Għawdex – Kerċem — għadira ta’ San Raflu – xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3368, jista’ l-Ministru jindika x’xogħlijiet qed isiru barra mill-Għadira ta’ San Raflu fil-limiti ta’ Kerċem Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem illi dawn ix-xogħlijiet qed isiru b'fondi tal-Unjoni Ewropea bil-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar PA/02645/20. Infurmat li dan il-proġett ser iservi bħala ġnien pubbliku, b'ġibjun taħt l-art u siġar ġodda.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3366, tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet aktar ser isiru tul is-sena li ġejja f’Kemmuna? Tista’ tippreżenta rapport aktar dettaljat ta’ dak indikat minnha fil-mistoqsija parlamentari msemmija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022 Ambjent Malta bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi wetqet numru ta’ interventi marbutin mal-pjan ta’ ġestjoni għal siti Natura 2000 fosthom tneħħija ta’ pjanti inva¿ivi, li jinkludu akaċja u xumakk falz, tneħħija ta’ tnax-il arblu ta’ l-elettriku tal-konkos li m’ għadhomx jintużaw minn żona viċin ir-razzett tal-ħnieżer u Wied l-Aħmar, tħawwil ta’ l’ fuq min 2,400 siġra u arbuxxel indiġeni u installazzjoni ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni għall-manutenzjoni ta’ dawn il-pjanti
Flimkien ma’ dawn ix-xogħolijiet tkompla r-restawr ambjentali tal-bajja ta’ Santa Marija, fejn tħaffru żewġ għadajjar oħra biex jilqgħu l-ilma tax-xita u jofru ambjent natural għal diversi ħlejjaq fosthom l-għasafar tal-passa. Dawn l-interventi huma parti mill- Miżura tal-pjan ta’ ġestjoni
Restoration of habitat 1420, and 2210; restoration and expansion of habitat 92D0; and the expansion of habitat 2210 at Santa Marija Bay by means of: removal of the campsite; removal of the engineering works that turned habitat 1420 into a campsite; removal of alien and invasive species; restoration interventions for the disturbed habitats including temporarily (during 3 years) closing off the habitats
Ix-xogħlijiet ppjanati ġewwa Kemmuna għas-sena 2023 jinkludu l-implimentazzjoni ta’ programm għall-eredikazzjoni tal-ġrieden u l-firien bħala parti mill miżura tal-pjan ta’ ġestjoni
Implement a rat control programme and assess the longer-term options for sustainable management of invasive nonnative rodents
.
Ser isir ukoll xogħol ta’ restawr fuq numru ta’ ħitan tas-sejjieħ dan sabiex jikkontrolla t-telf tal-ħamrija min ġewwa s-sit. Matul s-sena d-dieħla ser ikun qed jitkompla x-xogħol fuq l-latrina pubblika ġewwa ż-żona magħrufa bħala tal-Ful, issiru interventi ta’ manutenzjoni fiż-żoni fejn sar restawr ambjentali u fil-bajja ta’ Santa Marija.
Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-kamra ritratti li juru x-xogħol ta’ rijabilitazzjoni li sar s’issa.
Tista’ l-Ministru tindika x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni u straordinarji saru fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn tul din is-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena l-oħra Parks Malta għamlet numru ta' interventi fosthom rilokazzjoni u bini tad-dog park ġdid, manutenzjoni tal- ħitan tas-sejjieħ, tisbiħ tal-logħob tat-tfal u tibdil tal- fence kollhu tal-5 a -side futboll ground.
Din is-sena komplejna b’riġenerazzjoni tas-soft flooring kollu taħt l-apparat tal-logħob biex nassiguraw li l-Park ikun aktar sigur u ġew mibdula s-servizzi sanitarji tal-latrini pubbliċi li jinsabu n-naħa tal-Belvedere tal-istess Park. Ġew imwaħħla xtiebi ġodda flimkien ma’ infurzar fis sistema ta` monitoraġġ sabiex jkun hemm iktar sigurtà u jitnaqqas l-att ta` vandaliżmu.
