Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Selmun Palace Hotel – Sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq sigurtà tas-Selmun Palace Hotel? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallset il-kumpanija Air Malta, meta din ma baqgħetx responsabbli mil-lukanda msemmija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Il-Mellieħa – Fortizza Campbell – Studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il studju sar mill-Awtorità tal-Ippjanar jew minn xi awtorità tal-Ippjanar oħra qabilha, għal dak li jikkonċerna l-ispazju li fih hemm il-Fortizza Campbell, f’Selmun, il-Mellieħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istudji?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Masġar tal-Ġublew - Proposta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19977, peress illi l-permess għall-applikazzjoni bi proċedura ta' DNO li ddaħħlet fl-2024 hija valida sa Marzu 2026, tista' l-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol fil-Masġar tal-Ġublew fil-Furjana?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li huwa ppjanat li x-xogħlijiet jinbdew fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Immaniġġjar tal-Iskart - Multi Amministrattivi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31876 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22247 dwar multi amministrattivi maħruġa għal ksur tar-regolamenti tal-immaniġġjar tal-iskart relatati mal-ġbir tal-iskart, tista’ l-Ministru tgħid: i. kemm mill-multi amministrattivi ġew imħallsa mill-ewwel; ii. kemm ġew kontestati quddiem il-bord kompetenti; iii. kemm minn dawk il-multi kontestati ġew maħfura; iv. kemm mill-multi ġew ridotti; u v. kemm każijiet spiċċaw quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-multi amministrattivi maħruġin mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mis-sena 2018 sas-6 ta’ Novembru 2025 rigward offiżi relatati ma’ ħruġ ta’ skart bi ksur tar-Regolamenti dwar il-Permessi Ambjentali (Proċedura tal-Applikazzjonijiet u d-Deċiżjoni Tagħhom) li jirregolaw l-iskart. It-tabella tinkludi wkoll kemm multi ġew imħallsin, kemm ġew kontestati quddiem il-bord kompetenti, kemm minn dawn il-multi kontestati ġew maħfurin, kemm mill-multi ġew ridotti u kemm każijiet spiċċaw quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT).

Ta’ Qali - Picnic area - Dokumentazzjoni dwar il-kwalità tal-materjal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31877 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-kwalità tal-materjal li ntuża biex inksiet iż-żona tal-picnics f’Ta’ Qali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub.

Ta’ Qali - Picnic area - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31878 u jgħid kemm kienet l-ispiża għall-materjal u x-xogħol biex iż-żona tal-picnics f’Ta’ Qali nksiet bir-ramel u ż-żrar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża għax xogħol ta’ manutenzjoni fuq wiċċ l-art tal-ispazju kollu u service roads tal-madwar, tammonta għal €311,141.84 (Vat mhux inkluż).

MTCA - Ksur ta’ data

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32202 u 32286 u jgħid kif email mibgħuta mill-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana (MTCA) nhar it-12 ta’ Novembru wasslet biex tiġi żvelata lista li tinkludi aktar minn 7,600 kumpanija flimkien mal-indirizzi elettroniċi u n-numri tal-mowbajl tar-rappreżentanti tat-taxxa rispettivi tagħhom?  Jista’ jgħid ukoll: i.    x’kienet il-kawża ta’ dan il-ksur ta’ data; ii.    x’azzjonijiet immedjati ħadet l-MTCA biex tillimita dan il-leak u tinforma lill-persuni affettwati; iii.    x’miżuri se jiġu implimentati biex jiġi żgurat li dan it-tip ta’ ksur ma jerġax iseħħ fil-futur; iv.    peress li kien hemm estensjoni uffiċjali għas-sottomissjoni elettronika tat-tax returns sat-28 ta’ Novembru, fuq liema bażi saret il-komunikazzjoni li dawn it-tax returns ma kinux ġew sottomessi; u v.    jekk il-Ministru hux se jniedi reviżjoni jew audit indipendenti tal-proċeduri u l-protokolli tal-MTCA relatati mal-immaniġġjar tad-data u l-komunikazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Għawdex - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f’Għawdex li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet Għawdex Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total 307 Pensjonijiet tal-irtirar Total 5,915 Pensjoni tar-Romol Total 1,206 Pensjoni tal-Invaliditá Total 265 Total 7,693

