Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – Berġa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3902 rigward il-Klinika tal-Komunità f'San Pawl il-Baħar, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar l-indirizz ta' fejn ser tkun qiegħda tinfetaħ din il-klinika, x'servizzi ser ikunu offruti u min ser ikun jista' juża dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3902.

Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3785 rigward għajnuna lil sportivi b’diżabilità, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

L-Imġarr Malta – sistemi tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema partijiet tal-lokalità tal-Imġarr, Malta għandha s-sistema tad-drenaġġ tagħha mqabbda mas-sistema prinċipali li tgħaqqad is-sistema tad-drenaġġ? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru liema partijiet minn din il-lokalità għandha s-sistema tad-drenaġġ ikkomunikata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun aktar speċifika fit-talba tagħha. Dak li qed jiġi mitlub jirrikjedi ammont konsiderevoli ta’ ħin biex l-informazzjoni tinġabar u tkun analizzata.

Żurrieq/Birżebbugġa – twessigħ ta’ Triq Ħal Far

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1253 u 2976, jista’ l-Ministru b'rispett lejn ir-residenti li joqogħdu wara l-Mini ta' Ħal Kirkop jieħu in konsiderazzjoni li titwessa’ ftit Triq Ħal Far - li miż-Żurrieq tagħti għal Birżebbuġa – mill-Kappella ta’ Sant’Agata sal-fdalijiet tal-Bakkari, peress li f’partijiet minnha t-triq tant hi dejqa li ma jgħaddux żewġ karozzi maġenb xulxin, u dan peress li din it-triq hija alternattiva għall-mini ta’ Ħal Kirkop?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nintlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2976.

Pajpijiet tal-Culvert

Question

Jista’ l-Ministru jara li fejn diġà tpoġġew il-pajpijiet tal-culvert u ġiet mirduma t-trinka u l-wiċċ ingħata saff ta' konkos issa jingħata t-tarmak biex ma jkomplix joħloq inkonvenjent lil dawk kollha li jużaw dawn it-toroq, kif ukoll lir-residenti ta' dawn it-toroq speċjalment issa li beda l-istaġun tax-xitwa u bix-xita dan il-konkos jista' jinqala’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema lokalità qed jirreferi.

Birżebbuġa – Triq tal-Ġebel – xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1261 u 2972, fejn ġie mistoqsi meta u minn min se jitranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel, f’Birżebbuġa, peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u meta se jitlesta x-xogħol relatat biex jitneħħa l-periklu mit-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li kif diġà ġie indikat fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti bin-numru 1261 u 2972, dan ix-xogħol ma jappartjenix lill-Kunsill Lokali.

Riforma fil-Qasam tar-Raba’ – White Paper

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikunu diskussi s-sottomissjonijiet mill-publiku fuq il-White Paper dwar ir-Riforma fil-Qasam tar-Raba’? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser issir laqgħa pubblika f’dan is-sens? Dawn is-sottomissjonijiet ser jitressqu quddiem il-Parlament għad-diskussjoni peress illi din ir-riforma ser taffettwa b'mod dirett is-sikurezza tal-ikel f’pajjiżna?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà indikajt fir-risposta għall-PQ 2965, l-ewwel proposta tinkludi t-twaqqif ta’ Awtorità responsabbli minn dan il-qasam u li din ser tkun qed tiġi fdata sabiex timplimenta din ir-riforma. Niġbed l-attenzjoni li fil-konsultazzjoni pubblika, diġà ngħata ċ-ċans għal diskussjoni permezz ta’ diversi laqgħat. Fil-Parlament ser inkunu qed nippreżentaw dawk il-liġijiet jew emendi li ser ikunu meħtieġa sabiex il-proposti tar-riforma jkunu implimentati.

Riforma fil-Qasam tar-Raba’ – proċess ta’ evalwazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2967, fejn saret referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2965, jista’ l-Ministru jgħid min qed jipprepara dan il-proċess ta' evalwazzjoni u x'esperjenza għandu fil-qasam tal-evalwazzjoni peress li fir-risposta tiegħu dan ma kienx indikat?

