Regolament UE 2022/2065 – Digital Service Coordinator
Question
Għall-finijiet tar-Regolament UE 2022/2065, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rwol ta’ Digital Services Coordinator kontemplat fl-istess Regolament hux ser jiġi assenjat lil entità regolatorja ġdida jew inkella waħda diġà eżistenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri stati għandhom sas-17 ta’ Frar 2024 sabiex jiġu desinjati d-Digital Services Coordinators. L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni bħalissa qiegħda tassisti l-Gvern fl-analiżi u l-preparamenti neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u huwa maħsub li din tkun tista’ tiġi uffiċjalment desinjata bħala d-Digital Services Coordinator.
Infrastructure Malta – tenders, direct orders u konċessjonijiet lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders, direct orders u konċessjonijiet oħra li Infrastructure Malta tat lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u/jew kumpaniji/joint ventures jew partnership li fiha kien involut (inkluż imma mhux limitat għal dawk mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ukoll)?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B’konnessjoni mal-istudji li ġew ippubblikati fuq il-Metro, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar:
a. il-mod u d-data tal-individwi/ditta/soċjetà/għaqda li ġie/ġew ingaġġati jagħmlu l-istess studju; u
b. il-kopja tat-termini ta’ riferimenti/ingaġġar tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u/jew xi kumpaniji/ditta/individwi hekk ingaġġati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Building Construction Agency – periti mqabbda biex jirrevedu l-method statements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti u/jew ditti tal-periti li huma mqabbdin mill-Building Construction Agency (BCA) sabiex jirrevedu l-method statements li jiġu sottomessi u jekk humiex imqabbdin permezz ta’ direct orders jew b’mod ieħor, kif ukoll ir-rata ta’ remunerazzjoni tagħhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-BCA mhijiex Aġenzija iżda Awtorità filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3534 u jagħti time frame ta' meta l-Gvern mistenni jikkonkludi l-evalwazzjoni tal-passi li jistgħu jittieħdu rigward reviżjoni fl-età legali taż-żwieġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi bħala fatt, f’perjodu ta’ għaxar snin kien hemm biss tnax-il każ fejn persuna żżewġet ta’ età anqas minn dik ta’ tmintax-il sena. Il-Gvern qed jikkonsidra x’passi jistgħu jittieħdu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ilha fl-irwol tagħha ċ-Chief Audit Officer preċedenti fl-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chief Audit Officer preċedenti fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet damet tokkupa dan l-irwol għall-perjodu bejn is-16 ta’ Ottubru 2017 u l-20 ta’ Mejju 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm damet vakanti l-kariga ta’ Chief Audit Officer fl-Awtorità tal-Artijiet qabel il-ħatra taċ-Chief Audit Officer attwali f’April tal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta’ Chief Audit Officer fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet damet vakanti għall-perjodu bejn il-21 ta’ Mejju 2021 u s-17 ta’ April 2022. Waqt il-perjodu illi dan ir-rwol kien vakanti, il-proċessi illi skont il-liġi jridu jgħaddu mill-iskrutinju tal-Ufficjal Kap tal-Verifika nżammu pendenti. Dawn ġew debitament eżaminati mill-Uffiċjal Kap tal-Verifika l-ġdida meta din ġiet appuntata, u fl-istess ħin tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport għas sena 2021 li kien jiddettalja x-xogħol li sar mill-Ufficju tal-Verifika sakemm dan ir-rwol kien għadu okkupat mill-Ufficjal Kap tal-Verifika preċedenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2282, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet informatx lill-American University of Malta (AUM) bl-obbligu tagħha li żżomm il-parti ta’ quddiem fix-xatt Dock Number 1 fi stat tajjeb skont kif maqbul fil-kuntratt? Jista’ jgħid jekk l-AUM kisritx il-kondizzjonijiet stipulati fil-kuntratt?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit inkwistjoni ġie spezzjonat u l-Awtorità tikkonferma li l-moll ta' quddiem il-blokka li bħalissa joperaw minnha l-A.U.M huwa miżmum fi stat tajjeb ħafna u dan fejn l-A.U.M għaddejja bl-operat ta’ kuljum tagħha. Il-parti l-oħra għadha mhijiex funzjonali minħabba applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tal-Ippjanar, iżda għalkemm dan is-sit jidher vojt u mhux użat, il-moll ta’ quddiemu xorta jinżamm fi stat tajjeb.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiċi kif ukoll l-esperjenza li għandha l-persuna li ntgħażlet bħala Direttur Ġenerali tad-Dwana?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-kwalifiċi u l-esperjenza tad-Direttur Ġenerali (Dwana) huma skont l- eliġibblilta` mitluba fiċ-Ċirkulari OPM Nru. 8/2022.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa tal-Gudja tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 1,448 persuna li attendiet għal serivzz fil-Klinika tal-Komunità tal-Gudja. Servizzi mediċi li jiġu pprovduti huma Tabib, Infermiera, Patoloġija, Podjatrija u Fiżjoterapija. Dawn huma kollha servizzi bl-appuntament.
