Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk inħarġux il-compliance certificates kollha relatati mal-Iskola Primarja tal-Qawra u l-parkeġġ tal-istess skola? Jekk dawn il-compliance certificates ma nħarġux kollha, liema huma dawk li għad iridu jinħarġu u fiex wasal il-proċess għal kull każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4526.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 1027 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 68, nhar l-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2022)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' vjolenza domestika fil-Gender Domestic Violence Unit minn Jannar sa Ottubru 2022? Minn liema lokalitajiet kienu l-vittmi li daħħlu dawn ir-rapporti? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu rapportati iktar minn darba mill-istess vittma? Kemm minn dawn ir-rapporti talbu biex il-każ tagħhom jipproċedi quddiem il-Qorti? Kemm minn dawn ir-rapporti talbu għal għajnuna immedjata biex jiġu protetti u x'tip ta' protezzjoni ngħatat? Kemm minn dawn ir-rapporti talbu għal shelter?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn Jannar sa Ottubru 2022, fil-Gender Domestic Violence Unit daħlu elf, erba’ mija u erbatax (1414) ir-rapport ta’ vjolenza domestika li kienu jinvolvu elf, ħames mija u u sitta u sebgħin (1576) persuna. Minnhom elf, mija u dsatax (1119) kienu nisa u erbgħa mija u sebgħa u ħamsin (457) irġiel. Filwaqt li ma teżistix informazzjoni elettronika tal-lokalitajiet minn fejn kienu l-vittmi li għamlu dawn ir-rapporti, irid jingħad illi dawn l-abbużi saru fil-lokalitajiet li jidhru fil-lista riprodotta hawn taħt. Kien hemm mija u disa’ u disgħin (199) persuna li huma indikati bħala vittmi f’aktar minn rapport wieħed. Minn dawn mija u tmienja u erbgħin (148) kienu nisa u wieħed u ħamsin (51) irġiel. F’kull każ fejn wara rapport ta’ vjolenza domestika jirriżulta li hemm evidenza tar-reat irrapurtat, dejjem jittieħdu proċeduri fil-Qorti mill-pulizija, peress li dawn iridu jittieħdu ‘ex officio’ skont il-liġi nazzjonali, u mhux bl-għażla tal-vittma. Min naħa tal-pulizija, l-għajnuna kollha li hija fil-kompetenza tagħha tingħata, u din tinkludi l-prosekuzzjoni tal-aggressuri fil-qrati wara l-konkluzzjoni tal-investigazzjonijiet u fejn meħtieġ dawn anke jittressqu b’arrest. Kien hemm sittax (16)-il persuni illi waqt li kienu jirraportaw il-każ tagħhom fil-Gender Domestic Violence Unit, talbu għal-xelter. Minnhom erbatax (14) kienu nisa u tnejn (2) kienu rġiel.
Lokalita
Ammont
ATTARD
28
BALZAN
6
BIRGU
10
BIRKIRKARA
60
BIRZEBBUGIA
56
BORMLA
35
DINGLI
5
FGURA
46
FLORIANA
14
GHAJNSIELEM - GHAWDEX
2
GHARGHUR
18
GHAXAQ
24
GUDJA
12
GZIRA
27
HAMRUN
40
IKLIN
5
ISLA
18
KALKARA
10
KIRKOP
18
LIJA
5
LUQA
30
MARSA
22
MARSASKALA
46
MARSAXLOKK
6
MDINA
1
MELLIEHA
29
MGARR
14
MOSTA
41
MQABBA
5
MSIDA
27
MTARFA
1
NAXXAR
47
PAOLA
38
PEMBROKE
10
PIETA'
16
QALA - GHAWDEX
1
QORMI
57
QRENDI
9
RABAT
28
RABAT - GHAWDEX
1
SAFI
7
SAN GILJAN
38
SAN GWANN
26
SAN PAWL IL-BAHAR
88
SANNAT - GHAWDEX
1
SANTA LUCIJA
6
SANTA VENERA
39
SIGGIEWI
31
SLIEMA
25
SWIEQI
14
TA' XBIEX
6
TARXIEN
26
VALLETTA
35
XGHAJRA
12
ZABBAR
52
ZEBBUG
54
ZEBBUG - GHAWDEX
1
ZEJTUN
59
ZURRIEQ
25
N/A
1
Total
1414
