Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Skrivani — sahra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk twaqqfitx l-opzjoni li jaħdmu overtime ‘clerks’ fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-uffiċjali pubbliċi fi grad ta’ Clerks f’Mater Dei għadom jistaw jaħdmu overtime, dejjem fejn ikun hemm bżonn u b’ġustifikazzjoni.

Qawra – skola primarja – applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3674 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar li jikkonċernaw l-iskola primarja tal-Qawra? Min kien/u l-perit/periti li ssottomettew kull applikazzjoni u taħt liema entità/dipartiment eċċ. għamlu dan? Għal kull applikazzjoni, jista’ jgħid meta ġiet sottomessa, meta ġiet approvata u meta ħareġ il-compliance certificate? X'kienet ir-raġuni għal tibdil fil-perit bejn applikazzjoni u oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Mediċina Concerta out of stock

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Concerta hijiex out of stock? Jekk iva, jista' jgħid meta se terġa' tkun disponibbli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- mediċina Concerta mhix out of stock .

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – konklużjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet wasal għalihom il-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu, magħmul minn numru ta' esperti, dwar l-operat fil-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), partikolarment il-mod ta' kif qed jingħataw il-multi lil numru ta' subject persons?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kienet saret bidla fir-Regolament 21(4)(b)(ii) li jirregola l-ogħla penali li jista’ jimponi l-imsemmi Korp f’kaz ta’ kontravvenzjonijiet gravi, ripetuti u sistematiċi tal-obbligi li joħorgu mir-Regolamenti kontra Money Laundering u l-Finanzjar tat-Terrorizmu meta mwettqa minn istituzzjonijiet finanzjarji. L-Avviz Legali 199 tal-2021 ikkjarifika b’mod aħjar dak li kien il-ħsieb tal-leġislatur billi l-massimu ta’ tali penali għandu jkun ta’ EUR 5 miljuni sakemm il-kontravvenzjoni ma tkunx tant gravi li EUR 5 miljuni ma jkunux bizzejjed u, sakemm l-ammont jirrizulta ogħla minn hekk, japplika minflok l-10% tal-fatturat annwali. U dan sabiex jintlaħaq dejjem l-għan illi tali penali jkunu effettivi u dizwassivi hekk kif rikjest mid-Direttiva (UE) 2015/849 u l-istandards internazzjonli f’dan il-qasam.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-esperti li ġew magħżula għall-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu, dwar l-operat fil-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), partikolarment il-mod ta' kif qed jingħataw il-multi lil numru ta' subject persons?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 4049.

Pazjenti Għawdxin li jieħdu l-Kimoterapija fis-SAMOC

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti Għawdxin li qed jagħmlu użu mill-Kimoterapija ġewwa Sir Anthony Mamo Oncology Centre? Jista' jikkonferma kemm hemm pazjenti li jagħmlu użu mill-kimoterapija ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mater Dei hemm 31 pazjent Għawdxi li qed jagħmel użu mill-Kimoterapija ġewwa Sir Anthony Mamo Oncology Centre u 25 pazjent li qed jagħmlu uzu mis-servizz tal-kimoterapija gewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Persuni li mietu kawża ta’ omiċidju f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' omiċidju ġewwa Għawdex, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li mietu kawża ta' omiċidju ġewwa Għawdex, mis-sena 2013 sal-15 ta’ Novembru 2022 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Omiċidji f' Għawdex Sena Każijiet Vittmi 2013 1 1 2014 0 0 2015 1 1 2016 0 0 2017 0 0 2018 1 1 2019 0 0 2020 0 0 2021 0 0 2022 2 2 Total 5 5

Ir-Rabat Għawdex – parkeġġ pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3744 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk hemmx pjan dwar parkeġġ pubbliku ġewwa r-Rabat, Għawdex? Jekk iva, fejn hu ppjanat li jiġi mibni u meta ser jinbeda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru għaddej bil-pjanijiet meħtieġa biex titwettaq il-wegħda elettorali marbuta ma’ parkeġġi ġodda u spazji miftuħa kif imwiegħed u li l-poplu Għawdxi, tagħna mandat b’saħħtu għalih.

Uffiċċju tal-Public Transport fit-Terminus tar-Rabat Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentarui 3583 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Uffiċċju tal-Public Transport fit-Terminus tar-Rabat, Għawdex ingħalaq? Per konsegwenza, min jitlef Tallinja Card f’Għawdex irid imur bilfors Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi kollha jistgħu jingħataw minn fuq it-telefown, mis-sit www.publictransport.com.mt jew inkella mit-Tallinja App. Minbarra hekk ninsab infurmat mill-operatur tat-Trasport Pubbliku li l-uffiċċju tagħhom fit-terminus tal-karrozzi tal-linja fir-Rabat, Għawdex, reġa’ jinsab miftuħ kull nhar ta’ Sibt filgħodu proprju minn nhar is-Sibt li għadda, 19 ta’ Novembru.

