B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2251 u 4099, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pjan għat-turiżmu f’Wied il-Għajn jiġi mressaq ’il quddiem u ppreżentat fil-bidu tas-sena 2023 sabiex jiġi diskuss qabel is-sajf li ġej?
GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 — rakkomandazzjoni
Question
Peress li skont il-GREVIO Baseline Evaluation Report Malta 2020 “GREVIO urges the Maltese authorities to equip the police with the knowledge and powers to respond promptly and appropriately to all forms of violence against women covered by the Istanbul Convention. In particular, the Maltese authorities should:
a. pursue plans to set up a specialist unit on domestic violence, extending its remit where possible to other forms of violence against women such as FGM and forced marriage;
b. remind police officers of their due diligence obligation to immediately respond to, prevent and protect women from all forms of violence covered by the Istanbul Convention and apply the related sanctions for failure to do so;
c. secure innovative ways to eliminate the substantial barriers to reporting encountered in Gozo;
d. take measures to ensure that the prosecutorial competence of the police does not represent in practice a barrier to reporting for victims.”,
jista’ l-Ministru jgħid x’sar u x’qed isir mill-Gvern fuq din ir-rakkomandazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Korp tal-Pulizija wettaq din ir-rakkomandazzjoni hekk kif sussegwentement għar-rakkomandazzjoni relatata ma’ din il-mistoqsija, f’Ottubru tas-sena 2020 twaqqfet it-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, fil-Korp tal-Pulizija. Din it-taqsima hija ġestita minn uffiċjali mħarrġa għal dan il-għan. L-uffiċjali li jifformaw parti minn din it-taqsima huma kollha mħarrġa f’dan il-qasam u ġew magħżula minħabba l-kwalitajiet u l-kapaċitajiet tagħhom, biex ikunu jistgħu jwettqu dawn id-doveri. Biex dan seta' jitwettaq, dawn l-uffiċjali ġew preparati u ngħataw taħriġ estensiv dwar kif jindirizzaw din il-problema soċjali ta’ proporzjon sinifikanti, b’enfasi dwar is-sensittività u l-bżonnijiet uniċi li jitlob dan ix-xogħol, kif ukoll biex jifmhu x’inhuma l-obbligazzjoniiet tagħhom u l-metodoloġiji li jużaw waqt li jittrattaw sitwazzjonijiet ta’ dan it-tip ta’ abbuż. Dan anke b’enfasi ta’ kif jistgħu jipprevenu dawn l-abbużi meta l-każ jippermetti. Huma wkoll konxji dwar l-elementi legali f’dan ix-xogħol u d-doveri li kull meta jkun hemm provi ammissibbli biżżejjed, jaraw li jittieħdu proċeduri fil-Qrati kontra l-awturi ta’ dawn ir-reati. L-istħarriġ ġie estiż għal uffiċjali oħra li jaħdmu f-taqsimiet u diviżjonijiet barra mit-taqsima msemmija, u dan jinkludi uffiċjali li huma stazzjonati f’Għawdex, li għalihom saret referenza fir-rakkomandazzjoni. Dawn ta’ l-aħħar ukoll jifmhu dak li huwa essenzjali biex bl-aħjar mod ikunu f’pożizzjoni li jieħdu ħsieb il-vittmi, kull meta jsir rapport magħhom u jaċċertaw li ma jkun hemm ebda ostakoli għal dawk il vittmi li jersqu biex jitolbu l-assistenza tagħhom. Sintendi, filwaqt li l-Pulizija f’Għawdex taħdem fil-qrib ma' professjonisti f’dan il qasam bħall-FSWS u NGOs oħrajn, bħalma jagħmlu kollegi tagħhom f’Malta, it-taħriġ ser ikompli u jevolvi aktar fix-xhur li ġejjin. Kull uffiċjal hu konxju mir-responsabiltajiet tiegħu prinċipalment li jipproteġi il-vittmi u l-familjari tagħhom u jagħmel dak kollu possibbli, biex titnaqqas il-vjolenza.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-Abbozz ta’ Liġi Nru 28 li hu għamel l-Ewwel Qari tiegħu nhar il-21 ta' Novembru 2022, sar qabel ma ġie diskuss u/jew approvat mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista? Jista’ jikkonferma li fil-fatt nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Novembru 2022, il-Grupp Parlamentari tan-naħa tal-Gvern iltaqa’ fil-binja tal-parlament biex jiddiskuti dan l-Abbozz u li f’din il-laqgħa ma kienx hemm qbil unanimu fuq l-Abbozz kif ippreżentat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hi żbaljata fl-asserzjoni tagħha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitkompla r-rollout tal-Constant Glucose Monitors u jiċċara jekk dawn il-pazjenti hux se jingħataw il-monitor biss jew hux se jkollhom is-servizz ta’ Remote Patient Monitoring ukoll?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun hemm aktar twessigħ (rollout) tas-sistema tal-Continuous Glucose Monitors.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – surveillance system to monitor diabetes
Question
Peress li fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020)(Pg 65) tgħid li “Our overall goal is to promote research into all aspects of diabetes and build an appropriate surveillance system to monitor diabetes incidence and prevalence as well as to document intermediate and terminal outcomes in order to continuously improve the quality of service for persons with diabetes.”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’sar f’pajjiżna biex tinħoloq “an appropriate surveillance system to monitor diabetes”?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħatar żewġ konsulenti ġodda speċjalizzati fid-dijabete biex jaħdmu fis-settur tal-Kura Primarja. Dan sar biex jitnaqqas id-dewmien u l-istennija minn meta pazjent jinstab li qed ibati bid-dijatete sa meta jara għall-ewwel darba speċjalista fl-isptar. Il- konsulenti qed jaraw anke pazjenti li jkunu identifikati li ma jkunux għadhom dijabetiċi imma jkunu f’risku imminenti li taqbadhom id-dijabete f’qasir żmien, dik li nsejħulha pre-diabetic stage jew impaired glucose tolerance.