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-Gvern irrifjuta li f’din il-leġiżlatura fil-Parlament jitwaqqaf il-Kumitat Parlamentari għad-Dijabete bħalma kien hemm fil-leġiżlatura preċedenti meta f’pajjiżna hemm madwar 10% tal-popolazzjoni bil-kundizzjoni tad-Dijabete, jiġifieri madwar 50,000 persuna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Parlament Malti diġà għandu Kumitat Permanenti għas-Saħħa li għandu l-vires li jittratta s-suġġett li semmiet hi.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għan-nuqqas ta’ protezzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li wassal biex inqatlet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-Dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra numru 943 fis-Seduta Numru 60 tat-23 ta’ Novembru 2022.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO encourages the Maltese authorities to address at the policy level the significant barriers and difficulties encountered by victims who are in Gozo in the area of protection and support, as well as investigation and prosecution. GREVIO further strongly encourages the Maltese authorities to ensure that the Interministerial Committee holds regular consultations with civil society and that, more generally, the Maltese authorities support co-operation with all non-governmental actors and ensure their participation in the design of policies, legislative changes and programmes”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern Malti jirrikonoxxi d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-vittmi li jgħixu f’Għawdex. Infurmat li minbarra s-servizzi ġeneriċi li jipprovdu l-Ministeru għal Għawdex permezz tas-Social Work Unit, l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità fetħet uffiċju f’Għawdex sabiex tassigura li l-Għawdxin li jisfaw vittma tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika jkunu jistgħu jaċċessaw s-sapport wiċċ’imb’wiċċ li joffru l-aġenzija. Matul l-2021, il-professjonisti fil-fergħa Għawdxija tal-FSWS irċivew taħriġ fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, inkluż taħriġ fuq l-għodda għall-assessjar ta’ riskju bl-isem ta’ DASH Risk Assessment Tool. Dawn il-professjonisti jikkollaboraw mad-Domestic Violence Unit fuq konsultazzjoni u riferimenti skont il-ħtiġijiet tal-vittma u viċi-versa. Ġewwa Għawdex hemm ukoll servizz t’emerġenza ta’ ħidma soċjali għal barra l-ħinijiet tax-xogħol. Il-professjonisti li jaħdmu fis-servizzi Għawdxin għandhom relazzjoni ta’ ħidma b’saħħitha mal-Pulizija t’Għawdex. Hemm ukoll servizzi ta’ ħidma soċjali fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu fil-qrib ma’ ħaddiema soċjali oħrajn.
Ta’ kull xahar, il-Kummissjoni issejjaħ laqgħa għall-membri tal-kumitat interministerjali. Kull kwart tas-sena, entitajiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika jiġu mistiedna għal din il-laqgħa, fejn il-parteċipanti kollha jkollhom l-opportunità sabiex iressqu punti saljenti għad-diskussjoni. Fl-2022 ġew organizzani tlieta minn dawn il-laqgħat bejn il-membri tal-kumitat interministerjali u l-entitajiet non-governattivi. Il-Kummissjoni wkoll taħdem fil-qrib ma’ professjonisti minn entitajiet non-governattivi sabiex tiddisinja u twassal taħriġ, b’rikonoxximent għall-għarfien esperjenzali tagħhom u l-valur ta’ dan l-għarfien li jista’ jitwassal għand il-professjonisti li jattendu it-taħriġ.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to put in place a dedicated, transparent and accountable public procedure under which all NGOs that provide specialist support services to victims of all forms of violence against women and their children can compete for and request sustainable and long-term funding. Such procedure should place due emphasis on their experience and track record in providing such services. GREVIO further strongly encourages the Maltese authorities to remove mandatory referrals from Agenzija Appogg to access domestic violence shelters, including by offering women victims of domestic violence the possibility to self-refer.