Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – Berġa

Question

B’referenza għad-domandi parlamentari 3902 u 4415 u r-risposti tagħhom dwar berġa fl-inħawi ta’ Pawl il-Baħar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma jekk ġiex identifikat is-sit fejn ser tkun qiegħda tinfetaħ din il-Klinika tal-Komunità? Jekk iva f’liema triq ser tkun qiegħda tinfetaħ din l-istess klinika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3902.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tiegħi ma ngħatawx benefiċċji, għotji jew għajnuniet oħra finanzjarji lill-produzzjonijiet tal-films lokali (persuni/kumpaniji msemmija separatament).

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Tista’ l-Ministru ssemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tagħha, mill-2013 'il hawn?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-lum, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità xtrat is-servizzi ta' Jon Mallia għal total ta' €10,466.60 (VAT inkluż), u Take2 Ltd għal total ta' €5,798.50 (VAT inkluż), skont it-tabelli provduti hawn isfel. Ma sarux pagamenti u/jew sponsorships lill-persuni jew kumpaniji msemmija separatament mill-Ministeru u/jew xi entità oħra li taqa’ taħt dan il-portafoll. Jon Mallia Data tal-ħlas Dettalji Ammont 2018 Ħolqien u preżentazzjoni ta' scripts għall-produzzjoni 'Fi Kliemna' €3,056.20 2020 Workshops għal 'Fi Kliemna' €1,746.40 2020 Kitba ta' żewġ scripts għal 'Fi Kliemna' €2,950.00 2020 Workshops għall-produzzjoni 'Fi Kliemna' €778.80 2021 Kitba mill-ġdid tal-iscript 'Kull deni ħudu b'ġid' €1,085.60 2021 Rehearsels għall-produzzjoni 'Kull deni ħudu b'ġid' €849.60 Take2 Ltd Data tal-ħlas Dettalji Ammont 2020 Filming ta' trailer €413.00 2020 Filming dwar il-Lingwa tas-Sinjali €265.50 2022 Produzzjoni ta' film qasir €5,120.00

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figura hija nil.

Ministeru għal Għawdex — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw l-ebda benefiċċji jew għajnuniet finanzarji f’dan ir-rigward.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ebda mill-persuni jew mill-kumpaniji msemmija separatament ma ngħataw benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra mill-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza.

Imġarr – siti storiċi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi fil-limiti tal-Imġarr li Heritage Malta għandha taħt ir-responsabilità tagħha? Liema minn dawn is-siti huma miftuħa għall-pubbliku? X'investiment sar f'kull wieħed minn dawn is-siti matul din is-sena? X'investiment hu mistenni li jsir f'dawn l-istess siti, matul l-2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ż-żewġ siti li tamministra Heritage Malta fl-Imġarr huma t-tempji neolitici Ta’ Ħaġrat u Skorba. Dawn huma miftuħa għall-pubbliku regolarment. Matul din is-sena sar tindif u manutenzjoni ġenerali, u ġie prodott dokumentarju għat-televiżjoni li jiffoka fuq id-daħla ewlenija għal Ta’ Haġrat u r-rwol tal-komunità tal-Imġarr fl-amministrazzjoni tas-sit minn meta ġie skopert. Dan l-episodju se jidher fl-2023. Għas-sena d-dieħla se nkomplu bil-manutenzjoni regolari kif ukoll xogħlijiet oħrajn li jkunu bżonjużi.

Air Malta – Bord tad-Diretturi — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Data tal-ewwel appuntament Is-Sur David G. Curmi Chairman Eżekuttiv 1 ta’ Jannar 2021 Dr. Ernest Azzopardi Direttur 20 ta’ Lulju 2020 Is-Sur Reuben Fenech Direttur 30 ta’ Marzu 2021 Is-Sa Elvia George Direttur 30 ta’ Marzu 2021 Is-Sur Michael Grech Direttur 30 ta’ Marzu 2021 Prof. Philip von Brockdorff Direttur 20 ta’ Lulju 2020

Revenue Remissions Supervisory Board — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tar-Revenue Remissions Supervisory Board, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Dr John Consiglio Chairman 1 ta’ Ġunju 2015 Is-Sur Sergio Ebejer Membru 10 ta’ April 2019 Is-Sur Manfred Barbara Membru 18 ta’ Ġunju 2021 Is-Sur Bryan Degabriele Membru 18 ta’ Ġunju 2021

General Contracts Committee – membri tal-Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-General Contracts Committee, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Is-Sur Anthony Cachia Chairman 16 ta’ Novembru 2013 Is-Sa Lorraine Mangion Duca Sub Chairperson 27 ta’ Novembru 2013 Is-Sa Jacqueline Gili Sub Chairperson 15 ta’ Novembru 2015 Is-Sur Stephen Young Membru 27 ta’ Novembru 2013 Is-Sur Brian Farrugia Membru 27 ta’ Novembru 2013 Is-Sur Mario Borg Membru 5 ta’ Jannar 2016 Is-Sur David Magro Membru 10 ta’ Awwissu 2022 Is-Sur Jurgen Zammit Membru 6 ta’ Diċembru 2013 Is-Sa Anna Camilleri Membru 10 ta’ Awwissu 2022 Perit Vincent Cassar Membru 10 ta’ Awwissu 2022

