Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-concession agreement li ngħatat lil-lukanda ġewwa Kemmuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba jistgħu jinkisbu mir-Reġistru Pubbliku. Madankollhu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba.
B’referenza għas-sejħa pubblika ta’ interess fl-iżvilupp ta’ dak imsejjaħ ‘Chalet’ ġewwa Tas-Sliema, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-development brief maħruġ?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-development brief tax-Chalet approvata fl-2002. Dan jinsab ukoll fuq fuq is-sit elettroniku : https://pa.org.mt/en/development-brief-details/chalet-development-brief
San Ġiljan u Tas-Sliema – rapporti ta’ storbju eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq storbju eċċessiv ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema minn Jannar 2022 sa Settembru 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-perjodu minn Jannar sa Settembru 2022, il-Pulizija rreġistrat mija u sitta u sittin ġewwa San Ġiljan u tmienja u tletin ġewwa tas-Sliema rapporti ta’ storbju eċċessiv.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tidħol l-iskema ta’ residential parking għar-residenti ġewwa Tas-Sliema, skema li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kien qed jagħmel u ġiet imwaqqfa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru flimkien ma' Transport Malta qiegħed iħares lejn l-iskema b'mod ħolisitku biex imbagħad jikkomunika d-deċiżjoni finali.
Applikazzjonijiet għal proprjetajiet biex ikunu skedati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet biex proprjetajiet ikunu skedati fid-dawl ta’ valur arkitettoniku u/jew storiku? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawn il-proprjetajiet? Jista’ jagħti d-data ta’ kull applikazzjoni li għadha pendenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 52 talba u li l-proċess huwa regolat skont l-artikolu 57 tal-Kap. 551.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – screening tal-Malta Police Force
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser jibda jsir “screening” kontinwu fuq kull membru fil-Malta Police Force, partikolarment fuq “senior staff” li huma inkarigati fuq investigazzjonijiet delikati, jista’ l-Ministru jgħid kif qed isir dan l-iscreening? Jekk qed isir dan l-iscreening, jista’ jgħid minn min qed isir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Dwar l-għan numru tlieta tal-istrateġija, f’dawn l-aħħar xhur tkompla b’ mod aktar wiesgħa, proċess ta’ Personal Security Clearance tal-membri tal-Korp. Sax-xahar ta’ Ottubru 2022 iktar minn terz tal-membri tal-Korp, kisbu din il-clearance. Ma dawn hemm inkluż is-senior staff tal-iskwadri speċjaliżżati kollha. Peress illi l-emfasi principali kienet fuq dawn l-iskwadri, il-prassi ġenerika tul dan il-proċess dejjem kienet illi appena membru japplika u jibda jaqdi d-doveri f’dawn l-iskwadri, jiskatta il-proċess għas-Security Clearance tagħhom immedjatament. Madanakollu bħalissa għaddej l-istess proċess, għal-membri tal-Korp li jifformaw parti mill-iskwadri u d-distretti fil-qasam operattiv. Kif intqal f’iktar dettal fi tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Onorevoli Membru, il-Korp nieda wkoll Policy ta’ screening kontra id-droga, liema screening isir kontinwament fuq il-membri tal-Korp.