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li hemm diversi ftehimiet minn NGOs f’Malta u Għawdex li għandhom Public Social Partnership (PSPs) mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal li jindirizzaw direttament jew indirettament vjolenza domestika jew tipi oħra ta’ vjolenza. Dawn joffru servizzi varji bħal xelters għal min hu vittma ta’ vjolenza domestika u għal min m’għandux saqaf fuq rasu għax jispiċċaw vittmi ta’ xi tip ta’ vjolenza oħra. Dawn joffru servizzi terapewtiċi u pariri professjonali lilhom u anke lil dawk li b’xi mod ikunu vittmi ta’ abbuż/attakk sesswali. Dawn l-NGOs jieħdu fondi pubbliċi permezz ta’ ftehimiet ma’ l-istess Ministeru. Ma dawn l-NGO’s issir ħidma wkoll minn entitajiet fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza. Għal aktar informazzjoni dettaljata nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO encourages the Maltese authorities to set up separate bodies, on one hand for the co-ordination and implementation of policies and measures, and on the other hand for their monitoring and evaluation, in order to ensure objectivity. It further encourages the Maltese authorities to increase the funding available to the Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence and provide for budgets with a longer time frame than is currently the case, to enable the commission to plan its activities in a more sustainable and effective manner”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-GREVIO stabbiliet żewġ rakkomandazzjonijiet. L-ewwel rakkomandazzjoni issejjaħ għat-twaqqif ta’ żewġ korpi separati wieħed (1) għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u (2) l-moniteraġġ u l-evalwazzjoni. Infurmat li l-awtoritajiet Maltin dak iz-zmien wieġbu lil GREVIO li mhuwiex rakkomandabbli li dawn iż-żewġ irwoli jiġu separati. Minnflok, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika tieħu miżuri sabiex tassigura evalwazzjoni oġġettiva tal-effettività tal-miżuri tal-politika, d-dispożizzjonijiet tas-servizzi u d-dispożizzjonijiet leġislattivi. Dan jinkludi rapporti ta’ progress li jsiru kull kwart tas-sena fuq l-implimentazzjoni tat-tieni strateġija nazzjonali mingħand il-partijiet ikkonċernati (stakeholders), moniteraġġ bi-annwali fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-GREVIO mill-awtoritajiet rilevanti, rapporti annwali dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni u rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali. Matul is-sena li ġejja, il-Kummissjoni qed tippjana li tikkummissjona awditjar estern u indipendenti sabiex tevalwa l-implimentazzjoni tal-istrateġija. Barra minn hekk, il-proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-ġbir tad-data qegħdin jiġu mtejba sabiex jinformaw l-iżvilupp tal-politika u d-dispożizzjonijiet tas-servizzi.
It-tieni rakkomandazzjoni tal-GREVIO ssejjaħħ għall-żieda fil-fondi disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika u li jingħataw budgets li jservu għall-perjodu itwal sabiex tiġi assigurata l-effettività u s-sostenibbiltà. L-awtoritajiet Maltin imbagħad ikkommettew li jinvestu aktar fondi u riżorsi umani sabiex tissaħħaħ il-Kummissjoni. Skont l-estimi finanzjarji t’hawn taħt, il-budget għall-Kummissjoni żdied minn meta seħħet l-evalwazzjoni tal-GREVIO. Huwa tajjeb li wieħed jinnota li t-tielet stratġija nazzjonali li jmiss dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika tkopri perjodu ta’ 4 sa 5 snin.
Ukoll, għall-ewwel darba f’ħafna snin, fl-2020, jiġifieri il-Kummissjoni attwali hi l-ewwel waħda illi għandu Kummissarju appuntata biex taqdi dmirijietha fuq bażi full time. Il-Kummissjoni inkwistjoni għandha wkoll premises ġodda minn fejn topera, b’impjegati u professjonisti ingaġġati full time fiha.
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 – rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to ensure the comprehensive collection of disaggregated data in relation to all forms of violence covered by the Istanbul Convention at all stages of criminal justice (from reporting, to investigation, to the opening of criminal proceedings and their outcome), disaggregated by sex, age, type of violence and the relationship of the perpetrator to the victim. Such data should be co-ordinated and comparable so that cases can be tracked at all stages of the law-enforcement and judicial proceedings. To this end, GREVIO encourages the Maltese authorities to issue guidelines on data collection for the police and justice sectors. Such steps would allow the Maltese authorities to assess the effectiveness of the criminal justice system and to study the factors that lead to low prosecution and conviction rates and to take legislative and policy measures to address these”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Pulizija tinŻamm informazzjoni fil-format ta’ statistika elettronika, li fost ħafna elementi li jinġabru meta jkun sar rapport dwar kull tip ta’ vjolenza f’każi ta’ vjolenza domestika, jinkludu wkoll, id-dettalji li huma indikati fir-rakkomandazzjoni ma’ din il-mistoqsija. Dawn id-dettalji jiġu rreferuti wkoll lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatiska.
Jista' l-Ministru jikkonferma x'inhi l-policy f'każ ta' koppja li tapplika għal Grant to Assist Owners in the Construction and/or Completion or Rehabilitaton of their First Home (rifużjoni lura tal-VAT fl-ispejjeż ta' kostruzzjoni u rijabilitazzjoni fuq l-ewwel proprjetà), fejn parti waħda mill-koppja tkun diġà sid ta' proprjetà oħra preċedenti iżda din tkun l-ewwel proprjetà tal-parti l-oħra? Huwa l-każ li f'ċirkostanzi bħal dawn, il-parti li għaliha din tkun l-ewwel proprjetà ma tkun tista' tgawdi qatt minn dan il-grant?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Ministeru tiegħu għażel li jwaqqaf il-kuntratt li kien jiġġedded kull sena b’risq programmi mmirati biex studenti jtejbu l-ħiliet tagħhom ta’ komunikazzjoni bl-Ingliż? Se jkun hemm programmi ġodda li jservu l-istess funzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt imsemmi ma ġġeddidx minħabba diversi raġunijiet fosthom li l-Ministeru għandu fiduċja sħiħa fl-abbiltajiet tal-għalliema kemm fit-tagħlim tal-ħiliet kollha tal-lingwa Ingliża, u kif ukoll dik mitkellma. Fil-kurrikulu dawn il-ħiliet ikunu diġà inklużi u jiġu mgħallma u pprattikati f’kull skola.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ppreżentati każi sa issa quddiem il-Bord tar-Regolamenti tal-Kera minn meta daħal fis-seħħ l-Att dwar ir-Riforma tal-Kirjiet Residenzjali Kontrollati, Att XXIV tal-2021? Kemm minn dawn kienu solvuti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Bord li Jirregola l-Kera ma jagħmilx parti mill-Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u/jew xi entità li taqa’ taħt dan id-dekasteru. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat u biex l-informazzjoni li tingħata tkun korretta.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jsiru interventi fuq bajjiet ramlin matul is-sena 2023? F’kull każ x’inhu mistenni li jkun l-intervent li ser isir? Jista’, għal kull każ, jagħti tagħrif dwar jekk hux diġà nħarġu l-permessi neċessarji għal dan ix-xogħol, u f’kull każ fejn wasal il-proċess tat-tendering għall-istess xogħol?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għadha fi stadju ta’ studju ta’ fejn ser tagħmel interventi fil-2023.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Eks Direttur tal-Ħabs, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadux jaqdi rwol jew kariga fi ħdan il-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, x'inhuwa dan ir-rwol/kariga, u x'inhuma l-pagi, benefiċċji u perkaċċi li huwa intitolat għalihom f'dan ir-rwol/kariga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub, li diġà ġie provdut diversi drabi fid-dominju pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fuq kuntratt, persuni li jaħdmu bħala position jew person of trust, u/jew persuni trasferiti/seconded/detailed fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin f'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jgħid ukoll x'kienu r-rwoli u l-iskali/pagi tagħhom, inklużi perkaċċi u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm minn dawn ġew ingaġġati mal-Aġenzija u kemm minn dawn ġew ingaġġati b'metodi jew b'entitajiet oħra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi hemm 13-il professjonist assenjat mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi li jingħaqdu mal-professjonisti l-oħra tal-Aġenzija. Dawn jinkludu Psychology Class employees, Social Workers, Social Welfare Professionals u Care Plan Coordinators. Infurmat ukoll li fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi preżentament ma hemmx persuni li għandhom kuntratt ta’ Position/Person of Trust.