Review Board for Registration Tax — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tar-Review Board for Registration Tax, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Is-Sur Michael Zammit Munro Chairman 17 ta’ Lulju 2020 Is-Sur Brian Farrugia Membru 25 ta’ Novembru 2014 Is-Sa Rhoda Garland Membru 25 ta’ Novembru 2014 Is-Sa Gail Spiteri Membru 5 ta’ Novembru 2021 Is-Sur Joseph Bugeja Membru 2 ta’ Ġunju 2022

Review Board for Registration Tax Exemption in Favour of Philanthropic Organisations — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tar-Review Board for Registration Tax Exemption in Favour of Philanthropic Organisations, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt. Isem Kariga Id-data tal-ewwel appuntament Is-Sur Michael Zammit Munro Chairman 17 ta’ Lulju 2020 Is-Sur Marvin Schembri Membru 7 ta’ Jannar 2015 Is-Sur Lino Agius Membru 7 ta’ Jannar 2015

Ċentru tas-Saħħa Mosta – servizz ta’ ttestjar tal-għajnejn

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jerġa’ jibda s-servizz tal-ittestjar tal-għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u sussegwentement ikun ordnat in-nuċċali tal-vista b’xejn, peress li jirriżulta li dan is-servizz ilu li twaqqaf mill-1 ta’ Novembru tas-sena l-oħra u kull min jirrikjedi dan is-servizz qiegħed minflok jintbagħat iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, b’mod li qed ikun ta’ inkonvenjent? Jista’ jgħid għala dan is-servizz mhux qed ikun ipprovdut?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li l-professjonist li kien jipprovdi dan is-servizz irtira, ħar[et sejħa biex jiġi ingaġġat Optomitrist ġdid. Din is-sejħa għalqet fl-4 ta’ Novembru u bħalissa għaddej il-proċess tal-interviews.

Sptar Boffa – Nurses ma’ pazjenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nurses ma’ kull pazjent fl-Isptar Boffa? Jista' jgħid x'investiment se jsir fl-Isptar Boffa biex jiġi żgurat l-aqwa servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Boffa hemm Staff Complement komplet. Biex jiġi żgurat l-aqwa servizz hemm 4 żoni partikolari li ser isirlhom intervent li jinkludi fost oħrajn rinovar tas-swali.

Testijiet tad-Demm

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt. Year period Test Totals 01/01/2021 – 31/12/2021 12,681,538 tests 01/01/2022 – 31/10/2022 10,792,364 tests

Skema tal-first-time buyers – żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-first-time buyers hijiex se żżid il-prezz fil-proprjetà skont kif indikat il-Kamra tal-Kummerċ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għotja lil dawk il-persuni kollha illi xtraw proprjetà għall-ewwel darba mill-1 ta’ Jannar 2022 'il quddiem hija intiża sabiex tagħti għajnuna kruċjali liż-żgħażagħ li jkunu għadhom kemm xtraw l-ewwel residenza tagħhom. Il-kundizzjonijiet tal-għotja jinkludu li r-residenza tkun inxtrat permezz ta’ loan u li l-valur tal-proprjetà ma jaqbiżx il-€500,000. L-għotja tibqa’ tingħata għal perjodu ta’ 10 snin jew sakemm jingħalaq il-loan account.

Kuntratti tal-plots taħt il-Home Ownership Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tal-plots li ngħataw taħt il-Home Ownership Scheme, Issue tal-1987, hekk kif jidher li ċerti plots għadhom mhux esproprjati? Jista’ l-Ministru jgħidilna xi tkun il-pożizzjoni tal-eredi ta’ koppja li jiġu nieqsa mingħajr dan il-kuntratt fis-seħħ?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema plots qiegħed jirreferi.

Ħruġ ta’ Schengen C Visas

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2536 u jgħid kemm inħarġu Schengen C Visas kull xahar matul is-sena 2020 u matul is-sena 2021? Minn liema pajjiżi kienu l-applikanti? Kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew irrifjutati? Kemm kien in-numru ta' persuni li waslu f’Malta mingħajr visa u ma tħallewx jidħlu Malta u ntbagħtu lura mill-port u mill-ajruport?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-għadd ta’ persuni minn pajjiżi terzi li ntbagħtu lura mal-wasla tagħhom Malta għax ma kellhomx visa, jew permess ta’ residenza huwa ta’ ħmistax fis-sena 2020 u erbgħa u sittin fis-sena 2021, kif indikati xahar b’xahar fit-tabella riprodotta hawn taħt. Fir-rigward tal-ammonti ta’ Schengen Visas maħruġa għandha tkun riferuta lill-Ministru kkonċernat. 2020 2021 Xahar Ammont Xahar Ammont Jannar 4 Jannar - Frar 1 Frar 1 Marzu 5 Marzu 1 April - April 1 Mejju - Mejju 3 Ġunju - Ġunju 9 Lulju - Lulju 4 Awwissu 4 Awwissu 4 Settembru 1 Settembru 15 Ottubru - Ottubru 14 Novembru - Novembru 10 Diċembru - Diċembru 2 TOTAL 15 64