Response (REFALO, ANTON)

Wara li għalqet il-konsultazzjoni pubblika fit-8 ta’ Novembru, id-Direttorat tal-Agrikoltura beda jevalwa s-sottomissjonijiet u qed iħejji rapport. Kif irreferejt fir-risposta għall-PQ 2965, l-ewwel proposta tinkludi t-twaqqif ta’ Awtorità responsabbli minn dan il-qasam u li din ser tkun qed tiġi fdata sabiex timplimenta din ir-riforma.

Il-Pitkalija — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 610 u 1333, u jgħid jekk mill-1 ta’ Lulju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari żdidux ħaddiema mal-Gvern li jaħdmu fil-Pitkalija? Jekk fl-affermattiv, kemm żdiedu ħaddiema, f'liema grad u minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa mit-twaqqif tal-Pitkalija Ltd. fl-2020 kien hemm eżistenti numru ta’ ħaddiema tal-Gvern li eventwalment ġew detailed ukoll mal-Malta Food Agency fl-2021. Dawn huma hekk kif ġejjin: 19 Support Officers, 6 Assistant Coordinators, 4 Administrative Officers, 1 Inspecting Officer, 2 Coordinators, 1 Senior Coordinator, 1 Chief Officer. Ħaddiema b’reklutaġġ ma’ Pitkalija Ltd. fl-2020 u l-Malta Food Agency fl-2021 huma kif ġejjin: 16 Support Officers, 3 Senior Coordinator, 1 CEO, 1 Coordinator, 11 Administrative Officers, 2 Inspecting Officers, 1 Chief Officer. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta’ Qormi, Xewkija, Siġġiewi, Pembroke, Qala, Żurrieq, Marsaxlokk, Sannat, Luqa, Ħamrun, Xagħra, Żabbar, Attard, Kerċem, San Pawl il-Baħar, Żebbuġ, Rabat, Birkirkara, Mosta, Balzan, Għarb, Żejtun, Għajnsielem, Swieqi, Attard, Fgura, Nadur, Baħar ic-Ċagħaq, Msida, Munxar, Mġarr, Valletta.

Qrati – Ordnijiet ta’ protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ħarġu ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qorti, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma kintx tinżamm qabel l-2020. Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni bejn l-2020 u l-aħħar ta’ Settembru 2022. SenaOrdnijiet ta’ ProtezzjoniOrdnijiet ta’ Protezzjoni Temporanja 202013150 202110332 2022102 sal-aħħar ta’ Settembru40 sal-aħħar ta' Settembru

Qrati – Ordnijiet ta’ protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ħarġu ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qorti, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – konklużjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4049, jista’ l-Ministru jgħid x'konklużjonijiet wasal għalihom il-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu, magħmul minn numru ta' esperti, dwar l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.

Grupp dwar l-operat tal-FIAU – membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4050, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-esperti li ġew magħżula għall-grupp li twaqqaf madwar sentejn ilu dwar l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.

Allowances addizzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità li jitħallsu allowances addizzjonali u xi perkaċċi oħra, ’il barra mill-ftehim kollettiv tal-Awtorità u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha erba’ ħaddiema li jitħallsu allowance addizzjonali fil-gradi kif imniżżel hawn taħt: Grade Allowance Supervisor Mobile Allowance 2 Senior Officers Disturbance Allowance Office Attendant Miscellaneous Allowance for additional duties Dawn l-allowances ilhom jitħallsu sa minn bejn l-2007 u l-2017.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1774 u jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informzajoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1761 u jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bil-kwalifiki akkademiċi li għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1765 u jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kwalifiki akkademiċi li qiegħed jirreferi għalihom huma MBA, LL.B, Dip. L.P., Dip. Not. Pub., LL.D.

Awtorità tad-Djar — ħaddiema

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1804, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar ġew impjegati mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Kemm minn dawn il-ħaddiema tterminaw l-impjieg tagħhom minn mal-Awtorità tad-Djar?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jinnota t-tweġiba mogħtija lilu fil-mistoqsija parlamentari 1803.