Matul is-sena li ġejja 2023, Parks Malta ser tkun qed tlesti żewġ proġetti ġewwa dan il-park. Fiż-żona li qabel kienet id-dog park ser tiġi mibdula f’piknik area, waqt li l-proġett l-ieħor jikkonsisti fl-installazzjoni ta’ żewġ obstacle courses waħda għall-adulti u l-oħra għat-tfal. Parks Malta ġa ħejjiet ix-xogħol amministrattiv u inħarġu s-sejħiet għall-offerti għal dawn il-proġetti.
Permezz ta` din il- ħidma kontinwa minn Parks Malta qed nkomplu nassiguraw li l- Parks tagħna jinżammu fi stat xieraq u sigur biex jkunu jistgħu jiġu mgawda minn numru kbir ta’ viżitaturi li jqattgħu l-ħin liberu tagħhom f` dawn il- postijiet rikreattivi.
Wied il-Għajn/Żabbar – Triq Wied il-Għajn sa Triq San Ġwakkin – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u għadhom qed isiru fi Triq Wied il-Għajn, Żabbar sa Triq San Ġwakkin, Wied il-Għajn, u kemm ser idumu? Billi nqatgħu numru ta’ siġar li kienu ilhom is-snin hemm, jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx il-permess relattiv?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li saru diversi xogħolijiet marbutin ma’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, servizzi tad-dawl, dawl tat-triq ġdid u servizzi tal-ilma, inbnew ukoll mill-ġdid il-ħitan tat-triq, fejn kien hemm il-bżonn. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-ewwel fażi, li jikkonsisti fil-bini mill-ġdid tal-pedamenti tat-triq u tqegħid ta’ l-ewwel saffi t’asfalt.
Rigward is-siġar, kien involut ortikulturalist estern li għamel studju fuqhom filwaqt li saret applikazzjoni mal-awtoritjajiet kompetenti biex dawn is-siġar aljeni u invazivi, li ħafna minnhom kienu mejta jitneħħew u jitħawwlu siġar oħra minflokhom.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed tiġi infurzata l-liġi dwar l-impieg tal-persuni b’diżabilità (1969) li tobbliga kumpaniji li jimpjegaw aktar minn għoxrin ruħ, biex jimpjegaw 2% tal-impjegati tagħhom li jkunu fuq ir-Reġistru tal-Persuni b’Diżabilità? Jista’ jgħid mill-2015 sal-lum, għal kull sena, kemm kien hemm kumpaniji f’Malta u Għawdex li nstabu li ma kinux konformi mal-liġi? Il-Gvern kemm ġabar flus minn dawn il-kumpaniji li ma kinux konformi mal-liġi? Il-Gvern kemm għadda flus lill-Fondazzjoni Lino Spiteri minħabba din ir-raġuni, sena b’sena, mill-2015 sal-lum,? Kemm għenet persuni b’diżabilità din il-Fondazzjoni biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol sa mit-twaqqif tagħha, sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2602, 3249 u 3781 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1172 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 76 tas-16 ta’ Jannar 2023)
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3779, peress li din ir-risposta mhux qed twieġeb il-mistoqsija oriġinali, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsijiet parlamentari 2594, 3246 u 3779 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa' taħtu ta' kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratti mill-2018 sal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorvoli Interpellant li minkejja l-mistoqsija kif mitluba ġiet imwieġba, qiegħed nifhem li l-Onor. Interpellanta qegħda titlob lista ta’ kuntratti għal-servizzi. Għalhekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista provduta lili minn kull entità ta' kuntratti/direct orders ta’ servizzi ġodda u kemm hu l-valur tal-kuntratti mill-2018 sal-2022
Jista’ l-Ministru jgħid liema servizzi ta' terapija jistgħu jibbenefikaw minnhom persuni b'diżabilità? Jista’ jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li effettivament qegħdin jibbenefikaw minn kull wieħed minn dawn is-servizzi u kemm hi l-lista ta’ stennija għal kull servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Ħamrun — statistika dwar ir-residenti tal-lokalità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Ħamrun? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Numru ta' persuni li jgħixu fil-Ħamrun skont is-sess u l-eta'
IrġielNisaTotal
Nru.%Nru.%Nru.%
0 - 1462511.255211.21,17711.2
15 - 2455610.04168.49729.2
25 - 442,04636.71,49330.23,53933.7
45 - 641,29323.21,14023.12,43323.1
65+1,05118.91,34227.12,39322.8
Total5,571100.04,943100.010,514100.0
Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Marsa? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija fit-tabella hawn taħt.
