Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw maqtula? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw imweġġgħa, abbużati u/jew feruti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Impjieg ta’ maġistrat/imħallef – spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa f'sena l-impjieg ta' Maġistrat, inkluż l-istaff li għandu bżonn, u minn min jikkonsisti dan l-istaff? Jista' jagħti wkoll l-istess informazzjoni għal Imħallef?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba.

Għawdex – Għoti ta’ fondi għal diversi programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksuba minn Għawdex taħt dawn il-programmi: - Programm ta' Koeżjoni; - ERDF; - ESF; - Agrikultura; u - Sajd? Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex – Għoti ta’ fondi għal diversi programmi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksuba minn Għawdex taħt dawn il-programmi: - Programm ta' Koeżjoni; - ERDF; - ESF; - Agrikultura; u - Sajd? Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura u tingħata f’seduta oħra.

Għawdex –Taxxa miġbura minn lukandi u akkomodazzjonijiet oħra

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4161, jista' l-Ministru jgħid kemm mid-dħul tat-taxxa fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjonijiet oħrajn minn indirizzi reġistrati f’Għawdex ġie investit f'Għawdex stess?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spjegat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4161, saru diversi interventi matul iż-żmien, bl-aħħar intervent, ċjoèl-iscuttling tal-Hephaestus fl-inħawi tax-Xatt l-Aħmar, jiġi jiswa nofs miljun Ewro.

Ħal Far – Riħa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta’ ħut

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2964, tista’ l-Ministru tgħid x'passi ħadet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex tkun investigata riħa insapportabbli persistenti li baqgħet ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far u li qiegħda taffettwa ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa? Tista’ tgħid jekk din il-fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut hix tiffunzjona skont l-Environmental Permit maħruġ lilha mill-ERA?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi wettqet numru sostanzjali ta’ spezzjonijiet fl-impjant inkwisjoni, fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far u anke f’Birżebbuġa, u dan sabiex tagħmel monitoraġġ tal-operat tal-impjant u biex tinvestiga wkoll rapporti dwar irwejjaħ. Kif spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 4345, jidher li f’każ partikolari dawn kienu kkważati minn sadd fis-sistema tad-drenaġġ. Bħala parti mill-monitoraġġ tagħha l-Awtorità tesiġi wkoll li s-sistema tal-arja li hemm fl-impjant tkun qed taħdem kif suppost.

Ħal Far – Riħa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta’ ħut

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2962, jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Malta Industrial Parks & Hubs u mill-INDIS Malta Ltd biex tkun investigata riħa insapportabbli li ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far peress li dawn l-irwejjaħ baqgħu jaffettwaw ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li INDIS intervjeniet u ttieħdu l-passi neċessarji mis-sidien tal-fabbrika. INDIS qiegħda tagħmel spezzjonijiet ta’ verifika regulari fl-inħawi kkonċernati. Nifhem li ħidma simili qiedgħa ssir minn entitajirt oħra fuq xogħol ieħor.

Ħal Far – Żona Industrijali – investigazzjoni mill-ERA rigward rwejjaħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għamlitx l-investigazzjonijiet neċessarji biex jiġi vverifikat jekk fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far hux tarmi fdalijiet fis-sistema tad-drenaġġ bil-konsegwenza li qed ikun hemm riħa insapportabbli persistenti kemm fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far kif ukoll f' Birżebbuġa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 4345 u 4419.

Ħal Far – Riħa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta’ ħut

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) għamlitx l-investigazzjonijiet neċessarji biex jiġi vverifikat jekk fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far hijiex tarmi fdalijiet fis-sistema tad-drenaġġ bil-konsegwenza li qed ikun hemm riħa insapportabbli persistenti kemm fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far kif ukoll f'Birżebbuġa? Jekk fl-affermattiv, x'passi ser tieħu l-WSC biex jiġi mnaddaf in-network tad-drenaġġ biex ir-residenti ta' Birżebbuġa ma jibqgħux ixommu r-riħa insapportabbli li qiegħda taffetwa din il-lokalità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal-Mistoqsija Parlamentari numru 4345 li tikkonċerna l-istess każ.

Birżebbuġa – Triq 13 ta’ Diċembru – bankini — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2995, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bankini ta' Triq it-13 ta' Diċembru, f’Birżebbuġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-istess Kunsill talab l-assistenza lill-entità kkonċernata sabiex isiru tali xogħlijiet.

Birżebbuġa – Triq Feliċjan — xogħlijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2994, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Feliċjan, Birżebbuġa għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin joħolqu diversi inkonvenjenzi lir-residenti ta' din it-triq peress li fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 2907 il-Ministru ma qalx meta dan ix-xogħol ser jitlesta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu previst li x-xogħolijiet fi Triq Feliċjan, Birżebbuġa għandhom ikunu lesti sal-aħħar ta’ din is-sena.

Klabbs tal-għawm u tal-waterpolo – sponsorships, grants u għajnuniet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu u kemm kienu jammontaw: a) l-isponsorships, b) grants; u ċ) għajnuniet oħra li ngħataw lill-klabbs tal-għawm u tal-waterpolo? Jista’ jgħid liema klabbs ibbenefikaw minnhom? Jista’ jgħid jekk għas-sena li ġejja hemmx il-ħsieb illi klabbs oħrajn jibbenefikaw ukoll u jekk iva, liema se jkunu dawn il-klabbs? Jista’ jgħid liema kriterju/i qegħdin jiġu applikati biex jitqassmu dawn l-għajnuniet u jekk il-klabbs lokali kollha humiex informati b'dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara/cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-kuntrattur/i imma li qed jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja – ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-4 ta’ Novembru fid-dekasteru tiegħi kien hemm 4 impjegati barranin.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 82 ħaddiem mhux ta’ nazzjonalità Maltija fid-dekasteru tiegħi.

Mewt ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli tal-mewt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li mietet it-Tlieta 6 ta’ Settembru meta kienu qegħdin jeħduha lejn l-Isptar fi Kreta? Jista’ jgħid għaliex għadha ma saritx inkjesta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3115.