Legislature:
Category:
Reset
Active:

Professjonisti fil-Qasam tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ professjonisti li jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa Mentali u fejn qegħdin iwettqu x-xogħol tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 552 professjonisti li jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa Mentali. Dawn jaħdmu kemm ġewwa l-isptar Monte Karmeli kif ukoll fid-diversi servizzi tas-saħħa mentali fil-komunitá.

Standards ta’ djar residenzjali u hostels

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-istandards li jrid ikollhom id-djar residenzjali u l-hostels fil-Qasam tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kura għal pazjenti b’nuqqas ta’ Saħħa Mentali fi djarhom

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali li kellhom kriżi ta’ saħħa mentali serja u bdew jingħataw kura f’darhom stess, sabiex jiġi evitat li huma jkunu rikoverati fl-Isptar Mount Carmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta twaqqaf il-Crisis Resolution Home Treatment Team f’Diċembru li għadda, ġew riferuti b’kollox 276 każ. Minn dawn, 17-il pazjent biss kellu bżonn jiġi ammess ġewwa l-isptar Monte Karmeli.

Servizzi għall-anzjani – awditjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti ta’ awditjar f’dawn l-aħħar sentejn dwar is-servizzi mogħtija lill-anzjani? Jekk iva, qegħdin jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet biex tkun assigurata l-kwalità ta’ servizzi mogħtija?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru rapporti ta’ awditjar f’dawn l-aħħar sentejn dwar is-servizzi mogħtija lill-anzjani. Infurmat li l-entitajiet li jaqaw taħt id-dekasteru tiegħi qed jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mir-rapporti ta’ awditjar biex tkun assigurata l-kwalita’ ta’ servizzi mogħtija.

Ħal Tarxien – Triq Sant’ Antnin — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ġew esegwiti sa issa ġewwa Triq Sant’ Antnin, Ħal Tarxien, u kemm huwa previst li jintefaq fiha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu previst li x-xogħolijiet fi Triq Feliċjan, Birzebbuġa għandhom ikunu lesti sal-aħħar ta’ din is-sena.

Ħal Tarxien – persuni residenti li bbenefikaw mill-In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3501 u jinforma lill-Kamra kemm persuni residenti Ħal Tarxien ibbenefikaw mill-In-Work Benefit tul din is-sena 2022 s’issa u kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew imħallsin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella aktar 'l isfel: Lokalita' Benefiċjarji tal-IWB Ammont imħallas sa 11/11/22 TARXIEN 151 € 87,800.72

Anzjan li nħareġ mill-Isptar Mater Dei bil-pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4072, peress li ma ntalbet ebda informazzjoni medika fuq ebda pazjent individwali, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb din id-domanda u jgħid għaliex il-persuna kkonċernata nħarġet mill-Isptar Mater Dei bil-Pulizija u jgħid ukoll għaliex il-familja ma ġewx infurmati b'din id-deċiżjoni li jiġi rrilaxxat u wkoll bid-deċiżjoni li jinħareġ mill-isptar mill-Pulizija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4072.

ITS — tender

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4013, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan it-tender msemmi fir-risposta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tinsab fuq dan l-indirizz elettroniku - https://www.etenders.gov.mt/epps/cft/prepareViewCfTWS.do?resourceId=8845653 . Qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Statistika dwar ħlas ta’ kontijiet tad-dawl u tal-ilma

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2525 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta' kemm jitħallas fis-sena għad-dawl u l-ilma kontijiet separati, maqsumin fi brackets speċifiċi (eż. inqas minn €500, bejn €500 u €1,500, bejn €1,500 u €2,500 eċċ.), u f'tabelli separati skont it-tip ta' kont (residenzjali, domestiċi u industrijali)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Gudja – Ġnien Ġlormu Cassar – meter temporanju tad-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-meter temporanju tad-dawl li kien installat fi Ġnien Ġlormu Cassar, il-Gudja, wara li tlesta x-xogħol ta' rinovazzjoni mill-Gvern, inbidilx għal meter permanenti u min hu responsabbli minn dan il-meter?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-meter fil-Ġnien Ġlormu Cassar fil-Gudja għadu wieħed temporanju u s’issa ma saritx applikazzjoni għal servizz permanenti. Il-meter temporanju sar wara applikazzjoni mil-Ministeru tat-Turiżmu.

