Jista’ l-Prim Ministru jgħid, mill-proposti għall-Baġit 2023, imressqa mis-Civil Society Committee tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), liema proposti ġew inkorporati fid-dokument finali tal-Gvern u liema tħallew barra?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b’sena bejn l-2013 u 2022:
(i) kemm saru laqgħat tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD); u
(ii) x’kienu t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) bejn l-2013 u l-2022 kif ġej:
Sena
Numru ta’ Laqgħat
2013
20
2014
24
2015
20
2016
17
2017
9
2018
10
2019
12
2020
17
2021
16
2022
10
Total
155
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali
Question
Jista’ l-Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, l-entitajiet u l-awtorijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma taw l-ebda benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, lill-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2211, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tliet beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna ngħatawx lill-operaturi tad-deckchairs u umbrelel permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti? Jekk iva, jista’ jgħid meta din kienet ippubblikata?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3556, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ persuni li għandhom ċens temporanju ta’ post mhux residenzjali li ma jistax jinfeda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità mhux qiegħda f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni għaliex is-sistema diġitali ma tippermettix tfittxija abbażi ta’ użu daqshekk preċiż u speċifiku tal-proprjetà.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx progress rigward it-trasferiment taċ-ċens, li d-dettalji dwar dan il-każ qed jintbagħtu separatament, u jgħid x’inhi r-raġuni għad-dewmien?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art inkwistjoni għadha fl-istadju sabiex il-propjetà tiġi reġistrata f’isem il-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grant Review Board, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Isem
Kariga
Id-data tal-ewwel appuntament
Is-Sur Raymond Muscat
Chairperson
27 ta’ April 2020
Is-Sur Joseph M Saliba
Membru
27 ta’ April 2020
Is-Sur Charles Cilia
Membru
27 ta’ April 2020
Ħal Far u Birżebbuġa – irwejjaħ ta’ fdalijiet ta’ ħut
Question
B'referenza għat-tweġibiet ta' diversi mistoqsijiet parlmentari, tista’ l-Ministru tara li tieqaf darba għal dejjem ir-riħa insapportabbli persistenti li baqgħet ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far li qiegħda taffettwa ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtoritajiet relevanti qed jieħdu dawn l-ilmenti bl-ikbar serjetà u fl-aħħar ġimgħat żammew kuntatt mal-Kunsill Lokali, bħala r-rappreżentant tar-residenti, biex jinfurmawh bil-passi kollha li ttieħdu u qed jittieħdu.
Sa mill-ewwel ilment li rċiviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar irwejjaħ f’inħawi f’Birżebbuġa bdiet bi spezzjonijiet f’diversi inħawi u anke fl-impjant li jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant u fil-madwar.
Minbarra dan l-ERA assigurat ukoll li l-impjant qed jopera skont il-permessi relevanti.
Jirri¿ulta li f’xahrejn, l-ERA għamlet 48 spezzjoni, li jinkludu ż-żoni residenzjali, iż-żona industrijali ta’ Ħal Far u l-impjant. Dan qed isir bil-għan li jiġi identifikat b’ċertezza s-sors ta’ rwejjaħ li kienu rrapportati. L-ERA għamlet ukoll spezzjonijiet minn jeddha.
Infurmata li l-Awtorità qed iżżomm lill-Kunsill Lokali infurmat dwar il-passi kollha li qed tieħu u saret anke laqgħa għal dan il-għan. Kull fejn u meta hu possibbli, l-ERA qed tistieden u tiltaqa’ wkoll ma’ min għamel l-ilment biex tiġbor aktar informazzjoni.
Saħansitra kien hemm spezzjonijiet li saru fil-preżenza ta’ membri tal-Kunsill Lokali.
Minbarra l-ispezzjonijiet regolari u l-investigazzjonijiet tal-ERA, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) ukoll ħadet numru ta’ azzjonijiet fid-dawl tal-ilmenti dwar l-irwejjaħ. U għalhekk qed taħdem biex ittaffi kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jiġi kkawżat mis-sistema tad-drenaġġ.
Għal dan il-għan, sar xogħol ta’ tindif intensiv fl-impjant antik tat-trattament tad-drenaġġ u qed isir t-tindif ta’ madwar 3km ta’ mains tad-drenaġġ.
Huwa pjanat li jsir ukoll tindif tal-pumping station f’Birżebbuġa.
L-awtoritajiet relevanti għandhom struzzjonijiet ċari biex jibqgħu jagħtu importanza massima din il-kwistjoni, bil-għan li jkunu stabbiliti sew il-fatti u iktar azzjonijiet li jistgħu jittieħdu.
Ħal Far u Birżebbuġa – rwejjaħ ta’ fdalijiet ta’ ħut
Question
B'referenza għat-tweġiba ta' diversi mistoqsijiet parlamentari, jista’ l-Ministru jara li tieqaf darba għal dejjem ir-riħa insapportabbli persistenti li baqgħet ħierġa minn fabbrika li tipproċessa fdalijiet ta' ħut li tinsab fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far li qiegħda taffettwa ħażin ħafna kemm lil min jaħdem f'din iż-żona industrijali kif ukoll lir-residenti ta' Birżebbuġa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art inkwistjoni għadha fl-istadju sabiex il-propjetà tiġi registrata f’isem il-Gvern.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1075 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 19 ta’ Diċembru f’seduta 71)
Fid-dawl li numru ta’ residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’parti ta’ Triq Dun René Cilia, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha, inkluż l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, u rċeviet lista ta’ prioritajiet għall-lokalità. S’issa t-triq imsemmija ma tinsabx f’din il-lista, madanakollu id-diskussjonijiet mal-kunsill għadhom mhux konklużi.
Fid-dawl li numru ta’ residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’parti ta’ Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha, inkluż l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, u rċeviet lista ta’ prioritajiet għall-lokalità. S’issa t-triq imsemmija ma tinsabx f’din il-lista, madanakollu id-diskussjonijiet mal-kunsill għadhom mhux konklużi.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Ħal Safi mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Sit
Lista ta' Xogħlijiet
Perjodu
Ġnien Sir Alexander Ball
Sistema ta’ Drip Irrigation System
Restawr tal-Ħajt ta’ Barra
Xogħolijiet ta’ Ħadid – Gazebo u railing
Aċċessibbiltà għal nies bi bzonnijiet speċjali
Użu ta’ Wifi b’xejn
CCTV
Jannar 2019 sa Diċembru 2022
Ġnien 31 ta’ Marzu
Żbir tas-siġar u tisqija skont il-ħtieġa.
Jannar 2019 sa
Diċembru 2022
Ġnien 13 t’April
Żbir tas-siġar u tisqija
Tindif regolari
Manutenzjoni tal-playing fields permezz ta’ maintenance agreement mal-Kuntrattur li għamlilna l-bandli.
CCTV
Tħawwil ta’ pjanti indiġeni
Manutenzjoni tal-bankijiet
Manutenzjoni tad-dwal
Jannar 2019 sa
Diċembru 2022
Ġnien Dun Karm Vella u Misraħ Ħlantun
Tindif skont il-ħtieġa
Manutenzjoni tad-dwal
Jannar 2019 sa
Diċembru 2022
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Qrendi mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li matul il-perjodu elenkat mill-Onor. Interpellant, il-Kunsill Lokali tal-Qrendi wettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-Ġnien Dame Cecilia Pick.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Ħal Luqa mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li dan jieħu ħsieb jara li l-manutenzjoni ġenerali ssir kontinwament u regolarment biex jinżammu fi stat tajjeb is-siġar u l-pjanti li jinsabu f’dawn il-ġonna. Dan jinkludi wkoll it-tindif u ż-żamma tal-area kollha.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni/upgrade/rinnovar, fejn u meta, li saru mill-Kunsill Lokali Ħal Kirkop mill-2019 sa meta qed titwieġeb din il-mistoqsija f'ġonna pubbliċi fil-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop illi dan jieħu ħsieb jara li l-manutenzjoni ġenerali ssir kontinwament u regolarment biex jinżammu fi stat tajjeb is-siġar u l-pjanti li jinsabu f’dawn il-ġonna. Dan jinkludi wkoll it-tindif u ż-żamma tal-area kollha.
Bħala rinovar mill-2019 lil hawn inżebgħu il-bankijiet kollha, twaħħlu litter bins ġodda, ġew irranġati l-planters, ġiet irranġata l-funtana u s-sistema tad-dawl fi Ġnien Rousset li jinsab fi Triq Taż-Żebbiegħ. Infurmat ukoll li l-Kunsill għandu pjanijiet li dan il-ġnien jiġi upgraded.
Fil-ġnien f’Misraħ iż-Żerniq saret ukoll manutenzjoni fuq l-għamara kollha, ġew irranġati l-uplighters li kienu ġew ivvandalizzati, ġie mibdul il-playing equipment li hemm fil-ġnien, ġew irranġati l-planters u s-sistema tal-irrigazzjoni u inbeda studju dwar is-sistema tad-dawl kollha minħabba li hemm bżonn li tiġi mibdula.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2025 u 2911, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra fiex wasal il-proċess biex id-Dipartiment tal-Kura Primarja jsib sit adegwat għal ċentru komunitarju ġdid f’Birżebbuġa? Jekk il-lok diġà intgħażel, dan huwa tal-Gvern jew tal-Privat? Fejn se tkun il-Klinika fil-Komunità l-ġdida ta’ din il-lokalità? Meta ser tinfetaħ din il-Klinika f'Birżebbuġa? Kemm-il spazju ta' parkeġġ hemm biswitu? Kemm ser ikun l-investiment inizjali? X'se jkunu s-servizzi li se jkunu offruti u meta se jkunu l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4753.
Impjant tal-Produzzjoni tal-prodotti tax-xorb — ilma
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2840, u tgħid, sena b'sena mill-2011 sal-2021, kemm ittella' ilma mill-ilma tal-pjan mill-impjanti tal-produzzjoni tal-prodotti tax-xorb, inklużi dawk li jibbottiljaw l-ilma għax-xorb u b'liema rata medja għal kull sena dan inxtara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4638 u jgħid jekk ħarġitx vacancy għall-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), wara li tħabbar li l-Eks Kap Eżekuttiv ta’ din l-Awtorità, li ismu qed jintbagħat separatament, m’għadux jokkupa l-kariga?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-vacancy għar-rwol ta' CEO għadu ma nħariġx. Wieħed jista’ jżur il-Websajt tal-MFSA biex ikun jaf il-job vacancies li qed toffri l-Awtorità.
Ministeru għal Għawdex – kuntratti mal-Lukanda Downtown
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4677 u peress illi fil-mistoqsija parlamentari 13581 ma tpoġġew ebda kuntratti li l-Ministeru għamel mal-operaturi ta' Downtown Hotel, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li sar bejn il-Ministeru u l-operaturi ta' Downtown Hotel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4677.
Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jaċċerta li d-dawl pubbliku kollu li hemm fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar (fiż-żona tal-housing estate) qiegħed jaħdem kif suppost u li l-bozoz kollha jkunu mixgħulin? F’każ li hemm xi bozza/bozoz mhux jixegħlu, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan u meta hu mistenni li dan id-dawl jerġa jinxtegħel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-Kunsill Lokali mhux responsabbli mit-tiswijiet tal-provistà tad-dawl tat-toroq. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex għal aktar informazzjoni tirreferi għall-Ministeru kkonċernat.