Santa Luċija – Berġa tas-Saħħa – servizzi pprovduti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Santa Luċija (Malta) tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 1,831 persuna li attendiet għal-serivzz fil-Klinika tal-Komunità ta’ Santa Luċija. Servizzi mediċi li jiġu provduti huma ta’ Tabib, Infermiera, Patoloġija, Podjatrija, Dietetics, Fiżjoterapija u Saħħa Mentali għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Dawn huma kollha servizzi bl-appuntament.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consiglii, Fgura, u meta previsti li ser jintemmu kompletament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk fil-Mistoqsija Parlamentari numru 4293 qed jirreferi għall-parti ta’ biswit il-playground, bħalissa għaddejjin bix-xogħlijiet fuq tiswijiet tal-main tad-drenaġġ b’kollaborazzjoni mal-Water Services Corporation. Dawn mistennija li jitlestew sal-ġimgħa d-dieħla, bix-xogħol tal-asfalt ikompli immedjatament wara.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Għaxaq tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 2,177 persuna li attendiet għal serivzz fil-Klinika tal-Komunità ta’ Ħal Għaxaq. Servizzi mediċi li jiġu pprovduti huma ta’ Tabib, Infermiera, Patoloġija, Podjatrija, Fiżjoterapija u Nutrizzjonista . Dawn huma kollha servizzi bl-appuntament.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni attendew għas-servizz provdut fil-Berġa tas-Saħħa tal-Fgura tul din is-sena 2022? Jista’ jgħid x’servizzi mediċi ġew provduti u possibbilment jindika f’liema ġranet ser tkun miftuħa tul is-sena li ġejja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-21/11/2022, kien hemm 3,700 persuna li attendiet għal-serivzz fil-Klinika tal-Komunità tal-Fgura. Servizzi mediċi li jiġu provduti huma ta’ Tabib, Infermiera, Patoloġija, Podjatrija, Fiżjoterapija, Saħħa Mentali u Nutrizzjonista. Dawn huma kollha servizzi bl-appuntament.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ SportMalta, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Kunjom
Isem
Date of Appointment
Okkupazzjoni
Decelis
Andrew
30/11/2021
Chairman
Pisani
Matthew
12/07/2022
Deputy Chairman
Bartolo
Keith
06/05/2013
Direttur
Bugeja
Gianella
06/04/2020
Direttur
Cachia
Alfred
06/05/2013
Direttur
Calleja
Anna
01/12/2014
Direttur
Marlow
Mark
28/07/2016
Direttur
Mizzi
Alexandra
12/07/2022
Direttur
Pace Bonello
Julian
01/04/2014
Direttur
Cassar
Joseph
06/05/2013
Segretarju
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar għandha s-sistema tad-drenaġġ tagħha mqabbda mas-sistema prinċipali li tgħaqqad is-sistema tad-drenaġġ? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru liema partijiet minn din il-lokalità għandha s-sistema tad-drenaġġ ikkomunikata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun aktar speċifika fit-talba tagħha. Dak li qed jiġi mitlub jirrikjedi ammont konsiderevoli ta’ ħin biex l-informazzjoni tinġabar u tkun analizzata.
Billi matul il-jiem li għaddew reġa’ kien hemm żbroff ta’ drenaġġ li mar il-baħar ġewwa l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'passi ttieħdu wara dan l-iżbroff?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-aħħar żbroff ta’ drenaġġ irreġistrat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-llma li mar il-baħar fl-akwati ta’ San Pawl il-Baħar seħħ fl-20 ta’ Ottubru 2022 fi Triq l-iskola. Dan l-iżbroff kien ikkawżat minn ħsara kkaġunata minn kuntrattur, liema ħsara ġiet imsewwija mill-Korporazzjoni dakinhar stess.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru hux ser ikollu skema/i fl-2023 li permezz tagħha/tagħhom għaqdiet volontarji u sportivi jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jinvestu f'enerġija effiċjenti pereżempju billi jinstallaw apparat li jkun iktar energy efficient matul l-2023? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tali skemi fl-2022 jew fis-snin preċedenti u jekk iva kemm kien hemm għaqdiet li bbenefikaw minn tali skemi, kif ibbenefikaw u kemm kien l-ammont li fil-fatt intuża għal tali skemi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma ser tkun qed toħroġ skema fl-2023 għal għaqdiet volontarji u sportivi sabiex jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jinvestu f’enerġija effiċjenti.
Skemi simili għal għaqdiet volontarji u sportivi ilhom jinħarġu mill-Aġenzija sa mill-2019. Minn dawn l-iskemi ibbenefikaw 82 għaqda volontarja u sportiva, li ngħataw grants sabiex iwettqu proġetti biex itejbu l-użu tal-enerġija u l-ilma fil-premises tagħhom. Il-valur totali ta’ finanzjament taħt dawn l-iskemi huwa ta’ €1,830,000.