Malta - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f’Malta li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet Malta Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total 2,608 Pensjonijiet tal-irtirar Total 66,909 Pensjoni tar-Romol Total 16,007 Pensjoni tal-Invaliditá Total 1,748 Total 87,272

Ta’ Xbiex - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jgħixu Ta’ Xbiex li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet Ta’ Xbiex Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total 16 Pensjonijiet tal-irtirar Total 338 Pensjoni tar-Romol Total 77 Pensjoni tal-Invaliditá Total 6 Total 437

Il-Madliena - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jgħixu l-Madliena li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet Il-Madliena Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total - Pensjonijiet tal-irtirar Total 36 Pensjoni tar-Romol Total 4 Pensjoni tal-Invaliditá Total 1 Total 41

Is-Swieqi - Persuni li jirċievu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jgħixu s-Swieqi li qed jirċievu pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet Is-Swieqi Pensjoni tal-Eta' mhux Kontributorja Total 22 Pensjonijiet tal-irtirar Total 1,327 Pensjoni tar-Romol Total 222 Pensjoni tal-Invaliditá Total 19 Total 1,590

Binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling - Lift ma jaħdimx

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32294 u jgħid jekk matul din is-sena, kienx hemm ġranet meta l-lift fil-binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling ma kienx qed jaħdem, tant li rriżulta li kien hemm min kellu jħassar is-sessjoni tiegħu minħabba f’hekk? Jekk iva, meta kienu dawn il-ġranet u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għall-liema binja qed tirreferi.

Raħal Ġdid - Problema tal-ħamiem

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30578, 31455 u 31708, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm presentement fil- lokalità ta’ Raħal Ġdid?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fiż-żmien li ġej id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ser iniedi programm, sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ ħamiem salvaġġ madwar il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

Raħal Ġdid - Problema tal-ħamiem

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30578, 31455 u 31708, tista’ l-Ministru tara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm preżentement fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li diġà tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari 30578 u 31708.

Iż-Żejtun - Triq Santa Katerina - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħljiet għaddejjin fi Triq Santa Katerina, fiż-Żejtun u kemm huwa mistenni li jdum għaddej dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinvolvu tibdil fil-mejn tal-ilma li għaddej minn ġo Triq Santa Katarina.  Dan se jwassal għal titjib fil-kwalità tal-mejn kif ukoll fil-kapaċità.  Tul l-andament tax-xogħlijiet il-Korporazzjoni se tkun qed tevalwa jekk hemmx bżonn ukoll li jinbidlu xi manholes u manhole slabs.  Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Iż-Żejtun - Misraħ Karmenu Grima - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29758, jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż u x’xogħlijiet komplessivi saru f’Misraħ Karmenu Grima, fiż-Żejtun?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’Misraħ Karmenu Grima u ż-żoni tal-madwar, li  jinkludu parti minn Triq Joe Attard u parti minn Triq L-Isqof Antonio Zahra, kienu jikkonsisti f’bini mill-ġdid tal-paviment pedonali, servizzi tal-ilma u drenaġġ, bini mill-ġdid tal-paviment tal-pjazza, parking area u line marking. L-ispiża total hija ta’ Euro 595,998.31.

Ħal Tarxien – Triq San Tumas – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu jibda u jitlesta x-xogħol fi Triq San Tumas, Ħal Tarxien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ilu li beda minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Novembru. It-traffiku se jkun permess f'direzzjoni waħda mill-Fgura għal Ħal Tarxien u x-xogħlijiet ser jitqassmu f’fażijiet sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent.