Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal-Luqa – Upgrade fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat upgrade fin-network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku f’Ħal Luqa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rinfurzar fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku huwa proġett kontinwu li jsir skont il-prijoritajiet li jiġu indikati mill-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta. F’Ħal-Luqa fl-aħħar xhur saru diversi xogħlijiet ta’ tisħiħ fi Triq Kan.Ġwann Borg , Triq Ġanni Vassallo, Sqaq il-Fdal tal-Ħadid u partijiet minn Triq Ħal Tarxien, Triq il-Ġdida u Triq Valletta. Il-provvista tal-elettriku għar-residenti ta’ Ħal-Luqa ser tissaħħaħ ukoll b’cable tal-11kV li ser isir bejn il-Marsa u Ħal Qormi li jipprovdi servizz ukoll lil parti minn Ħal Luqa.

Ħaż-Żebbuġ – Upgrade fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat upgrade fin-network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rinfurzar fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku huwa proġett kontinwu li jsir skont il-prijoritajiet li jiġu indikati mill-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta. F’Ħaż-Żebbuġ fl-aħħar xhur saru jew qed isiru diversi xogħlijiet kemm fuq is-sistema tal-vultaġġ għoli kif ukoll fis-sistema tal-vultaġġ baxx. Fi tliet substations ser isiru ħames feeders ġodda tal-400V. Il-provvista tal-elettriku għar-residenti u negozji f’Ħaż-Żebbug ser tkompli tissaħħaħ b’żewġ cables tal-11kV miċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Marsa South. Fl-istess waqt tlestew xogħlijiet ta’ tisħiħ li jaffettwa r-residenti ta’ Triq Dun Salv Trevisani, Triq is-Sindku Vella, Triq Filippu Galea, Triq Dun Luret Callus, Triq Ġanni Bonniċi, l-Imgħażel, Triq Ġ. Abela u partijiet minn Triq l-Imdina u l-Għasfura.

Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4168 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Reverse Vending Machines

Question

B'referenza għall-iskema tar-rifużjoni tad-depożitu ta' 10c tal-kontenitur tax-xorb, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu t-total ta' reverse vending machines li għad irid jibdew jitħaddmu? Fejn jinsabu r-reverse vending machines li għad iridu jibdew jitħaddmu, lokalità b’lokalità, u meta hemm ħsieb li dawn jibdew jitħaddmu? Għal kull reverse vending machine li għadha ma bdietx topera, tista' l-Ministru tispeċifika jekk din hux ser tiġi installata f'supermarket jew ħanut tal-merċa, inkella f'Public Recycling Hub?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata illi hemm numru ta’ Reverse Vending Machines li għadhom iridu jitwaħħlu għaliex dan jinvolvi proċess ta’ permessi u konsultazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati. Fil-lokalitajiet fejn bħalissa ma hemmx dawn il-magni l-ħwienet tal-merċa qegħdin jaċċettaw il-fliexken. Infurmata ukoll li r-Regolatur se jkun qed jara mal-Operatur tal-iskema li l-pubbliku jkollu aċċess aktar wiesa' għal dawn il-magni.

Skema ta’ rifużjoni tad-depożitu ta’ 10c tal-kontenituri tax-xorb

Question

B'referenza għall-iskema tar-rifużjoni tad-depożitu ta' 10c tal-kontenitur tax-xorb, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar fejn jinsabu l-bejjiegħa tal-merċa li qed jipparteċipaw f'din l-iskema bħala post ta' ġbir manwali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont ir-Regolamenti dwar ir-Riċiklaġġ tal-Kontenituri tax-Xorb (L.S 549.134), dawk il-bejjiegħa bl-imnut li fl-istabbiliment tagħhom ma jkollhomx Reverse Vending Machine, għandhom joperaw sistema manwali li permezz tagħha jaċċettaw ir-ritorn ta’ kontenituri tax-xorb fejn il-barcode indikat fuq il-kontenitur ikun l-istess bħall-barcode ta’ xarbiet li jinbiegħu mill-istess bejjiegħ.

