Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta — Ċentru tas-Saħħa - ftuħ ta' kliniċi jew spazji ġodda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4029, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk infetħux kliniċi ġodda jew spazji ġodda biex jifilħu dan l-influss ta' pazjenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta li qabel ma kinux jużaw dan iċ-Ċentru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għeluq temporanju taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara sar bi pjan ħolistiku. Is-Servizz tal-Flebotomija qed jingħata kuljum minn Klinika tal-Primary HealthCare f’B’Kara u s-servizz tal-Podjatrija għadu jingħata miċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Podjatrija li jinsab f’B’Kara. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta qiegħed jipprovdi biss is-servizz ta’ tabib għar-residenti li kienu jinqdew miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ B’kara.

Għawdex – Rabat – riġenerazzjoni ta’ toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'toroq hemm ippjanati li jiġu riġenerati fir-Rabat, Għawdex matul is-sena 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li beda x-xogħol fuq Triq Ġużeppi Spiteri u dalwaqt ser jibda x-xogħol fuq Triq ta’ Wara s-Sur. Aktar 'il quddiem se nkun qed inħabbar aktar xogħlijiet f’numru ta’ toroq oħra fir- Rabat, Għawdex.

Special Olympics – għajnuna lil sportivi Għawdxin b’diżabilità

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3785 u 4132, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-fondi se jingħataw lil dawk l-isportivi Għawdxin b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-iSpecial Olympics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi kollha li jingħataw minn Special Olympics jibbenefikaw minnhom l-atleti b’mod ekwu bla ebda distinzjoni bejn Maltin u Għawdxin.

Għawdex – għoti ta’ fondi għal diversi programmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4381, u jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksubin minn Għawdex taħt dawn il-programmi: - Programm ta' Koeżjoni; - ERDF; - ESF; - Agrikoltura; u - Sajd? Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika hux qed jirreferi għall-programm li qegħdin fih jew għal programm il-ġdid.

Ittra mibgħuta mill-Organizzazzjoni għall-ħarsien tal-annimali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid irċeviex ittra mibgħuta lilu ffirmata minn 18-il organizzazzjoni li għandhom għal qalbhom il-ħarsien tal-annimali u jekk iva, għaliex dawn għadhom lanqas biss ingħataw rikonoxximent li din waslet għandu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-ittra ma waslitx fl-uffiċċju tiegħi. Ninfurmak li fid-dawl ta’ dan sar kuntatt mill-uffiċċju tiegħi mal-persuna li kkordinat l-ittra.

Birżebbuġa – problema ta’ intejjen minn fdalijiet ta’ ħut

Question

Tista’ l-Ministru tindika kif se tissolva l-problema ta' ntejjen f’Birżebbuġa li kemm l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kif ukoll il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) taw indikazzjoni li kienet ġejja minn fdalijiet ta' ħut li nstabu? Tista’ tispjega kif anke wara li intervjenew dawn iż-żewġ entitajiet hawn diġà msemmija (ERA u WSC), xorta waħda sal-lum stess, 29 ta' November 2022, din ir-riħa insapportabbli għadha qed tinxtamm?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi kompliet tagħmel spezzjonijiet fl-akkwati ta’ Birżebbuġa u Ħal Far anke wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet l-interventi li rreferejt għalihom fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 4345. Min-naħa tagħha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet il-passi neċessarji biex ma jiġi mormi skariku mill-impjant imsemmi fis-sistema li tgħaddi minn Birżebbuġa. Minkejja dan għadu għaddej xogħol ta’ tindif u tiswijiet fin-network.

Statistika dwar ħlas ta’ kontijiet tad-dawl u tal-ilma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4315, nispeċifika li bil-kelma “kontijiet” kont qed nifhem Accounts (meters) differenti u mhux kull invoice li tinħareġ kull xahrejn. Fi kliem sempliċi, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni li turi kemm hemm numru ta' Residenzi, Meters Domestiċi, u Meters Industrijali, li l-konsum tagħhom annwali jaqa' f'kull waħda mill-brackets, u l-brackets ikunu skalati għal kull €500 sakemm jibqa' jagħmel sens?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sannat Għawdex – Triq il-Paranji – riġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li tiġi riġenerata Triq il-Paranji, Sannat Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq hija fil-pjan tal-Ministeru għal Għawdex.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati jaħdmu fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali? Jista’ jgħid ukoll f’liema tip ta’ rwol dawn jaħdmu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta' impjegati li jaħdmu fid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali huwa ta' 45 li jinkudu li rwol ta' Direttur, Assitent Direttur, Senior Manager, Maniġer 1, Assistent Maniġer, Skrivan, Uffiċjal RSSL, Uffiċjal ERL, Labourer, Senior Operative, Uffiċjal għall-ħarsien ta' l-annimali, Nursing aid, Uffiċjal ERL, Senior Operative, Senior Clerk, Veterinarju, VSO (Uffiċjal ta' appoġġ għall-veterinarju), AVSO (Assistent Uffiċjal ta' appoġġ għall- veterinarju), Uffiċjal ERL, Senior operative, Carer (Ħaddiem tal-komunita’) u Labourer.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – Għammieri – annimali taħt kenn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali bħalissa li qed jingħataw kenn ġewwa l-Għammieri taħt id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali? Jista’ jgħid x'inhuma dawn l-annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm madwar 150 qattus u 55 kelb li qed jingħataw kenn ġewwa l-Għammieri taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – annimali addottati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm saru adozzjonijiet ta' annimali mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali u x' kienu dawn l-annimali għal dawn l-aħħar 3 snin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Annimali rikoverati fl-isptar tal-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali bħalissa li huma rikoverati ġewwa l-isptar tal-annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 4 annimali li huma taħt il-kustodju tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li qed jiġu rikoverati fl-isptar APH.

MFSA – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx vacancy għall-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), wara li tħabbar li l-Eks Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament, m’għadux jokkupa l-kariga?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Home Help – Performance Audit Report – servizzi lil uffiċini tal-Gvern u NGO

Question

Peress illi s-servizz tal-Home Help huwa intiż biex iżid l-indipendenza tal-anzjani fil-komunità u dan is-servizz jingħata fid-djar tal-anzjani fejn jirrisjedu l-anzjani, jista' l-Ministru jispjega kif intefqu nofs miljun Euro mill-1.6 miljun Euro li ntefqu fuq dan is-servizz għas-sena 2021 sabiex jingħata servizz ta' Home Help fl-uffiċini tal-Gvern ġewwa Għawdex u wkoll f'uffiċċju ta' NGO partikolari, u dan skont kif jirriżulta mill-Performance Audit Report li ħareġ l-Awditur Ġenerali f'Novembru 2022? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm helpers li taw dan is-servizz fl-uffiċini tal-Gvern u fl-uffiċċju tal-NGO u jgħid ukoll f'liema uffiċċji ngħata dan is-servizz? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-helpers kienu tal-kuntrattur u kemm minnhom kienu social assistants ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rapport tal-NAO jikkonkludi bl-aktar mod ċar u kategoriku li, u qed nikkwota “there is no doubt that, in general, the public money expended by MGOZ contributed positively to the welfare of elderly persons living within the community or in residential care homes in Gozo. This statement implies that MGOZ has set up the foundations for expanding its services to an increasingly ageing population in terms of broadening the scope of services and improving on the quality of their delivery.” Ninforma lill-Onor. Interpellanta wkoll li infurmat li l-NGO msemmija fejn qed jingħata s-servizz tal-Homehelp hija l-Inspire li tagħmel bosta ġid ma’ tfal u persuni b’diżabiltà kif ukoll fl-istess operat tal-Homehelp. Dan is-servizz ilu jingħata lil din mis-sena 2001 meta twaqqfet f’Għawdex, jigiferi, introduċieh il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern b’Ministru Nazzjonalista. Filwaqt li l-Gvern preżenti ma ħassx li jwaqqaf dan is-servizz, il-Ministeru huwa kommess li jkompli jtejjeb l-operat tad-dipartiment responsabbli.

Home Help – Performance Audit Report – sigħat allokati

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif fis-sena 2021 kien hemm diskrepanza ta' 42,869 siegħa bejn is-sigħat allokati għas-servizz tal-Home Help ġewwa Għawdex u s-sigħat li verament ġew mogħtija u utilizzati mill-anzjani li kienu eleġibbli għal dan is-servizz, u dan skont kif jirriżulta mill-Performance Audit Report maħruġ mill-Awditur Ġenerali f'Novembru 2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-social assistants kollha jaħdmu fil-qasam tal-anzjani u nies b’diżabiltà.

Home Help – Performance Audit Report – passi kontra l-abbuż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu sabiex jara min kien qiegħed japprova li jingħata servizz ta' Home Help fl-uffiċċji tal-Gvern ġewwa Għawdex kif ukoll fl-uffiċċju ta’ NGO partikolari u wkoll talli l-istess servizz ma kienx qed jingħata lil min verament kellu bżonnu, u dan skont kif jirriżulta mill-Performance Audit Report maħruġ mill-Awditur Ġenerali f'Novembru 2022? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu kontra dan l-abbuż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għar-risposti mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari numri 4673 u 4674.

Għawdex — Home Help – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni jistennew sabiex jingħataw is-servizz tal-Home Help f'Għawdex? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u kemm idumu sabiex jiġu pproċessati dawn l-applikazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’dawn l-aħħar xhur kien hawn nuqqas ta’ infermiera li jagħmel l-assessjar. Il-Ministeru għal Għawdex, riċentament ingaġġa infermier ieħor u l-assessjar ta’ anzjani li applikaw għas-servizz tal-Homehelp beda jsir fuq bażi regolari.

Ministeru għal Għawdex — kuntratti ma’ hotel

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt jew kull kuntratt eżistenti li l-Ministeru tiegħu kellu u/jew għandu mal-operaturi tal-Hotel, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġewwa r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid jekk il-kuntratt jew kuntratti ingħatawx b'direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-valur ta' kull kuntratt?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 13581.

Għawdex – Dar San Ġużepp – spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu flus sa issa fuq Dar San Ġużepp, li dan il-Gvern ilu jwiegħed mis-sena 2013? Jista' jagħti rendikont tal-ispejjeż kollha li saru sa issa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għar-risposti mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari numri 15524 u 6085.

Skejjal tal-Gvern – Laboratory Technicians – promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians ġewwa l-iskejjel tal-Gvern jingħataw il-promotions ta' ATO, TO, STO U PTO? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.