Ambaxxata u Konslu tal-Brażil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Malta la hawn Konslu u lanqas Ambaxxata tal-Brażil?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni u r-raġuni dwar x’livell ta’ rappreżentanza li pajjiż ikollu jew ma jkollux f’Malta hija għad-diskrezzjoni tal-pajjiż barrani u mhux ta’ Malta. Madankollu, il-Brażil huwa akkreditat għal Malta minn ġewwa Ruma u reċentement il-Brażil ressaq talba lill-Gvern Malti sabiex jaħtar Konslu Onorarju f’pajjiżna liema talba qiegħda tiġi pproċessata.

MTA – World Travel Market f’Londra

Question

Jista' l-Ministru jagħti aġġornament dwar ix-xogħol li sar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-World Travel Market f'Londra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta permezz tax-xogħol importanti li tagħmel l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet impenjata fuq numru ta' jiem f'waħda mill-akbar fieri internazzjonali tat-turiżmu madwar id-dinja, il-World Travel Market. B'sodisfazzjon ninnotaw ir-rispons pożittiv li kellna minn numru ta' aġenti tal-ivvjaġġar kif ukoll linji nazzjonali tal-ajru fejn dawn urew l-impenn tagħhom li jsaħħu l-konnessjoni tagħhom mal-Gżejjer Maltin. Matul il-World Travel Market kellna wkoll l-opportunita li nitkellmu ma' ġurnalisti Ingliżi permezz tar-radjo u t-televiżjoni fejn spegajna fid-dettall kif Malta qegħda taġġorna l-prodott turisitku tagħha.

San Pawl il-Baħar – Gallarija tal-Belvedere

Question

Jista' l-Ministru jagħti aġġornament dwar fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-gallarija tal-Belvedere f'San Pawl il-Baħar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-Gallarija tal-Belvedere ta’ San Pawl il-Baħar bdew. Bħalissa beda jinqala’ l-materjal minn sezzjoni tal-gallarija sabiex tkun tista’ tibda l-manutenzjoni meħtieġa.

Għadira – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Għadira

Question

Jista' l-Ministru jagħti aġġornament dwar fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Għadira?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-promenade u t-triq tal-Għadira bdew f’Ottubru u bħalissa qed isiru xogħlijiet relatati ma’ servizzi. Dan il-proġett qed isir flimkien ma’ Infrastructure Malta.

Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jagħti aġġornament dwar fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Mellieħa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Pjazza tal-Mellieħa bħalissa qed isir culvert biex ikunu jistgħu jitpoġġew is-servizzi neċessarji. Dan qed isir taħt monitoraġġ kostanti tal-arkeoloġisti u Sovritendenza tal-Wirt Kulturali. Dan il-proġett qed isir flimkien ma’ Infrastructure Malta.

Il-Polonja – operat tal-MTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiftaħ l-operat tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-Polonja?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Polonja huwa wieħed mis-swieq li diġa’ qed iġib riżultati aħjar mill-2019. Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena ġew Malta 105,040 turist mill-Polonja – jiġifieri kważi ħamsa u għoxrin elf aktar turist mill-istess perjodu fl-2019. L-uffiċju tal-Awtorità Maltja għat-Turiżmu fil-Polonja ser jibda jopera mill-bidu ta' Diċembru ta' din is-sena.

Scouting visits minn produtturi barranin

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar kemm saru scouting visits minn produtturi barranin bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena saru 36 scouting visits minn produtturi tal-films barranin f’Malta.

Screen Malta – kumpaniji li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar liema kumpaniji bbenefikaw minn Screen Malta bejn l-2018 u l-2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bejn 2018 u l-2021, total ta’ 53 kumpanija/individwu bbenefikaw mill-fondi li toffri Screen Malta. Is-sejħa għal din is-sena se toħroġ fiż-żmien li ġej. Sena Numru ta’ kumpaniji li bbenefikaw 2021 16 2020 17 2019 13 2018 7

Screen – għoti ta’ grants lil kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw valur ta' grants lill-kumpaniji li bbenefikaw minn Screen Malta bejn l-2018 u l-2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bejn l-2018 u l-2021 ingħataw total ta’ aktar minn miljun, tminn mija, ħamsa u sebgħin elf u erba’ mitt Ewro (€1,875,400) fi grants minn Screen Malta. SenaAmmont 2021€ 519,578.00 2020€ 573,846.00 2019€ 489,979.00 2018€ 292,000.00

Servizz ta’ ferry mix-Xatt ta’ Bormla sal-Belt Valletta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3479, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-estensjoni indikata għall-ġranet tas-7 u t-8 ta’ Diċembru tingħata l-pubbliċità neċessarja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Marsa — Wied is-Sewda - tindif

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3370, tista’ l-Ministru tara li x-xogħol indikat f’Wied is-Sewda, il-Marsa, isir billi hemm wisq ilma mniġġes u jinten?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li dan ix-xogħol ġie koordinat mal-Entitajiet rispettivi u dan l-ilma tneħħa.