Għaqdiet Sportivi reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għaqdiet sportivi li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports, lokalità b’lokalità? F'kull każ, f’liema dixxiplini sportivi huma attivi l-għaqdiet li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jingħataw benefiċċji soċjali bħala single parents, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, separatament għal kull lokalità? Jista' jgħid kemm hu t-total ta' persuni li jingħataw tali benefiċċju bħala single parents?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsilli Lokali u Reġjuni li ma għandhomx segretarju eżekuttiv full-time

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kunsilli lokali u reġjuni m'għandhomx segretarju eżekuttiv full-time? Liema huma dawn il-kunsilli lokali u reġjuni? F'kull każ kemm ilhom f'din is-sitwazzjoni? F'dawn il-każijiet, għal kull każ, jista' l-Ministru jispeċifika jekk hemmx aġent segretarju eżekuttiv, deputat segretarju eżekuttiv jew inkella aġent deputat segretarju eżekuttiv? Kif qed jitwettqu d-doveri tas-segretarju eżekuttiv f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi hemm 16-il Kunsill Reġjonali u Lokali illi bħalissa m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv full-time skont kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Kunsill Lokali/ Reġjonali Status Data tat-Terminazzjoni tas-Segretarju Eżekuttiv preċedenti Birkirkara Deputat Segretarju Eżekuttiv 24/11/2021 Bir¿ebbuġa Aġent Segretarju Eżekuttiv 17/05/2022 Il-Fgura Deputat Segretarju Eżekuttiv 15/02/2022 Il-Gżira Aġent Segretarju Eżekuttiv 14/10/2019 Il-Ħamrun Aġent Deputat Segretarju E¿ekuttiv 17/02/2022 Ħal Luqa Deputat Segretarju Eżekuttiv 09/05/2021 Marsaxlokk Deputat Segretarju Eżekuttiv 13/12/2019 L-Imqabba Deputat Segretarju Eżekuttiv 03/04/2022 Il-Qala Aġent Segretarju Eżekuttiv 11/01/2021 Il-Qrendi Deputat Segretarju Eżekuttiv 30/06/2021 San Ġiljan Deputat Segretarju Eżekuttiv 24/01/2022 Santa Venera Deputat Segretarju Eżekuttiv 01/07/2018 Is-Swieqi Aġent Segretarju Eżekuttiv 18/03/2022 Reġjun tal-Punent / Western Regional Council Aġent Segretarju Eżekuttiv 01/01/2022 Reġjun tal-Port / Port Regional Council Aġent Deputat Segretarju E¿ekuttiv 24/10/2021 Reġjun Għawdex / Gozo Regional Council Aġent Deputat Segretarju E¿ekuttiv 19/07/2022 Ninsab infurmat illi x-xogħol magħmul minn dawn l-uffiċjali hu wieħed jissodisfa il-ħtiġijiet statutorji minimi tal-kariga. Intant ninsab infurmat ukoll illi minn naħa tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali inħarġet sejħa f’Settembru 2022 intiża sabiex tindirizza il-vakanzi e¿istenti u ghalhekk l-processi relattivi għaddejjin.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – ħaddiema barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tagħha? Jekk iva, kemm hemm?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport timpjega ħdax (11)-il impjegat barrani filwaqt li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur timpjega ħames (5) impjegati barranin. Il-Ministeru, dipartimenti u l-bqija tal-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tal-Ministeru, ma jħaddmux impjegati barranin.

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għal Għawdex m’ hemmx ħaddiema barranin.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fid-dekasteru u ċjoè fid-diversi entitajiet hemm 45 ħaddiem, li tnejn minnhom huma ingaġġati fuq bażi part-time. Dawn jaħdmu primarjament fil-qasam tal-immigrazzjoni.

Ministeru għat-Turiżmu – ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hawn 11-il ħaddiem barrani jaħdmu fid-dekasteru.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – ħaddiema barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tagħha? Jekk iva, kemm hemm?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża (inklużi d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu), in-numru ta’ ħaddiema barranin hu ta’ tnejn u ħamsin.

Il-Fontana Għawdex – Triq Mons Mikiel F Buttigieg — xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15075 li ġiet imwieġba fil-15 ta' Ġunju 2020 rigward meta ser jsir ix-xogħol fi Triq Mons Mikiel F Buttigieg fil-Fontana Għawdex, peress li parti sostanzjali minn din it-triq għadha sal-lum bla wiċċ, fejn kien ġie mwieġeb "li x-xogħol f’din it-triq huwa maħsub li jsir", jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol u jekk hux se jsir fuq il-parti kollha tat-triq li għadha sal-lum bla wiċċ jew inkella fuq biċċa minnha biss u dan peress li għaddew sentejn u nofs mit-tweġiba tiegħu msemmija hawn fuq u ma sar xejn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li beda x-xogħol tal-livellar tat-triq.

Kiri ta’ binjiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3540 u jgħid kemm inkrew binjiet ġodda mingħand il-privat mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu bejn l-1 ta' Jannar 2021 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kull każ għal liema skop inkrew dawn il-binjiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex – proġett tas-second class water għall-bdiewa

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3543 rigward il-proġett tas-second class water għall-bdiewa ġewwa Għawdex fejn ġie mwieġeb li "Infurmata li l-proġett tlesta f’Ottubru 2022 biex nevitaw inkonvenjent żejjed lir-residenti tal-madwar peress li kien hemm ukoll xogħol inevitabbli minn entitajiet oħra" tista’ l-Ministru tgħid fejn u kemm, ġewwa Għawdex (raħal u triq) ġew installati dispensing points ġodda?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’referenza għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 3543 fejn għidt li kont infurmata li l-proġett kien tlesta. Bi żvista dakinhar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet qed tirreferi biss għax-xogħlijiet fuq in-network ta’ distribuzzjoni. Ninsab infurmata li d-dispensing points filfatt għadhom ser jiġu installati. Din il-fażi tax-xogħolijiet ippjanata titnieda u tiġi konkluża fl-ewwel tlett kwarti tas-sena 2023 permezz ta’ kuntratt separat.

Ministeru għal Għawdex – Sejħa għal post ta’ foreman

Question

B'referenza għas-sejħa HR/MG No. 5/2022 - Post ta' Foreman fil-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għal din is-sejħa u kemm minnhom għaddew? Jista’ jgħid ukoll għal kull wieħed u waħda, kemm kien ilhom impjegati mal-Gvern u f’liema xahar u sena ġew impjegati u xi grad u skala kienu u kemm kien ilhom, fid-data meta applikaw għal din is-sejħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultat ta’ kull sejħa tkun ippublikata fuq in-notice board tal-Ministeru.

Għawdex – Triq tal-Lanterna l/o Għasri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet (xahar u sena) fi Triq tal-Lanterna, limiti tal-Għasri u kemm-il xahar ilha magħluqa din it-triq? Meta se jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jiswew? Jista’ jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f’din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq din it-triq beda lejn l-aħħar tas-sena 2020. It-triq ingħalqet meta kien hemm il-bżonn biss. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jkunu lesti lejn il-bidu tas-sena d-dieħla. Sar xogħol estensiv fuq il-ħitan tas-sejjieħ, tqiegħdu four-way ducts biex jitgħaddew is-servizzi ta’ ilma, drenaġġ u komunikazzjoni u tpoġġa cable tad-dawl minn isfel sal-parkeġġ. Sar ukoll xogħol fuq id-disinn tal-istruttura u tal-piling għall-aħħar kisra, u dalwaqt jibdew ix-xogħlijiet ta’ tisħiħ ta’ din il-parti tat-triq.

Għawdex – Rabat – Triq Ġużeppi Spiteri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex parti ġdida minn Triq Ġużeppi Spiteri, fir-Rabat, Għawdex issir matul is-sena 2023, għax tali triq qatt ma saret u peress li f'dawn l-aħħar erba' snin sar xi bini f' din it-triq, il-maġġor parti tal-bini u s-servizzi għadhom mhux lesti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Ministeru hux se jibda l-proċess ta’ esproprjazzjoni sabiex tinfetaħ it-triq li diġà hi schemed u li twassal għall-parking tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u tagħti aċċess aħjar lir-residenti u lill-poplu inġenerali qabel issir il-parti l-ġdida li diġà ġiet ifformata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq jinsabu għaddejjin. Apparti minn hekk, tnieda proċess ta’ espropjazzjoni fejn fuq proċess ta’ fa\ijiet se jibdew jinfetħu l-schemed roads. Dan biex apparti r-raguni li qal l-Interpellant, iservu wkoll ta’ rotot alternattivi ħalli jitnaqqas it-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat.