Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Marzu 2026?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W528.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 527.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 33078.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Marzu 2026?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 24477.

Il-Belt, Valletta - Disabled parking bays

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35045 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu d-disabled parking bays, mhux bilfors personalizzati, fil-Belt, Valletta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi parkeġġi riservati komuni, li jistgħu jintużaw minn persuni li għandhom il- blue badge , jiġu stabbiliti kull meta ssir talba mill-Kunsill Lokali rispettiv jew minn individwi. Fil-każ ta’ talbiet li jaslu mingħand individwi, Transport Malta twettaq konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali kkonċernat u, fejn jiġi stabbilit li teżisti l-ħtieġa, jiġu implimentati l-arranġamenti meħtieġa sabiex jinħoloq tali parkeġġ.

Il-Belt, Valletta - Disabled parking bays

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35045 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu d-disabled parking bays, mhux bilfors personalizzati, fil-Belt, Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 35693.

Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kap. 604) - Każijiet ta’ żgumbrament

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid wara li ħarġet il-liġi tal-2020 - Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kap. 604), kemm kien hemm anzjani li ġew żgumbrati minn djarhom, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati, KAP 604, jitlob li l-kirjiet residenzjali privati kollha, ħlief għal dawk il-kirjiet ta’ qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 jew dawk il-kirjiet li ġejjin minn enfitewsi qabel l-1 ta’ Ġunju 1995, jiġu reġistrati mal-Awtorità tad-Djar bħala regolatur. Għalhekk l-Awtorità għandha biss informazzjoni dwar ir-relazzjoni kuntrattwali li tiġi rreġistrata magħha. Żgumbramenti minn propjetajiet li qed jinkrew taħt dan l-Att, mhumiex fir-responsabiltajiet tal-Awtorità bħala regolatur ai termini ta’ dan l-istess Att.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – Ħaddiema li daħlu b’emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali kellux idaħħal xi ħaddiema b'emerġenza fejn tħallsu overtime, nhar il-Ġimgħa 20 ta' Marzu u nhar it-Tnejn 30 ta' Marzu, fid-dawl li dan l-istess direttorat inqabad bi ftit ħaddiema u biex l-annimali setgħu jiġu mitmugħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li kif kien pjanat, nhar il-Ġimgħa 20 ta' Marzu, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali daħħal persuna waħda overtime u żewġt uffiċċjali oħra nhar it-Tnejn 30 ta' Marzu sabiex jieħdu ħsieb l-annimali.  Dan sabiex ikun assigurat il-benessri tal-annimali u biex ma jkunx hemm nuqqas ta’ persunal.

Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34159, 34435, 34802, 35051 u 35388 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35384, jista' l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sa Mejju 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba mogħtija f’mistoqsija Parlamentari Nru 35384

Assistenza fil-qasam diġitali – Għotjiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal studenti li qegħdin fl-aħħar sena tas-sekondarja u li l-familji tagħhom għadhom ma bbenefikawx mill-għotja ta’ €500 bħala assistenza fil-qasam diġitali, kif imħabbra fl-aħħar baġit u għaliex tali għotja ma tqassmitx lill-istudenti kollha f’daqqa?  Jista’ jgħid ukoll meta dawk li għadhom pendenti se jirċievu l-għotja rispettiva tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni – Ħaddiema Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru tagħha, x’inhu l-grad tagħhom u kemm ilhom jaħdmu Malta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fil-preżent hemm disa’ ħaddiema Għawdxin jaħdmu fid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, fil-gradi ta’ Health Assistant u Operative. Wieħed minn dawn il-ħaddiema ilu mill-1994, ieħor mill-2017, 6 ħaddiema ilhom mill-2024 u wieħed ilu mill-2025.

Ftuħ ta’ spralli taħt l-art fi proprjetà ta’ terzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-awtoritajiet konċernati jistgħux jiftħu sprall li jagħti taħt l-art fi proprjetà ta’ terzi, anke jekk dan isir b’permess?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Bormla - Housing Estate - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq il-bini l-ġdid tal-Housing Estate f’Bormla, li bħalissa jinsab sospiż?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Akkomodazzjoni Soċjali f'Bormla ser jitkompla fiż-żmien li ġej.

Trasport bla ħlas - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull student għandux trasport bla ħlas għal kull tip ta’ skola, kemm primarja kif ukoll sekondarja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-trasport bla ħlas għall-iskejjel huwa regolat b’żewġ kuntratti separati: wieħed japplika għat-trasport ta’ studenti li jattendu skejjel tal-Istat, filwaqt li l-ieħor japplika għal studenti li jattendu skejjel mhux tal-Istat. Fiż-żewġ każijiet, l-istudenti jridu jattendu skola li tkun irreġistrata u liċenzjata mal-Ministeru. Fir-rigward ta’ studenti li jattendu skejjel tal-Istat, dawn ikunu intitolati għat-trasport bla ħlas jekk ir-residenza tagħhom tinsab aktar minn kilometru ’l bogħod mixi mill-iskola li taqa’ taħt il-kulleġġ rispettiv taż-żona fejn joqogħdu. Minn naħa l-oħra, studenti li jattendu skejjel mhux tal-Istat ikunu eliġibbli għal dan is-servizz jekk joqogħdu aktar minn kilometru ’l bogħod mixi mill-iskola magħżula mill-ġenituri. Għaldaqstant, jekk l-istudent ikun eliġibbli skont il-kriterji stabbiliti, huwa jkun intitolat għat-trasport bla ħlas kemm fil-livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju.