Legislature:
Category:
Reset
Active:

L.S. 623.06 – regolament nru 4 – dikjarazzjoni dwar xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat) hekk kif definit taħt ir-regolament numru 4 tal-istess Avviż Legali peress li fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari numru 796 u 786 din l-informazzjoni ma ngħatatx?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4444 imressqa dwar l-istess tagħrif.

L.S. 623.06 – dikjarazzjoni dwar xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat), xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari peress li fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari numru 795 u 786 din l-informazzjoni ma ngħatatx?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 4444 imressqa dwar l-istess tagħrif.

Birżebbuġa – Tal-Papa – Dawl tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li residenti ta' Birżebbuġa li joqogħdu fl-area Tal-Papa li tinkludi Triq is-Sebħ, Triq il-Gandoffla, Triq tal-Papa, Triq il Gawwi u Triq iċ-Ċief, kif ukoll Triq Alessandru, Misraħ Hamilkar Barka, Triq San Filippu u Triq it-Tħabrik ilhom bid-dawl tat-triq maqtugħ għal dawn l-aħħar tlett ijiem? Meta se jsiru t-tiswijiet neċessarji biex jinqata’ l-inkonvenjent li qed isofru r-residenti ta' dawn it-toroq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 4511.

Birżebbuġa – Tal-Papa – Dawl tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li residenti ta' Birżebbuġa li joqogħdu fl-area tal-Papa li tinkludi Triq is-Sebħ, Triq il-Gandoffla, Triq Tal-Papa, Triq il-Gawwi u Triq iċ-Ċief, kif ukoll Triq Alessandru, Misraħ Hamilkar Barka, Triq San Filippu u Triq it-Tħabrik ilhom bid-dawl tat-triq maqtugħ għal dawn l-aħħar tlett ijiem? Meta se jsiru t-tiswijiet neċessarji biex jinqata’ l-inkonvenjent li qed isofru r-residenti ta' dawn it-toroq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-Kunsill Lokali mhux responsabbli mit-tiswijiet tal-provistà tad-dawl tat-toroq. Madankollu infurmat illi l-istess Kunsill Lokali baghat diversi komuniki lill-entità kkonċernata dwar dan sabiex tiġi rranġata l-problema inkwistjoni. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex għal aktar informazzjoni jirreferi għall-Ministeru kkonċernat.

Barklori — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar darba li l-barklori ġew imħallsin skont il-liġi u ċjoè Kapitlu 73 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4456 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Pulizija – Rapporti ta’ ksur ta’ protection orders minn vittmi ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' ksur ta' protection orders minn vittmi ta' vjolenza domestika minn Jannar sa Ottubru 2022? X'tip ta' azzjoni ttieħdet f'kull każ? Kemm minn dawn ġew irrapportati iktar minn darba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena daħlu sbatax-il rapport ta’ ksur ta’ protection orders, minn vittmi ta’ vjolenza domestika. F’kull każ ittieħdu passi kontra l-persuni responsabbli fil-Qorti, li kienu sittax-il persuna maskili u persuna femminili. F’żewġ każijiet, il-każ ġie deċiż waqt li fl-oħrajn il-każ għadu sub judice. Fl-ebda waħda minn dawn l-istanzi ma kien hemm każi fejn ġew irrapportati iktar minn darba.

Qrati – ħruġ ta’ protection orders

Question

Mill-Protection Orders li ħarġu mill-Qorti biex jipproteġu vittmi tal-vjolenza domestika minn Jannar sa Ottubru 2022, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom ġew vjolentati? X'tip ta' sanzjonijiet ġew imposti meta dawn il-protection orders ġew vjolentati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 4531.

European Institute of Gender Equality -– informazzjoni ta’ data dwar il-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ngħatat l-ebda informazzjoni ta' data fuq il-vjolenza domestika f'Malta li tinġabar mill-European Institute of Gender Equality, hekk kif ġie rapportat fl-aħħar indiċi li ġew ippubblikati mill-istess Istitut f'Ottubru 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li din il-materja taqa’ taħt il-Ministeru responsabbli għall-ġbir ta’ l-Istatistika u jkun għaqli li tressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni

Question

Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO further strongly encourages the Maltese authorities to collect disaggregated data on: a. the number of protection orders issued in the context of civil proceedings; b. the number of temporary protection orders issued, their violations and the sanctions imposed as a result of such violations in cases of violence against women; c. the number of protection orders issued in the context of criminal proceedings, including the number of violations and sanctions imposed as a result of such breaches and the number of cases where the woman was re-victimised or murdered because of such breaches; d. data on the number of decisions on custody/visitation/residence of children that have expressly taken into account reports of domestic violence; e. whether victims of all forms of violence use the remedies available to address the authorities’ failure to diligently prevent, investigate and punish acts of violence covered by the scope of the Istanbul Convention; f. the number of cases in which women victims of violence have claimed and have obtained compensation either from the perpetrator or the state for offences covered by the Istanbul Convention; and g. access to social services and to health care with respect to other forms of violence against women under the convention, other than domestic violence.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru ssegwi l-andament ta’ rapport imsemmi, liema rapport hu implimentat jew qed jiġi implimentat fl-intier tiegħu minn diversi entitajiet ta’ Ministeri differenti. F’dan il-għan infurmat illi dan il-Ministeru jkollu disponibbli dawk li huma ta’ materja penali. Dawn huma: SenaOrdnijiet ta’ Protezzjoni (Sezzjoni Kriminali)Ordnijiet ta’ Protezzjoni Temporanja (Sezzjoni Kriminali) 202013150 202110332 2022102 sal-aħħar ta’ Settembru40 sal-aħħar ta' Settembru Infurmat ukoll illi fir-rigward tal-punti l-oħra l-vittmi huma indirizzati mill-istess entitajiet governattivi illi jaħdmu fis-settur. Infurmat ukoll li data oħra tinġabar mill-awtoritajiet tas-Saħħa. It-tweġibiet fuq imsemmija qed jingħataw skont l-informazzjoni li ssegwi il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru. Mistoqsijiet ulterjuri għandhom jiġu mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni

Question

Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO urges the Maltese authorities to equip the police with the knowledge and powers to respond promptly and appropriately to all forms of violence against women covered by the Istanbul Convention. In particular, the Maltese authorities should: a. step up initial and in-service training on all forms of violence against women for all police officers who directly or indirectly receive/investigate such offences. Training should in particular: - address all forms of violence against women covered by the Istanbul Convention; - address the concept of power and control and the need to adequately record patterns of abuse in the context of domestic violence; - instruct on how and where to receive reports and interview the victims in a manner that prevents secondary victimisation; - sensitise and prepare police officers to deal with reports from women who are in a particularly vulnerable situation such as women with disabilities and women in prostitution; b. provide guidelines/protocols specifying how to proceed in cases of domestic violence, including cases of psychological violence and other forms of violence against women. Such protocols/guidelines should in particular address how to build a case fit for prosecution and cover, inter alia, how to comprehensively collect all relevant evidence in addition to the victim’s statement or, in cases of rape, in addition to the forensic evidence lifted from the victim.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija twaqqfet it-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, fejn rapporti relatati ma’ vjolenza domestika qed jiġu proċessati minn din is-sezzjoni speċjalizzata, komposta minn uffiċċjali mħarrġa għal dan il-għan. Din it-taqsima titmexxa b’koordinament ma’ aġenziji oħra, li b’diversi modi jagħtu servizzi tagħhom, lill-vittmi u lill-familjari ta’ dawn l-abbużi. Infurmat illi biex dan jiġi aċċertat u msaħħaħ, hemm linji gwida (SOPs) li jinħarġu lill-Pulizija regolarment. Infurmat wkoll li l-Korp tal-Pulizija joffri taħriġ lill-membri tiegħu dwar kif jitrattaw vjolenza domestika. Dan it-taħriġ jingħata matul il-kors ta’ reklutaġġ tal-pulizija, dan barra taħriġ speċifiku għall-membri oħra tal-Pulizija f’kull rank, li jkunu diġà ġew stazzjonati fid-Distretti u xi Sezzjonijiet oħra tal-Korp jew dawk li jkunu qed jitħarrġu għal promozzjonijiet f’karigi għola, u dan anke fid-dawl tar-rakkomandazzjoni msemmija f’din il-mistoqsija. Din ir-rakkomandazzjoni ngħatat il-piż kollu mistħoqq, tant li mis-sena 2020 kompla jissaħħaħ it-tagħlim biex membri tal-Korp ikomplu jestendu l-għarfien tagħhom f’din il-materja, fejn ir-rispons diġà wera titjib konsiderevoli li wassal biex l-uffiċċjali jkunu aktar konxji min-neċessitajiet tal-vittmi ta’ dawn ir-reati u s-support mistenni lejhom. Apparti dan kollu diġà beda l-ippjanar għall-aktar taħriġ fuq vjolenza kontra n-nisa u suġġetti relatati għas-sena 2023. Dwar l-investigazzjonijiet, f’kull każ, l-uffiċċjali investigattivi mit-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, jmexxu l-investigazzjonijiet tagħhom bir-reqqa, anke bl-assistenza tat-taqsima forensika fejn il-każ ikun jitlob speċjalment f’każi ta’ stupru. Fejn ikun hemm provi ammissibbli biżżejjed, jaraw li jittieħdu proċeduri fil-Qrati kontra l-awturi ta’ dawn ir-reati. Dan barra xogħol ieħor ta’ sostenn pro-attiv lejn il-vittmi, skont in-natura tar-rapport li jkunu qed jirregistraw. Kif ingħad drabi oħra, il-Pulizija hija kommessa li tagħmel minn kollox biex tnaqqas dawn il-każi kontra kull persuna vulnerabbli. Fl-2022, il-Gender based and domestic violence unit attendew u pparteċipaw wkoll f’ħames sessjonijiet ta’ taħriġ fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika li ġew organizzati mill-Kummissjoni matul is-sena. Is-suġġetti li ġew indirizzati jinkludu: il-forom differenti ta’ vjolenza li jiġu indirizzati mill-Konvenzjoni t’Istanbul; il-kunċett ta’ kontroll u poter; il-bżonn li jkun hemm rikordju ta’ sensiliet t’abbuż fil-kuntest ta’ vjolenza domestika u li l-professjonisti jkunu sensittivi għall-bżonnijiet ta’ vittmi vulnerabbli. Parteċipanti f’dan it-taħriġ inkludew professjonisti mill-GBDVU, fi ħdan il-Pulizija ta’ Malta, professjonisti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, mill-Ministeru għas-Saħħa, min-National School Support Services, mid-Dipartiment għall-Probation u Parole, mill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali u minn entitajiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika sabiex nippromovu kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati. Fis-sena 2023, l-Kummisjoni tippjana li żżid u ssaħħaħ dan it-taħriġ multiagency abbażi tal-evalwazzjoni li ssir wara kull sessjoni ta’ taħriġ. Kopja tat-tabella ta’ dan it-taħriġ qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni

Question

Skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to set up a state-wide, round the-clock helpline dedicated to all forms of violence against women capable of providing counselling to victims, with due respect for the confidentiality and anonymity of all callers and operated by trained staff.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li barra s-servizz offrut mill-Aġenzija Appoġġ, hekk kif tħabbar fil-Budget għas-sena 2023, is-servizz ser ikun ikkumplimentat mill-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità (Victim Support Agency) fejn se tkun qed twaqqaf il-linja ewlenija ewropea ta’ sapport għall-vittmi tal-kriminalità – 116 006. Sabiex il-pubbliku jkun jista’ jinqeda aħjar, din il-linja se topera fuq l-istess pjattaforma tal-179 fejn t-talbiet ta’ assistenża u sapport jkunu kkordinati aħjar permezz tal-kolloborazzjoni bejn il-professjonisti mħarrġa miż-żewġ entitajiet. Dan is-servizz se jkun offrut b’xejn u jingħata b’mod kunfidenzjali. Is-servizz jinkludi informazzjoni ġenerali ta’ sapport, kif ukoll riferti għall-aktar informazzjoni dettaljata, sapport emozzjonali, gwida legali u servizzi oħra li l-aġenzija għall-vittmi tal-kriminalità toffri minn zmien għal żmien. Aktar informazzjoni tista’ tingħata mill-Ministru responsabbli mill-Aġenzija Appoġġ.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni

Question

Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to introduce dedicated services for children who are victims or witnesses of all forms of violence against women, such as age-appropriate psychosocial counselling and experts trained in interviewing children, providing due regard to the best interests of the child.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni

Question

Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO urges the Maltese authorities to take a number of priority actions in the area of custody and visitation rights to ensure the safety of victims and their children and to break the cycle of power and abuse exercised by the perpetrator”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Kummissjoni tikkommetti li twassal seminar ta’ taħriġ ta’ ġurnata lill-membri tal-ġudikatura fl-2023. Dan is-seminar ser jindirizza d-drittijiet ta’ kustodja u viżitazzjoni sabiex tiġi assigurata s-sigurtà tal-vittmi u t-tfal tagħhom u sabiex tkisser iċ-ċiklu ta’ poter u abbuż li hu eżerċit mill-awtur tar-reat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser tkun qed tesplora mezzi sabiex tassigura l-analiżi sistematika tad-deċiżjonijiet fuq kustodja/viżitażżjoni/residenza f’każijiet fejn hemm suspett ta’ vjolenza domestika, kif ukoll sabiex tiġi mtejba l-komunikazzjoni bejn il-qrati ċivili u kriminali. Dan għandu jassigura li rapporti ta’ vjolenza domestika jiġu kkunsidrati meta jsiru deċiżjonijiet ta’ kustodja mill-partitajiet relevanti. Dan ser isir fil-kuntest tat-tielet strateġija nazzjonali u l-pjan t’azzjoni fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika li ser jiġu mnedija s-sena d-dieħla. Aktar informazzjoni tista' tiġi provduta mill-Ministri kkonċernati.

GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni

Question

Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO strongly encourages the Maltese authorities to take appropriate measures to investigate, prosecute and punish acts of sexual harassment and to ensure the collection of data in order to assess the effectiveness of the response of the criminal justice system in this area, relying on proposals made in this report under Article 11.”, jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kull każ dwar fastidju sesswali li jiġi għal konjizzjoni tal-Pulizija jiġi investigat u l-persuni suspettati jitressqu l-Qorti f’livell distrettwali. Fejn minn investigazzjonijiet ta’ dawn il-każi jirriżulta li jkun hemm involuti persuni vulnerabbli, minuri, jew persuni b’xi diżabilità jew indebolimenti fiżiku ieħor, uffiċjali mill-iskwadra ta’ kontra l-vizzji li għandhom għarfien u esperjenzi investigattivi għolja fuq reati sesswali aktar serji, jiġu involuti wkoll. Dan biex ikun ggarantit l-aħjar rispons li jista' jingħata wara li tinġabar kull forma ta’ evidenza. L-uffiċjali tal-pulizija jingħataw taħriġ dwar l-approċċ f’investigazzjonijiet ta’ rapporti ta’ fastidju sesswali u reati relatati li huma fost l-aktar sensittivi, biex barra li jkunu kapaċi jiġbru evidenza ta’ kull forma dwar l-allegat reat, ikunu konxji wkoll bil-mod kif jipproteġu lill-vittma li tkun esperjenzat trawma sinifikanti wara l-każ ta’ fastidju sesswali li tkun għaddiet minnu. F’diversi każi minħabba l-kondizzjoni emozzjonali tal-vittma, il-Victim Support Unit li hija parti mill-Victim Support Agency, tiġi involuta wkoll u dan biex testendi l-assistenza professjonali minn uffiċjali tagħha lil dawn il-vittmi, fejn diversi drabi jkunu talbu l-għajnuna ta’ dawn l-entitajiet, minn barra l-Korp. Barra minn dan, qed isiru arranġamenti biex data dwar fastidju sesswali tkun tista tinġabar elettronikament.

Trasport pubbliku – Rotta 109A

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3004, peress li r-rotta 109A ma tgħaddix mill-akkwati bħal Tas-Salib, Binġemma u oħrajn, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiżdiedu rotot li jgħaddu minn dawn l-akkwati aktar frekwenti, fejn bħalissa għandhom servizz ta’ trasport pubbliku kull sagħtejn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fil-preżent Transport Malta qiegħda ssegwi l-andament tar-rotot, partikolarment dak li għandu x’jaqsam ma’ frekwenzi u “capacity” sabiex jiġu indirizzati xi nuqqasijiet li jista' jkun hemm.

Immigration Appeals Board – appelli fl-2019

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu appelli quddiem l-Immigration Appeals Board fis-sena 2019? Kemm minn dawn l-appelli li ġew introdotti fl-2019, ġew deċiżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ appelli quddiem l-Immigration Appeals Board fis-sena 2019 kien ta’ 2634 u ġew deċiżi 2508 każ.

Immigration Appeals Board – appelli fl-2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu appelli quddiem l-Immigration Appeals Board fis-sena 2020? Kemm minn dawn l-appelli li ġew introdotti fis-sena 2020, ġew deċiżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ appelli quddiem l-Immigration Appeals Board fis-sena 2020 kien ta’ 2408 u ġew deċiżi 2318 każ.

Immigration Appeals Board – appelli fl-2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu appelli quddiem l-Immigration Appeals Board fis-sena 2021? Kemm minn dawn l-appelli li ġew introdotti fis-sena 2021, ġew deċiżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ appelli quddiem l-Immigration Appeals Board fis-sena 2021 kien ta’ 2209 u ġew deċiżi 1976 każ.

Immigration Appeals Board – appelli fl-2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu appelli fis-sena 2022 quddiem l-Immigration Appeals Board? Kemm minn dawn l-appelli li ġew introdotti fis-sena 2022, ġew deċiżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.