Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel primarji - Multi-sensory rooms

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31872, 32170 u 32290 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pembroke - Ilmenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31712, jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti rigward trab, eċċ. li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddej bħalissa, f’Pembroke matul din is-sena u x’passi ttieħdu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol irċevew 11- il ilmenti dwar trab f’siti ta’ kostruzzjoni ġewwa Pembroke. Dwar dawn l-ilmenti, l-uffiċċjali ta’ dawn l-awtoritajiet għamlu diversi spezzjonijiet fejn ttieħdu l-passi neċċessarji, fosthom nħarġet ordni ta’ waqfien tax-xogħlijiet u ħruġ ta’ multa fuq emissjonijiet tat-trab.

Voti għall-gazzetti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32187, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jsiru r-rappreżentazzjonijiet neċessarji sabiex il-vot għall-gazzetti għal għotjiet lill-media jiżdied b’mod iktar sostanzjali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kunsill Malti għal Arti hu kommess li jkompli jaħdem biex il-voti kollha tiegħu jkomplu jiżdiedu. Ta’ min jinnota li dan il-vot żdied b’Eur 800,000 biex fi 2026 issa hu ta’ Eur 1,300,000.

Ħal Tarxien - Triq Giuseppe Calì - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31329 u 31954 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Giuseppe Calì, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ir-residenti tat-triq ikollhom ix-xogħlijiet lesti qabel il-Milied?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lil Onor. Interpellant għal risposti lejn il-mistoqsijiet numri 31329 u 31954, fejn diġa irrispondejt li x-xogħol ser jitlesta fl-ewwel kwart ta’ 2026, ninfurmah illi sal-millied huwa previst li jkun lest l-ewwel saff ta’ asfalt fi triq Giuseppe Cali sabiex din tkun tista tintuża mill-pubbliku fiż-żmien il-festi. It-tieni saff ta’ asfalt isir meta jkun lest ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni fi triq Odilone biex b’hekk iz-zewġ toroq ikunu lesti flimkien hekk kif jitlob normalment ix-xogħol.

Bormla - Pjazza Gavino Gulia - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30324 u 31334, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu r-rapporti u l-investigazzjonijiet fuq l-istat tal-Pjazza Gavinu Gulija f’Bormla?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-investigazzjonijiet li saru, qed tiġi ppreparata sejħa għall-offerti biex issir it-tiswija neċessarja.

Il-Fgura u Ħal Tarxien - Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati – Rapporti u spezzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti u spezzjonijiet fuq abbużi ai termini tal-emendi li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2025 fl-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kapitolu 604 tal-Liġijiet ta’ Malta) fil-lokalitajiet tal-Fgura u Ħal Tarxien?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn l-1 ta’ Settembru 2025 ġew irrapurtati żewġ każijiet, wieħed dwar proprjetà f’Ħal Tarxien u ieħor fil-Fgura, li allegaw li l-postijiet rispettivi kienu okkupati minn iktar persuni milli tippermetti l-liġi (overcrowding). Saru tliet spezzjonijiet b’kollox relatati ma’ dawn ir-rapporti.

Marsaxlokk - Villa Tas-Silġ

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28889 u 30873, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru sforzi ġodda tant neċessarji sabiex il-proġett tal-Villa f’Tas-Silġ f’Marsaxlokk, iseħħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li, mill-aħħar tweġiba relatata ma’ dan is-sit, m’hemm l-ebda aġġornament ulterjuri x’jiġi komunikat.

American University of Malta – Studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati u li fiżikament jattendu l-American University of Malta (AUM) f’Bormla matul din is-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10659.

Skema ta’ €100 fix-xahar għall-istudenti li jikru akkomodazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema fejn studenti jingħataw €100 fix-xahar meta jikru akkomodazzjoni bejn tliet studenti għadhiex fis-seħħ, u jekk hux ser tibqa’ fis-seħħ fl-2026?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Skema ta’ €100 fix-xahar għall-istudenti li jikru akkomodazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema fejn studenti jingħataw €100 fix-xahar meta jikru akkomodazzjoni bejn tliet studenti għadhiex fis-seħħ, u jekk hux ser tibqa’ fis-seħħ fl-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Parole Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Parole Officers preżentement u kemm hi l-workload tagħhom, jiġifieri kemm hemm Parole Officers assenjati ma’ kull parolee?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li, skont il-Liġijiet ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole jimpjega Uffiċjala tal-Probation li jaħdmu wkoll xogħol konness mas-sistema tal-Parole. Fil-preżent, id-Dipartiment jħaddem total ta’ 25 Uffiċjal u l-każijiet ta Parole huma assenjati b’mod li kull parolee ikollu uffiċjal wieħed li jsegwih.  Il-każijiet huma assenjati b’mod ekwu skont kif maqbul fil-ftehim settorjali tal-klassi tal- Probation and Parole .

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Residenti li qegħdin jiskontaw sentenza twila ta’ priġunerija u qegħdin fuq parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qegħdin jiskontaw sentenza twila ta’ priġunerija u qegħdin fuq parole mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika x’jifhem b’sentenza twila.

Akkomodazzjoni soċjali - Parametri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-parametri biex persuna tapplika u tiġi aċċettata għall-akkomodazzjoni soċjali? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi threshold finanzjarju?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji sabiex individwu jkun jista’ japplika għall-akkomodazzjoni soċjali huma dokumentati b’mod trasparenti u aċċessibbli pubblikament. Dawn il-kriterji huma ċari u nħolqu sabiex jiżguraw li l-għajnuna tasal għand min verament għandu bżonnha. Il-kriterji sabiex individwu jkun jista’ japplika għall-akkomodazzjoni soċjali huma dawn:- 1) Ikun ċittadin Malti / tal-Unjoni Ewropea jew stat ta’ refuġjat; 2) F’każ ta’ separazzjoni, is-separazzjoni għandha tkun finalizzata; 3) Id-dħul ma jridx jeċċedi €10,000 għal persuna waħedha jew €12,000 + €700 għal kull wild taħt it-tmintax-il sena għal ġenitur wieħed/separat/koppja miżżewġa; * Dħul minn Assistenza għall-Mard (SKA), Benefiċju tal-Enerġija (EB) u Children’s Allowance (CA), jiġi eskluż minn dan l-ammont. 4) F’każ ta’ aħwa li jgħixu flimkien, id-dħul tagħhom ikun ikkunsidrat daqs ta’ koppja miżżewġa; 5) L-assi tal-applikant m’għandhomx jeċċedu t-€28,000 minn tliet snin qabel id-data tal-applikazzjoni; 6) Irid ikun ilu residenti Malta għal 12-il xahar konsekuttivi matul l-aħħar 18-il xahar.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Xogħlijiet ta’ restawr u riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta’ restawr jew ta’ riabilitazzjoni mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Liema kienu l-postijiet li bbenefikaw minn dawn ix-xogħlijiet u f’liema lokalità jinstabu? Jista’ wkoll jagħti dettalji tax-xogħol li għaddej preżentement mill-istess dipartiment u f’liema lokalitajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dwan l-aħħar ħames snin id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għamel ħdax -il proġett ta’ restawr: Post Lokalità Sena Il-Binja tad-Domus Ħad-Dingli 2021 Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija Assunta Ħad-Dingli 2022 Ir-Ridott ta’ Ximenes fis-Salini In-Naxxar 2022 Palazzo Xara Ir-Rabat 2022 Il-Kappella ta’ Santa Marija ta' Duna Ir-Rabat 2023 Il-Kappella tal-Kunċizzjoni Ir-Rabat 2023 Il-Mitħna tax-Xarolla IżŻurrieq 2023 Il-Funtana tal-Iljun fi Triq Sant’Anna Il-Floriana 2024 Id-Dar Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu Valletta 2024 Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija L-Imqabba 2025 Il-Knisja ta’ San Mark fi Triq Santu Wistin Ir-Rabat 2525 Bħalissa d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jagħmel dawn ix-xogħlijiet: Postijiet fejn qed isir ix-xogħol Lokalità Blokk A, Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Il-Floriana Blokk B,  Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Il-Floriana Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija Assunta Ħad-Dingli