Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm punti ta’ New Water fin-naħa t’isfel ta’ Malta, maqsuma lokalità b’lokalità? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn il-punti bħalissa fihom l-ilma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn total ta’ madwar 220 dispenser li se jkunu mifruxin f’dawn il-lokalitajiet - Kalkara, Xgħajra, Żabbar, Marsaskala, Żejtun, Delimara/Marsaxlokk, madwar għoxrin minnhom diġà jinsabu attivi u qed igawdu minnhom il-bdiewa, il-kumplament se jkomplu jiżdiedu fix-xhur li ġejjin. Preżentament il-bdiewa kollha għandhom il-faċilità li jagħmlu użu mid-dispensers disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid min jista’ japplika għall-iskema ‘Get Qualified’? Jista’ jgħid ukoll għal liema livelli ta’ edukazzjoni tapplika din l-iskema u liema istituzzjonijiet edukattivi tkopri?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32064 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx likwidata u jekk iva, jgħid jekk kienx hemm outstanding balances u jekk tħallasx kulħadd?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32063 u jelenka l-lista ta’ xogħlijiet li saru mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji ġodda tas-sewqan għal sewwieqa tax-xarabanks u coaches fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Ottubru 2025, ħarġu total ta’ 355 liċenzja ġdida fil-Kategoriji D u D Automatic, li huma l-kategoriji meħtieġa sabiex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches. Minn dawn il-liċenzji, 49 ingħataw lil persuni ta’ nazzjonalità Maltija, filwaqt li 306 ingħataw lil persuni ta’ nazzjonalità barranija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji ġodda tas-sewqan għal sewwieqa tax-xarabanks u coaches fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2024, ħarġu total ta’ 607 liċenzji ġodda fil-Kategoriji D u D Automatic, li huma l-kategoriji meħtieġa sabiex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches. Minn dawn il-liċenzji, 80 inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalità Maltija, filwaqt li 527 inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalità barranija.
Negotiated for the provision of Masterplanning Services - St Luke’s Health Village and Gozo General Hospital CfT CA Unique ID: CT5053/20251
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti d-direct order li nħarġet mill-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar ġranet ‘Negotiated for the provision of Masterplanning Services - St Luke’s Health Village and Gozo General Hospital CfT CA Unique ID: CT5053/2025’? Jista’ jgħid ukoll x’servizzi ser jingħataw permezz ta’ din id-direct order u għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-iskop ta’ din in-‘negotiated procedure’ jinkludi l-istudju tal-Masterplans kemm ta’ St Luke’s Health Village kif ukoll tal-isptar Ġenerali t’Għawdex. L-istudju tal-Masterplans se jinkludi li tkun f'konformità mal-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa u ma' strateġiji settorjali oħra.
Is-servizzi li se jingħataw permezz ta din in-‘negotiated procedure’ huma l-istudju, it-titjib, l-aġġornament u l-approvazzjoni tal-Masterplans ta’ St Luke’s Health Village kif ukoll tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-fażi tal-ħidma u stima tal-ispejjeż għall-implimentazzjoni, l-ippjanar tal-ispazji kliniċi u tqassim arkitettoniku, l-istrateġija għall-apparat mediku u ppjanar tal-għamara tal-isptar, integrazzjoni ma' studji dwar l-impatt tat-traffiku u infrastruttura, Lifecycle cost modelling u ppjanar tas-sostenibbiltà, konsulenza dwar ir-riskju u l-ispejjeż biex tiġi żgurata l-vjabilità ekonomika, u appoġġ tekniku u servizzi ta’ ‘project management’ matul il-fażi tal-ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm multi pendenti li kienu imposti mill-Awtorità tal-Ippjanar u għadhom ma tħallsux mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti l-ammonti tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31457 u 32000 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Żjarat ta’ pets meta s-sid ikun rikoverat fl-Isptar Mount Carmel
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30736, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm drabi fejn annimali domestiċi tħallew jidħlu ħdejn il-pazjenti fl-Isptar Mount Carmel fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025, tħallew jidħlu l-isptar 15-il annimal domestiku biex iżuru lill-pazjenti. L-annimali kollha kienu klieb.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li bħalissa qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li hemm 1,578 persuna, li bħalissa qed jistennew biex jidħlu ġo dar tal-anzjani. Qed isir kull sforz sabiex jinkisbu s-soddod kollha disponibbli fis-suq privat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-mistoqsijiet parlamentari 10849 u 12721 ta’ din il-leġiżlatura dwar suwiċidji ġew imwieġba , iżda t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30245 kienet tgħid biex nagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li kif diġa weġibtha verbalment waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet fis-Seduta tal-5 ta’ Novembru, din l-istatistika uffiċċjali qed tinġabar mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30635 fejn intqal li matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-15 ta’ Ottubru 2025, kien hemm 12-il persuna li ġiet ipprivata miċ-ċittadinanza Maltija, jista’ l-Ministru jiċċara jekk kienx hemm persuni li b’riżultat ta’ dan spiċċaw bla ebda ċittadinanza (stateless)?
