San Ġiljan u Tas-Sliema – rapporti ta’ storbju eċċessiv
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3851, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u fejn waslu, dwar ir-rapporti ta’ storbju eċċessiv ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dwar it-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 3851, fejn il-pulzija sabet jew kellha evidenza biżżejjed biex tipproċedi l-Qorti wara li investigat ir-rapporti ta’ storbju eċċessiv ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema, dan għamlitu. Rigward San Ġiljan minn mija u sitta u sittin rapport, kien hemm disa’ u tletin każ fejn persuni responsabbli ġew imressqa l-Qorti u minnhom tlettax-il każ ġie deċiż, filwaqt li f’sitta u għoxrin każ ieħor il-proċeduri għadhom għaddejja. Rigward tas-Sliema kien hemm tmienja u tletin rapport ta’ storbju eċċessiv u f’seba’ każijiet minnhom il-persuni responsabbli tressqu l-Qorti. Minn dawn tlett każijiet ġew deċiżi, fi tlett każijiet il-proċeduri għadhom għaddejjin u f’każ wieħed il-persuna kkonċernata għad trid titressaq.
Applikazzjonijiet għal proprjetajiet biex jiġu skedati
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3853, jista’ l-Ministru jwieġeb id-domandi mitluba, u jagħti lista sħiħa ta’ propretajiet ta’ valur arkitettoniku u/jew storiku u jagħti d-data ta’ kull applikazzjoni li għadha pendenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta diġà mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3853.
San Ġiljan – Palazzo Vincenti – proċess ta’ skedar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta’ skedar tal-Palazzo Vinċenti f’San Ġiljan fid-dawl li dan kien skedat biss għal sena?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-Ordni ta’ Emerġenza għall-Konservazzjoni fuq il-Palazzino Vinċenti f’San Ġiljan li kif ġie msemmi dalwaqt tiskadi, ser tkun qed tintalab biex tiġi estiża minħabba l-fatt li l-proċess formali ta’ skedar għadu għaddej.
San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3854, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-moll f’Xatt is-Sajjieda, San Ġiljan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3854, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-moll f’Xatt is-Sajjieda, San Ġiljan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħol ta’ manutenzjoni fuq dan il-moll diġà sar is-sajf li għadda.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3855, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ bini illegali li ġie sanctioned? Jista’ jagħti lista ta’ x’kienu dawn l-illegalitajiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema perjodu qed jagħmel referenza.
Birgu – bini li qabel kien okkupat mill-Casino di Venezia
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2281, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu l-proċeduri sabiex il-Casino Di Venezia u l-Hotel adjaċenti jinħarġu għall-offerti, dejjem jekk dik hija l-linja li se tiġi meħuda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu fl-istadju li jikkunsidra l-aħjar mod ta’ kif jiddisponi minn dawn il-propjetajiet fl-aħjar interess ta’ kulħadd.
Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi volontarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ġew reġistrati arbitraġġi volontarji u ai termini tal-liġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul din is-sena u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena sat-28 ta’ Novembru 2022, fiċ-Ċentru ġew ippreżentati 23 każ ta’ arbitraġġ volontarju, li minnhom 21 għadhom pendenti. Fl-istess perjodu, ġew ippreżentati 189 każ ta’ arbitraġġ mandatorju, li minnhom 132 għadhom pendenti.
Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ mill-bidu tiegħu u jindika kemm minnhom għadhom pendenti, kemm ġew deċiżi u kemm irtirati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li minn Marzu tas-sena 2000, meta beda jopera ċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ, sat-28 ta’ Novembru 2022, 6,567 każ ġie pprezentat fiċ-Ċentru. Minn dawn il-kazijiet, 557 għadhom pendenti, 1,392 ġew irtirati u 4,618 ġew deċiżi.
Ċentru tal-Arbitraġġ – reġistrazzjoni ta’ arbitraġġi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-arbitraġġi li ġew reġistrati fl-aħħar għaxar snin fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ għadhom pendenti, kemm ġew deċiżi u kemm irtirati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li minn Jannar 2013 sat-28 ta’ Novembru 2022, ġew prezentati 3,138 każ fiċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ. Minn dawn il-kazijiet, 495 għadhom pendenti, 773 ġew irtirati u 1,870 ġew deċiżi.
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – ittri uffiċjali eżekuttivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi matul din is-sena taħt l-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u jindika kemm kienu fil-Qrati Superjuri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li n-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi ppreżentati matul is-sena 2022 sad-29 ta’ Novembru, huwa kif ġej:
Qorti 166A Qrati Inferjuri 166A Qrati Superjuri
Malta 2710 129
Għawdex 105 19
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – National Health ICT Infrastructure
Question
Peress li l-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020), fis-sezzjoni “Diabetes Information System” tirreferi għall-bżonn li jkun hemm “A high quality electronic health record for all patients with diabetes as part of the national health ICT infrastructure” u “The setting up of a call and recall system for setting appointments for eye and foot screening”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu dawn iż-żewġ inizjattivi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed jiġi żviluppat il-programm. Il-Kura tas-Saħħa Primarja qed taħdem bil-ħsieb li tintroduċi kunċett ta’ servizz one-stop fl-istess jum fejn pazjent li jbati mill-kundizzjoni tad-dijabete jkun jista’ jirċievi reviżjoni medika ħolistika minn tim immexxi minn multidixxiplinarju.
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 – investment in upgrading of the orthotic and prosthetic facility
Question
Peress li l-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020) (Pg 49) issemmi “Investment in upgrading of the orthotic and prosthetic facility will take place as part of the overall investment in the rehabilitation facility through a public-private partnership.” u “Investment in training of human resources will also be addressed as a priority for the strengthening of the multi disciplinary team for diabetes.”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal dan l-investiment?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Orthotics u l-Prosthetics Unit (OPU) kien wieħed mill-ewwel proġetti li għamlu Steward Health Care. It-tim tal-OPU jinteraġixxi ma’ diversi professjonisti minn entitajiet tas-saħħa oħra permezz ta’ tim multidixxiplinarju biex jipprovdi kura ħolistika lil-pazjent. Fl-2021, Steward Health Care Malta investiet f’software ġdida għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti fl-OPU. Il-personnel kollu huwa mħarreġ u ċċertifikat fil-qasam tal-kompetenza tiegħu
Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete — pubblikazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, issa li għaddew kważi tliet snin mill-aħħar Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete (2016-2020), fiex waslet l-istrateġija l-ġdida u meta se tiġi ppubblikata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa mistenni li l-istrateġija tiġi ffinalizzata u ppubblikata għal konsultazzjoni fl-2023.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Annual Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei mis-sena 2013 sas-sena 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.
Sptar Mater Dei — Clinical Performance Unit Annual Report
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Clinical Performance Unit Annual Report tal-Isptar Mater Dei mis-sena 2013 sas-sena 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninformal lill-Onor. Interpellant illi dan ir-rapport qatt m’eżista.
Sptar Mater Dei — Monthly Hospital Activity Report
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Monthly Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għal kull xahar tas-sena 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn dialysis waqt it-twilight shift jingħata wkoll lil pazjenti li ma jaħdmux, meta jkun hemm pazjenti li jaħdmu li mhux qed ikun hemm availabilities għalihom f’dawn il-ħinijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti kollha li jaħdmu u jagħżlu li jiġu għad-dialysis waqt it-Twilight, qegħdin jiġu moqdija.