PBS — l-ewwel edizzjoni tal-programm Love Island

Question

Wara t-tħabbira mill-PBS li f’Mejju tal-2023 se tibda tixxandar l-ewwel edizzjoni tal-programm internazzjonali Love Island, jista’ l-Ministru jikkonferma li dan il-programm ta’ natura kummerċjali: a. għadda mill-proċess kollu ta’ tendering tal-PBS, jiġifieri ġie sottomess meta nħarġet il-Public Statement of Intent mill-PBS; b. saret l-evalwazzjoni mill-Bord Editorjali; u ċ. sussegwentament saru n-negozjati mal-producers biex jiġi aċċettat bħala wieħed mill-programmi fuq l-istazzjon nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-programm Love Island ġie sottomess meta nħarget is-sejħa tal-Public Statement of Intent u saret l-evalwazzjoni tiegħu mill-Bord Editorjali. Sussegwentament saru n-negozjati mal-producers sabiex ġie aċċettat bħala wieħed mill-programmi għal fuq l-iskeda ta’ TVM.

PBS — bejgħ tal-airtime lill-producers tal-programm Love Island

Question

F’każ li l-PBS se jbiegħ l-airtime lill-producers ta’ Love Island, jista’ l-Ministru jgħid x’garanziji ħa l-PBS biex jiġbor il-flus tal-airtime meta ċ-ċifri juru li biex tipproduċi dan il-programm, l-ispejjeż huma fil-miljuni? X’jiġri f’każ li l-producers ifallu? Minn fejn se jiġbor flusu l-PBS? Jista’ jassigurana li ma sar l-ebda arranġament fejn il-PBS ikun qed joħroġ minn ġewwa, kemm flus kif ukoll f’forma ta’ servizzi, minflok ma jdaħħal ta’ programm kummerċjali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.

PBS – monitoraġġ waqt ix-xandira tal-programm Love Island

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ monitoraġġ se jagħmel il-PBS biex jara li r-regoli tal-Awtorità tax-Xandir jiġu segwiti kollha waqt ix-xandira tal-programm Love Island, li hu magħruf li f’ċertu mumenti juri sitwazzjonijiet kemxejn skabrużi addattati biss għall-adulti? Xi prekawzjonijiet se jieħu l-PBS u kemm se jiswew lill-istazzjon dawn il-miżuri qabel ma jixxandar dan il-programm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-programm, bħal programmi kollha tal-PBS, se jgħaddi mill-proċeduri interni tal-quality control tal-PBS.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu – għoti ta’ fondi lil entitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-entitajiet sportivi kollha, kemm lokali kif ukoll barra minn xtutna, li qed jingħataw fondi mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu permezz ta' sponsorships jew kwalunkwe mezz ieħor, flimkien mal-ammont ta' fondi li qed tingħata kull entità?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena rikorrenti l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tat 13-il sponsorship lill-entitajiet sportivi. L-ammont totali li ingħata kien ta’ €114,240.

Dipartiment tas-saħħa — tobba

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn tobba f’Malta u kemm minnhom huma speċjalisti? Jista' jgħid kemm minn dawn it-tobba li huma speċjalisti huma Ġinekoloġi u kemm huma Ostetriċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tobba reġistrati f’Malta hawn 3392 u minnhom 1712 huma speċjalisti. L-ispeċjalità tal-Ostetrija u l-Ġinikoloġija hija Speċjalitá waħda u mhux żewġ speċjalitajiet separati.