Numru ta' persuni li jgħixu fil-Marsa skont is-sess u l-età
IrġielNisaTotal
Nru.%Nru.%Nru.%
0 - 1433610.730813.364411.8
15 - 2442113.423210.065311.9
25 - 441,17637.463427.31,81033.1
45 - 6463220.149621.41,12820.6
65+58318.565028.01,23322.5
Total3,148100.02,320100.05,468100.0
Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità ta’ Santa Venera? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija fit-tabella hawn taħt.
Numru ta' persuni li jgħixu f'Santa Venera skont is-sess u l-età
IrġielNisaTotal
Nru.%Nru.%Nru.%
0 - 1470115.664414.81,34515.2
15 - 2447610.64159.689110.1
25 - 441,68037.41,54535.63,22536.5
45 - 6489720.084919.51,74619.8
65+73716.489020.51,62718.4
Total4,491100.04,343100.08,834100.0
Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021
Tal-Pietà u Gwardamanġa — statistika dwar residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Pietà u Gwardamanġa? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija fit-tabella hawn taħt.
Numru ta' persuni li jgħixu f'Tal-Pietà skont is-sess u l-età
IrġielNisaTotal
Nru.%Nru.%Nru.%
0 - 1431910.02669.95859.9
15 - 242929.12338.75258.9
25 - 441,52347.61,03538.52,55843.4
45 - 6458718.352519.51,11218.9
65+48115.063123.51,11218.9
Total3,202100.02,690100.05,892100.0
Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx sodod vojta/mhux okkupati bħalissa fir-Residenza San Vincenz de Paul? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm sodod vojta, f’liema swali qegħdin u kemm hu n-numru ta’ sodod vojta/mhux okkupati f’kull sala?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jkun qiegħed jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku l-passaġġ minn Triq it-Turretta, Santa Venera għal ġol-ġnien pubbliku Romeo Romano?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-passaġġ minn Triq it-Turretta għall-ġnien Romeo Romano se jkun aċċessibbli għall-pubbliku f'Diċembru li ġej wara li jitlesta l-proġett, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tan-nies.
Fir-rigward tal-proġett fi Ġnien Romeo Romano, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il siġra ċċaqalqet u kemm minn dawn is-siġar intilfu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li b'kollox ġew trapjantati ħmistax-il siġra taċ-ċitru, erbgħa minn dawn is-siġar intilfu u ġew mibdula. Dan minbarra t-tħawwil ta' madwar għoxrin siġra ġdida u għadd ta' arbuxelli.
Tista' l-Ministru tgħid f'persentaġġi, kemm mill-iskart illi qiegħed jinġabar qiegħed effettivament jiġi rriċiklat hawn Malta? Tista’ tipprvodi wkoll l-ammonti f'tunnellati ta' skart illi qiegħed jinġabar u dak irriċiklat b'mod rispettiv?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-aħħar statistika miġbura u verifikata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi hija dik tal-2020. Skont dawn il-figuri, matul dik is-sena, l-ammont ta’ skart muniċipali li nġabar fil-gżejjer Maltin kien ta’ 331,142 tunellata.
Minn dan l-ammont kien hemm 527 tunellata li ġew irriċiklati lokalment filwaqt li 34,824 tunellata oħra ġew esportati sabiex jiġu rriċiklati barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jitwaqqaf xi bord illi jkun responsabbli mill-estetika fl-ippjanar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Liġi għall-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-2016, Kapitolu 552, ma tagħmel l-ebda referenza għal Kumitat jew Bord tal-Estetika.