Infetħet ukoll ‘Foot clinic’ ġo B’Kara health center. Health centers prinċipali ġew mgħammra b’retinal scanner bil-għan li l-pazjenti jistennew inqas biex jirċievu dawn is-servizzi.
Dawn il-konsulenti, flimkien ma’ dawk ta’ Mater dei, malli jiltaqgħu ma’ pazjenti dijabetiċi qegħdin jirreferuhom kollha mal-ewwel għand il-podoliġista u l-oftalmologu, ħalli jekk ikun hemm xi riskju ta’ komplikazzjonijiet jinqabdu mal-ewwel.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant illi l-ispeċjalisti kollha tas-saħħa pubblika, anke dawk fi ħdan id-Direttorat għall-informazzjoni dwar is-Saħħa, kienu involuti fl-isforz kontra l-pandemija tal-Covid-19. Fl-aħħar xhur beda ezerċizzju ta' linkage bejn numru ta' reġistri eżistenti sabiex tinħoloq l-istatistika meħtieġa u din tkun ikkunsidrata u inkluża fit-tieni strateġija tad-dijabete.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – reġistru tal-pazjenti
Question
Peress li fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020)(Pg 66) tgħid li “There is a pressing need to establish the necessary infrastructure for surveillance of diabetes at a national level. Whilst for other chronic illnesses such as cancer, the existence of a truly national register for the past twenty years has allowed the reasonably accurate monitoring of incidence and outcomes this has yet to be developed for diabetes.”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq ir-reġistru ta’ pazjenti bid-Dijabete hekk kif kien ippjanat fid-Dokument tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4556.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – specific health literacy programme for persons with diabetes
Question
Peress li fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020) (Pg 31) bħala azzjoni importanti fl-implimentazzjoni tagħha twiegħed “Development and implementation of a specific health literacy programme for persons with diabetes”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslet din l-azzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diversi programmi u inizjattivi huma disponibbli biex iżidu l-litteriżmu dwar is-saħħa fost persuni li jgħixu bid-dijabete. Ktejjeb dettaljat dwar l-għajxien bid-dijabete għadu kif ħareġ u huwa disponibbli online fuq www.healthpromotion.gov.mt. Helpline dwar in-nutrizzjoni huwa disponibbli. Appoġġ huwa disponibbli mit-Taqsima tal-Edukazzjoni tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei minn infermiera tad-dijabete. Fis-sena 2022, kampanja nazzjonali ta’ informazzjoni ffukat fuq zokkor moħbi fl-ikel.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx intenzjoni li tibda topera Renal Clinic ġdida li ma tkunx fl-isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabib ewlieni tal-Gvern qiegħed iħejji brief intern dwar kif għandu jespandi s-servizz tar-Renal Dialysis fis-snin li ġejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien in-numru ta’ infermiera ġodda gradwati mill-Università ta’ Malta li daħlu jaħdmu fir-Renal Unit fl-2021 u fis-sena preżenti, maqsuma sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 4 infermiera ġodda li bdew jaħdmu r-Renal Unit fl-2021 u 4 infermiera ġodda bdew jaħdmu r-Renal Unit fl-2022.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-magna li tintuża għar-renal dialysis taħdimx b’sistema speċifika li tutilizza card bis-settings individwali għal kull pazjent? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn din is-sistema mhijiex tintuża għas-sessjonijiet tad-dialysis kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-magni tal-kliewi jaħdmu permez ta’ card bil-parametri tal-pazjenti individwali storjati fiha.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar, b'mod partikolari r-residenti li joqogħdu relattivament qrib il-bypass ta' San Pawl il-Baħar, ma jibqgħux jiġu soġġettati għal storbju qawwi ta' vetturi (minħabba veloċita eċċessiva) għaddejjin mill-istess bypass għaliex spiss qed jispiċċaw ma jistgħux jorqdu b'dan l-istess storbju?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ storbju lill-Kunsill Lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' storbju ġġenerat minn vetturi fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar ġie rrapportat lill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar mill-1 ta' Jannar 2022 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'passi ttieħdu mill-Kunsill Lokali fuq dawn l-istess rapporti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li lmenti relatati ma' sewqan b'mod abbużiv jidħlu lill-Kunsill minn żmien għal żmien, prattikament dwar it-toroq kollha madwar il-lokalità. F'każi simili hija prassi li l-Kunsill Lokali jinnotifika lill-entità responsabbli mit-triq inkwistjoni skont il-każ.
Sptar Mater Dei – servizz ta’ qtugħ ta’ xagħar jew tqaxxir tal-leħja lill-pazjenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-Isptar Mater Dei hemmx persuni li jagħtu servizz ta’ qtugħ ta’ xagħar, jew tqaxxir tal-leħja lill-pazjenti li jkunu rikoverati fl-isptar għal tul ta’ żmien? Jekk iva, kif jista’ pazjent jingħata dan is servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Mater Dei jingħata s-servizz ta' barbier lill-pazjenti li jitolbuh.
Peress illi f'intervista li ta l-Ministru lill-ġurnal The Times of Malta fid-29 ta' Novembru 2022 qal li wasal iż-żmien li jiltaqa' mal-MUMN u jiddiskutu flimkien il-problema ta' anzjani li mhux qed jitħallew jidħlu f'San Vincenz de Paul jew fid-Djar Residenzjali minħabba d-Direttivi eżistenti li ilhom fis-seħħ għal diversi ġimgħat, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid jekk iltaqax mal-MUMN minn dakinhar sal-lum u jekk iva jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi u x'tip ta' żviluppi kien hemm? Jekk sal-lum għadu ma ltaqax, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta ser ikun qed jiltaqa' mal-MUMN?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
B’dispjaċir ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara li saret il-laqgħa tal-20 ta' Ottubru 2022, ma sarux aktar laqgħat.
It-tmexxija tal-unjin, li qed issir referenza għaliha, irrifjutat jew injorat diversi talbiet biex issir il-laqgħa li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellanta. Dawn it-talbiet simili saħansitra jmorru lura għal Lulju.
Jien dejjem nibqa’ dispost li niltaqa’ għax irrid naġixxi dejjem fl-interess tal-anzjani kif ukoll il-ħaddiema u nemmen f’soluzzjonijiet ġusti għal kulħadd biex tibqa’ tingħata wkoll l-akbar attenzjoni u kura lir-residenti li huma fl-aktar pożizzjoni vulnerabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti u x’investiment huma maħsuba biex ix-Xemxija Heritage Trail, f’San Pawl il-Baħar, tingħata l-importanza mistħoqqa? Liema huma dawk ix-xogħlijiet li hu mistenni li jitwettqu f’dan il-post proprju sabiex dan jiġi mħares, jingħata l-importanza mistħoqqa u jkun hemm apprezzament aħjar ta’ dan il-wirt storiku tant importanti għal pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi fil-bidu ta’ din is-sena sar l-akbar investiment finanzjarju fix-Xemxija Heritage Trail, wara snin twal. Fil-fatt infurmat li wara proposta mressqa mill-Kunsill rispettiv, bank lokali ha l-inkarigu li jisponsorja r-restawr kollu tal-grada prinċipali u t-tisħiħ fis-sistema tal-elettriku tal-‘Underground Mill’. L-inizjattiva ħasbet ukoll biex saret tindifa ġenerali.
Intant infurmat ukoll li fil-preżent il-Kunsill qed jassisti NGO ġdida li twaqqfet minn esperti fil-qasam sabiex dan is-sit jingħata l-akbar attenzjoni possibbli.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4050, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-grupp ta' esperti li qal li kellu jappunta biex janalizza l-operat fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4049.