PBS – Impjegati full-time

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' impjegati full-time li bħalissa huma fuq il-kotba tal-PBS u jidentifika r-rwol ta' kull wieħed u jgħid f'liema grad qegħdin miċ-Chairman 'l isfel, inkluż il-lista taċ-Chief Officers kollha, il-Managers kollha kemm dawk fi grad Manager 1 u 2 u anke dawk fil-gradi l-oħrajn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: PBS Ltd - Full-time Employees ADMINISTRATIVE OFFICER BROADCAST OFFICER RADIO BROADCAST OFFICER RADIO BROADCAST OFFICER RADIO BROADCAST OFFICER TV BROADCAST OFFICER TV BROADCAST OFFICER TV BROADCAST TECHNICAL OFFICER BROADCAST TECHNICAL OFFICER BROADCAST TECHNICAL OFFICER BROADCAST TECHNICAL OFFICER BROADCATS TECHNICAL OFFICER CAMERA OPERATOR CHIEF FINANCIAL OFFICER CHIEF OFFICER NEWS CHIEF OFFICER OPERATIONS & PROGRAMMING CHIEF OFFICER QUALITY & CONTENT CHIEF OFFICER SPORTS CHIEF OPERATIONS OFFICER CO-ORDINATOR FINANCE CO-ORDINATOR INVENTORY CO-ORDINATOR NEWS CO-ORDINATOR NEWS CO-ORDINATOR NEWS CO-ORDINATOR PROGRAMMES CO-ORDINATOR QC CO-ORDINATOR TECHNICAL CO-ORDINATOR WEB DIRECTOR / PRODUCER DIRECTOR / PRODUCER DIRECTOR / PRODUCER DIRECTOR / PRODUCER DIRECTOR / PRODUCER DIRECTOR / PRODUCER DIRECTOR OF PHOTOGRAPHY DIRECTOR/EDITOR DIRECTOR/EDITOR DIRECTOR/EDITOR DIRECTOR/EDITOR JUNIOR IT ADMINISTRATOR MANAGER I MANAGER I (Project Manager Buildings & Maintenance) MANAGER I CORPORATE SERVICES MANAGER I DIGITAL TRANSFORMATION MANAGER I OPERATIONS MANAGER I PROGRAMMES MANAGER I RESEARCH & DEVELOPMENT MANAGER II ADMINISTRATION MANAGER II ARCHIVES MANAGER II BUSINESS DEVELOPMENT MANAGER II NEWS MANAGER II QUALITY CONTROL MANAGER II RADIO MANAGER II RESOURCE MANAGER II SALES MANAGER II SALES ADMIN MANAGER II STRATEGIC DEVELOPMENT MANAGER II TECHNICAL OPERATIONS MANAGER II WEB MESSENGER QC OFFICER QC OFFICER Recent Grade RECEPTIONIST/CLERK SALES SALES SALES SALES SENIOR ADMINISTRATIVE OFFICER SENIOR ADMINISTRATIVE OFFICER SENIOR CLERK SENIOR CLERK - SALES ADMIN SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR SENIOR STUDIO OPERATOR STUDIO OPERATOR STUDIO OPERATOR STUDIO OPERATOR STUDIO OPERATOR Seconded TRADESMAN TRADESMAN VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST VIDEO JOURNALIST Seconded VIDEO JOURNALIST Seconded

Vjaġġi tas-servizz ta' ambulanzi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3566, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi tabella li turi kemm-il vjaġġ sar lejn lokalitajiet differenti (Valletta, Birkirkara, Qormi, Attard, Balzan, Paola, Tarxien etc) minn kull wieħed mis-servizzi indikati (North Region, Central Region, South Region)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3566.

San Pawl il-Baħar – Triq l-Artikli — bozza

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li l-Enemalta waslilha rapport li l-bozza (ir-ritratti qed jintbagħtu separatament) li qiegħda fuq arblu fi Triq l-Artikli, San Pawl il-Baħar tinsab mitfija? Jekk iva, meta wasal dan ir-rapport? Tista' tieħu l-passi neċessarji biex din il-bozza terġa' tibda tixgħel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-bozza li qed tirreferi għaliha ssewwiet.

Klabbs tal-għawn u tal-waterpolo — sponsorships, grants u għajnuniet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu u kemm kienu jammontaw: a) l-isponsorships, b) grants; u ċ) għajnuniet oħra li ngħataw lill-klabbs tal-għawm u tal-waterpolo? Jista’ jgħid liema klabbs ibbenefikaw minnhom? Jista’ jgħid jekk għas-sena li ġejja hemmx il-ħsieb illi klabbs oħrajn jibbenefikaw ukoll u jekk iva, liema se jkunu dawn il-klabbs? Jista’ jgħid liema kriterju/i qegħdin jiġu applikati biex jitqassmu dawn l-għajnuniet u jekk il-klabbs lokali kollha humiex informati b'dan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tat sponsorship lin-Neptunes Waterpolo Swimming Club, lil Otillo Swimrun World Series Malta u lil Aquatic Sports Association – total ta’ €53,300. S’issa hemm talba waħda għas-sena d-dieħla sabiex l-MTA tassisti Training Camp tat-tim femminili ta’ Pro Recco li huwa wieħed mill-aqwa timijiet fl-Ewropa. Il-kriterji applikati jibbażaw fuq il-potenzjal promozzjonali li jista’ jieħu l-pajjiż barra minn xtutna mit-timijiet jew mill-kompetizzjoni li tkun qed tiġi organizzata.

Klabbs tal-għawm u tal-waterpolo — sponsorships, grants u għajnuniet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu u kemm kienu jammontaw: a) l-isponsorships, b) grants; u ċ) għajnuniet oħra li ngħataw lill-klabbs tal-għawm u tal-waterpolo? Jista’ jgħid liema klabbs ibbenefikaw minnhom? Jista’ jgħid jekk għas-sena li ġejja hemmx il-ħsieb illi klabbs oħrajn jibbenefikaw ukoll u jekk iva, liema se jkunu dawn il-klabbs? Jista’ jgħid liema kriterju/i qegħdin jiġu applikati biex jitqassmu dawn l-għajnuniet u jekk il-klabbs lokali kollha humiex informati b'dan?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’għandu ebda skema kif inhu msemmi.