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser tibda titħaddem il-“whistleblower policy” biex il-Korp jissaħħaħ u li se jkun hemm “zero-tolerance” għal kull forma ta’ korruzzjoni, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-policy saritx? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Dwar l-għan numru tlieta tal-istrateġija, f’Novembru 2020, il-Korp tal-Pulizija ppublika Policy kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni li fost affarijiet oħra tistabilixxi r-rwol tal-Uffiċjal tal-Integrita’. Dan għandu r-responsabbiltà wiesgħa li jiżgura li l-integrità tiġi kkultivata, istituzzjonalizzata u implimentata b’mod ġenerali fi ħdan il-Korp. L-Uffiċjal tal-Integrità jirċievi rapporti interni ta’ suspett ta’ korruzzjoni permezz tal-proċedura ta’ rappurtar miftuħ, b’mod kunfidenzjali jew anonimu. Fl-istess ħin, il-Korp introduċa proċedura onlajn għal rappurtar anonimu, msejjaħ ‘Break The Silence’. Din il-proċedura tippermetti r-rappurtar taċ-ċirkostanzi, minn membri tal-Korp, mingħajr ma tiġi żvelata l-identità tagħhom. Għal dan il-għan kien jeħtieġ ukoll emendi legali.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – screening kontra d-droga
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser jibda jkun hemm screening kontra d-droga fuq kull membru fil-Korp, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet ta’ użu ta’ droga minn membri fil-Korp minn meta ddaħħal dan l-iscreening u x’tip ta’ droga nstabet u x’passi ttieħdu kontra dawn il-pulizija u staff fi ħdan il-Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Dwar l-għan 3 ta’ l-istrateġija, il-Korp nieda policy li tirregola l-iscreening tal-uffiċċjali tal-Korp tal-Pulizija, liema proċeduri jiskattaw ġaladarba jirriżulta li uffiċjal ġie pożittiv għall-eżami.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – sistema kompjuterizzata ta’ case management
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 4) kien li ser tinxtara sistema kompjuterizzata ta’ “case management” biex titħaddem f’kull sezzjoni tal-Korp minflok l-użu tal-karti waqt il-qadi tal-investigazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sistema inxtratx u jekk iva, meta u kif qed titħaddem f’kull sezzjoni tal-Malta Police Force?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Dwar wieħed mill-oġġettivi li hemm fl-għan numru erba, dwar sistema kompjuterizzata ta’ “case management”, fil-bidu ta’ l-ewwel sentejn ta’ l-istrateġija, bdiet ir-riċerka biex jiġi stabilit liema tip ta’ sistema tkun l-aktar xierqa għal użu tal-Korp. Dan hu parti mix-xogħol li jrid isir qabel tiġi mixtrija l-istess sistema, li permezz tagħha il-Korp jintroduċi proċess ta’ Record Management System, b’workflows li jiġu integrati, bl-iskop illi l–proċess fid-dipartiment ma jkunx jirrekjedi iktar l-użu ta’ karta fil-futur, u dan barra minn vantaġġi amministrattivi oħra li jġib miegħu l-istess proċess. Bir-riċerka li saret, il-Korp diġa qiegħed f’pożizzjoni u beda il-preparazzjonijiet għal abozzar ta’ tender, li bl-għajnuna tal-MITA, kif ukoll dik ta’ servizzi ta’ pulizija barranin li diġa għandhom esperjenzi dwar dawn is-sistemi, it-tender tkun tista toħroġ. Għaldaqstant huwa previst li s-sistema tkun lesta fil-perjodu ta’ din l-istrateġija.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – sistema ta’ workflow management
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 4) kien li tinxtara sistema ta’ “workflow management” fejn ix-xogħol amministrattiv se jiġi wkoll kompjuterizzat, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-għodda nxtratx? Jekk iva, meta u xi nxtara u kif u fejn qed tintuża?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Dwar wieħed mill-oġġettivi li hemm fl-għan numru erba’, infurmat illi s-sistema ta’ workflow management bdiet titħaddem f’ċerti sezzjonijiet tal-Korp. Intant, ammont sewwa ta’ xogħol amministrattiv diġa qed isir permezz ta’ din is-sistema, li jinkludi doveri ta’ pjannar u tqassim tax-xogħol ta’ kuljum tal–uffiċċjali (detail of duties), xogħol relatat mal-uffiċċju tar-Riżorsi Umani, xogħol li jsir fit-taqsima tal-garaxx tal-pulizija, u oħrajn. Is-sistema ser tkun estiża għal aktar taqsimiet tal-Korp biex tiffaċilita aktar proċessi, fil-perjodu ta’ din l-istrateġjija. Qed isir użu estensiv ta' sistemi kompjuterizzati li qed jagħti inter-operabilita bejn id-dipartimenti, u inaqqas b’mod konsiderevoli ix-xogħol manwali u antikwat ta’ żamma ta’ data. Iddaħħlet ukoll sistema awtomatika ta’ għall-ħruġ ta’ Traffic Offence Tickets, li tippermetti kontabilta’ aħjar u tnaqqas lok ta’ żball uman.