Jista’ jgħid ukoll:
i. Minn fejn kienu oriġinarjament dawn il-persuni?
ii. Kemm minnhom kisbu ċ-ċittadinanza permezz ta’ proċess ta’ naturalizzazzjoni jew reġistrazzjoni?
iii. Kemm minnhom kisbu din iċ-ċittadinanza permezz tal-iskema tal-passaporti?
B’mod ġenerali, x’kienu r-raġunijiet li ttiħditilhom iċ-ċittadinanza Maltija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dispożizzjonijiet tal-artikolu 14 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) li jirrigwardaw il-privazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija jipprovdu ċ-ċirkostanzi fejn jista’ jirriżulta li l-persuna tista’ tispiċċa apolidi (stateless) bit-tali privazzjoni. Qabel persuni jiġu pprivati miċ-ċittadinanza dawn iċ-ċirkostanzi jiġu kkunsidrati. Ninsab infurmat li skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Sussidjarja Nru 188.07 it-tagħrif pubblikat huma biss l-ismijiet.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar kif qed jiġi mmonitorjat it-trasport u r-rimi ta’ skart mediku mill-isptarijiet pubbliċi, kliniċi privati u dental practices sabiex jiġi evitat rimi illegali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-isptarijiet pubbliċi għandhom kuntratt ma’ kuntrattur li għandu permess mill-ERA sabiex jittrasporta materjal mediku perikoluż. Jinħarġu ‘Consigmnet Notes’ biex jiġi assigurat li materjal kollu perikoluż li joħroġ minn ġo l-isptarijiet jasal fil-faċilitajiet awtorizzati.
Kollaborazzjoni ma’ Ministeri oħra biex tiġi indirizzata l-obeżità fost it-tfal u ż-żgħażagħ
Question
No question text.
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm kollaborazzjoni kontinwa bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u ministeri oħra, inkluż il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Invovazzjoni, sabiex tiġi indirizzata l-obeżità fost it-tfal u ż-żgħażagħ. Din il-kollaborazzjoni tinkludi:
• Programmi ta’ edukazzjoni dwar nutrizzjoni u stil ta’ ħajja b’saħħtu fl-iskejjel, li jippromwovu dieta bilanċjata u tnaqqis fil-konsum ta’ ikel b’ħafna zokkor u xaħam.
• Inizjattivi ta’ attività fiżika fil-kurrikulu tal-iskejjel u barra minnu, inkluż il-promozzjoni tal-HEPA Strategy (Health-Enhancing Physical Activity).
• Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn ġenituri u żgħażagħ dwar l-importanza ta’ ħajja attiva u dieta sana.
• Monitoraġġ u riċerka dwar il-livelli ta’ piż żejjed u obeżità fost it-tfal u ż-żgħażagħ biex jiġu identifikati riskji u miżuri effettivi.
• Regolazzjoni li jinkludi regolament dwar il-prokura tal-ikel fl-iskejjel u servut, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti offruti jkunu konformi ma’ linji gwida nutrittivi u jippromwovu dieta sana fost it-tfal.
Barra minn hekk, jeżisti Kumitat Konsultattiv dwar l-Istili ta’ Ħajja li joriġina mill-Att dwar l-Istil ta’ Ħajja relatat ma’ Mard Mhux Trasmissibbli (NCD Lifestyle Act). Dan il-kumitat jinkludi rappreżentanti minn diversi ministeri, professjonisti tas-saħħa, esperti fl-edukazzjoni u sport. Il-kumitat jiltaqa’ kull xahar biex jaħdem fuq azzjonijiet ta’ kollaborazzjoni u jagħti pariri dwar proġetti u inizjattivi li jippromwovu ħajja b’saħħitha fosthom prevenzjoni tal-obeżità.
Irrid nirrimarka li l-Qafas Nazzjonali dwar il-Mard Mhux Trasmissibbli (NCD Framework) jippromwovi l-prinċipju ta’ Health in All Policies, kif ukoll approċċ ta’ Whole-of-Government u Whole-of-Society, sabiex il-prevenzjoni tal-obeżità u l-promozzjoni ta’ ħajja b’saħħitha jkunu integrati f’kull livell ta’ politika u azzjoni.
Servizz tas-Saħħa Pubbliku – impatt finanzjarju fuq immaniġġar ta’ pazjenti obeżi u dijabetiċi
Question
No question text.
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant mhiex statistika li tinħadem b'mod regolari mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.
Infurmat li l-aħħar eżerċizzju li sar f'dan ir-rigward kienet publikazzjoni mill-PWC li saret b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għas-Saħħa, fejn inħadem l-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-obeżità f'Malta. Dan kien ippubblikat f’Marzu 2017. Kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.