Siġġiewi – Xogħol ta' restawr taz-zuntier tal-knisja parrokkjali — allokazzjoni ta' fondi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Siġġiewi — Xogħol ta' restawr taz-zuntier tal-knisja parrokkjali - allokazzjoni ta' fondi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Siġġiewi – Xogħol ta' restawr taz-zuntier tal-knisja parrokkjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4274 u tagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif qed jintefqu l-miljuni f’sussidji fuq l-enerġija? Tista’ tagħti break down u tinkludi d-dettalji pertinenti dwar dan għas-snin 2022 u 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif spjega tajjeb il-Ministru għall-Finanzi fid-Diskors tal-Budget, il-Gvern ħa deċiżjoni konxja li l-piżijiet li ġabet magħha il-gwerra fl-Ukrajna, fosthom iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuel, ma jgħaddihomx fuq il-poplu u n-negozji tagħna. Minflok għażilna li nagħtu sostenn u noffru stabbiltà sabiex nevitaw katastrofi ekonomika u soċjali. L-investiment li jeħtieġ dan is-sostenn mhuwiex żgħir imma mingħajru pajjiżna kien jispiċċa f’sitwazzjoni ferm agħar.
Fejn tidħol enerġija, pajjiżna seta’ jkompli jiggarantixxi prezzijiet stabbli tal-elettriku grazzi għall-investiment ta’ madwar 220 miljun ewro sa Ottubru. Dan l-ammont huwa wieħed proviżorju ġaladarba s-sena għadha miftuħa. Parti kbira mill-ammont tkopri ż-żieda qawwija fil-prezz tal-elettriku li jinxtara mill-interconnector. Iż-żieda fil-prezz tal-gass kienet aktar meqjusa grazzi għall-ftehim li permezz tiegħu, sa April ta’ din is-sena, konna qed nixtru l-gass bi prezz fiss. Minn April ’il quddiem, grazzi għal ftehim ġdid, il-prezz tal-gass beda jiġi indexed mal-prezz internazzjonali taż-żejt, fejn iż-żidiet huma inqas miż-żidiet fil-prezz tal-gass. L-Enemalta kellha terfa’ wkoll piż ikbar sabiex tixtri l-carbon credits, fejn sal-aħħar t’Ottubru ħallset 33 miljun ewro aktar. Għas-sena dieħla, sabiex il-konsumaturi jibqgħu jgawdu minn prezzijiet stabbli, huwa stmat li l-għajnuna meħtieġa tammonta għal 440 miljun ewro.
Fil-qasam tax-xiri tal-fuels, il-Gvern ukoll ħa azzjoni deċiżiva favur il-konsumatur. Sal-lum, l-għajnuna f’dan ir-rigward tlaħħaq it-63 miljun ewro u għas-sena d-dieħla din mistennija li titla’ għal madwar 90 miljun ewro.
Il-Gvern qiegħed isostni wkoll ix-xiri tal-gass LPG. L-għajnuna totali għas-sena 2022 hija stmata li se tlaħħaq is-16.3 miljun ewro, filwaqt li għas-sena d-dieħla dan is-sussidju hu mistenni jkun ta’ madwar 15-il miljun ewro.
F’dan l-istadju l-istimi kkowtati għas-sena d-dieħla huma bbażati fuq ix-xejriet tas-suq u jibqgħu dejjem suġġetti għal bidliet. F’dan il-kuntest, il-Gvern għażel it-triq tal-istabilita u qiegħed jalloka 580 miljun ewro li, fid-dawl tal-inċertezzi li jeżistu, taħseb ukoll għal ċerta kontinġenza.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2054, 3730, 4034 u 4251 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra