malta li issa qed jaħdmu fil-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3391 ta' din il-Leġiżlatura.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3393, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Air Malta li issa qed jaħdmu fil-Ministeru tiegħu jew taħt xi enetità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3391 u jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tad-Design Advisor Committee, min huma l-membri ta’ dan il-Kumitat, kemm jitħallsu u kemm-il darba ltaqgħu minn Jannar 2022 sa Settembru 2022?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-irwol tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar id-Disinn huwa kif preskritt fil-Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta.
Illi l-membri tal-Kumitat huma ppubblikati fl-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 848 tat-12 ta’ Lulju, filwaqt li s-Segratarju ġie ppubblikat fis-16 ta' Awwissu 2022. Illi l-Kumitat jikkonsisti minn dawn il-membri kif indikat fit-tabella annessa hawn taħt:
Dr David Mallia
Chairman
716.77 euros*
Perit Kevin Fsadni
Member
448 euros
Dr Charlene Vella
Member
448 euros
Mr Eugenio Delceppo
Secretary
448 euros
*rinumerazzjoni kull erba' ġimgħat
Il-laqgħat tad-DAC isiru kull nhar ta' Tlieta u minn Jannar 2022 sa Settembru 2022 saru 39 laqgħa.
San Ġiljan – ftehim bejn lukanda ul-Ministeru għat-Turiżmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li kien sar bejn il-Ministeru tiegħu u lukanda ġewwa San Ġiljan li l-isem tagħha qed jingħata separatment, li kienet marbuta li tforni l-bajja tal-Balluta bir-ramel, għadux fis-seħħ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tar-renourishment tal-Bajja tal-Balluta sar fl-2019 u ġie mwettaq bl-għajnuna tal-lukanda msemmija separatament. Minħabba li l-bajja żammet biżżejjed ramel ma kienx hemm bżonn ta’ aktar interventi. Sa issa m’hemmx deċiżjoni finali jekk għandux isir intervent ieħor jew le.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mill-uffiċjali tal-infurzar mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ġewwa San Ġiljan u Paceville minn Jannar 2022 sa Settembru 2022? Tista’ tgħid kemm kien hemm ħruġ ta’ multi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-ewwel disa’ xhur tal-2022, id-Direttorat għall-Konformità u Infurzar tal-ERA wettaq 505 spezzjoni f’San Ġiljan, inkluż Paceville. F’dan il-perjodu nħarġu 5 multi amministrattivi kif ukoll 64 twissija.
MTA – spezzjonijiet fi stabbilimenti ġewwa Paceville
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispettorat tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fuq stabbilimenti ġewwa Paceville biex jaraw li dawn l-istabbilimenti għandhom kuntratturi privati għal ġbir tal-iskart kummerċjali tagħhom skont il-liġi? Jista’ jgħid kemm inħarġu multi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità taċċerta ruħha li kull stabbiliment li jissottometti applikazzjoni ġdida jkollu kuntratt ma’ kuntrattur privat li għandu liċenzja jiġbor l-iswill. Dan il-kuntratt jintalab ukoll meta jsiru spezzjonijiet fi stabbilimenti tal-ikel. Din is-sena f’Paceville saru 19-il spezzjoni li minnhom ma rriżulta l-ebda ksur tal-liġi f’dan ir-rigward.
Uffiċjali tal-Korpi Dixxiplinati – servizz wara l-25 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun qiegħda tidħol fis-seħħ jew tal-inqas sa meta se tidħol fis-seħħ, il-miżura li l-uffiċjali tal-korpi dixxiplinati li jkomplu jagħtu servizz tagħhom wara li jkunu taw 25 sena ta' servizz, u jistgħu jtejbu l-pensjoni tagħhom bi 23% wara erba' snin ta' servizz addizzjonali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.