Fuq l-istess linja qiegħda tiġi proċessata sistema awtomatika ta’ kif jiġu kkumpilati is-seduti tad-distrett biex b’hekk dejjem jitnaqqas l-intervent uman fl-iproċċessar ta’ data. Sistemi oħra bħal- dawk tal-bodycams, joffru awtomazzjoni assoluta, mingħajr bżonn ta’ intervent manwali. Sistemi ta’ dan it-tip joffru mhux biss kontabilita’ aħjar u aċċess aħjar għal-awditjar, iżda joħolqu lok fejn id-data miġbura u it-trends li joħorġu minnha jkunu jistgħu jiġu analizzati aħjar b’lok għal-azzjonijiet proattivi, liema azzjonijiet iwasslu għall-servizz iżjed effettiv u effiċċjenti.
Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – human resources management system
Question
Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 4) kien li tinxtara sistema kompjuterizzata ta' “human resources” biex l-aċċess ta’ data personali ta’ kull membru fil-Malta Police Force jkun iktar faċli minflok is-sistema manwali, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sistema nxtratx? Jekk iva, jista’ jgħid meta, xi nxtara u kif qed jintuża?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu.
Fl-aħħar xhur sar proċess qawwi ta’ diġitalizzazzjoni tad-data mmaniġjati mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani, fil-preżent, dan id-Dipartiment għaddej b’eżerċizzju kkoordinat mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern sabiex din id-diġitalizzazzjoni tkompli titwessa. Dan kollu qed iwassal għal iżjed effiċjenza bi proċessi li kienu jitħaddmu manwalment issa qed jiġu awtomatizzati. Apparti dan, il-Korp tal-Pulizija jinsab f’diskussjonijiet sabiex dan il-proċess ikompli jitwessa.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Angelo Dorini, fis-Siġġiewi jkollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Salvu Borg Olivier, fis-Siġġiewi jkollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Ġuża Mifsud, fis-Siġġiewi jkollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis. Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm ħaddiema li qegħdin jaħdmu fil-Mental Health Helpline 1579 u xi kwalifiki għandhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Twegiba:
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-
helpline
tal-1579 huwa kompost minn 10
call handlers
li kollha huma ggradwati bil-
Bachelor's Degree
tal-psikoloġija mil-Universita ta’ Malta. Fosthom hemm
Counselling Psychologist
,
Clinical Psychologist
u
Systemic Psychotherapist.
Bħala parti mit-training estensiv li għamlu bi preparazzjoni għal
helpline
, ingħataw ukoll taħriġ f’
risk assessment
u ġew akkreditati fl-AMSR (
Assessing and Managing Suicidal Risk
) mill
Zero Suicide Institute
. Ta’ min jgħid li apparti dawn l-għaxar
frontliners
, hemm sistema sħiħa tas-servizzi tas-saħħa mentali li qegħdin jikkontribwixxu fl-operat tal-helpline, fosthom, psikjatri, tobba u
community psychiatric nurses
.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qiegħda tiswa fix-xahar il-Mental Health Helpline 1579?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-professjonisti tal-1579 għandhom rwol kliniku ulterjuri fi ħdan id-Dipartiment tal-Psikoloġija, għaldaqstant ma tistax tiddentifika l-ispiża eżatta ta’ dan is- servizz ta’ 24 siegħa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi pathway ta’ kif se jiġu megħjuna l-klijenti li jċemplu fuq il-Mental Health Helpline 1579?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-call handlers tal-Helpline jaħdmu id f’id mal-professjonisti u l- għajnuna li tingħata tkun ibbażata skont il- bżonnijiet u l- urġenza tal-persuna li ċċempel.
Infermiera ta’ nazzjonalità barranija – kuntratt ta’ xogħol fis-Settur Pubbliku
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega jekk infermiera ta’ nazzjonalità barranija fil-kuntratt tagħhom għandhomx stipulat żmien li huma marbutin bih li jaħdmu fis-Settur Pubbliku ta’ Malta wara li jaslu f’pajjiżna u jingħataw xogħol u taħriġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nurses barranin ingaġġati mal-Ministeru għas-Saħħa ma ġewx ingaġġati fuq kuntratt definit, izda b’appointment indefinit, bl-istess kundizzjonijiet ta’ xoghol tan-nurses Maltin, inkluż perjodu ta’ notice skont il-ligi.