B’referenza għal dak li hemm miktub fuq is-sit tal-Ministeru (homeaffairs.gov.mt) fis-sezzjoni Authority on the Responsible Use of Cannabis, issa li għaddiet sena mit-twaqqif ta’ din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid, x’għamlet s’issa l-Awtorità fuq dawn:
i. The Authority is presently in the phase of establishing an effective and efficient system that ensures the responsible use of cannabis?
ii. The Authority, whilst remaining steadfast in the approach of discouraging and delaying cannabis use, will through responsible and legal regulation allow restricted access to cannabis use by aspiring to advance the goals of public health and safety?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – liċenzji lil non-profit organisations
Question
B’referenza għal dak li hemm miktub fuq is-sit tal-Ministeru (homeaffairs.gov.mt) fis-sezzjoni Authority on the Responsible Use of Cannabis, issa li għaddiet sena mit-twaqqif ta’ din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu “regulations of licenses necessary to own a non-profit organisation for cannabis” u x’sar fuq “education on various levels”?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl li numru ta’ residenti Siġġiwin qed jilmentaw dwar l-istat ħażin ta’ Triq l-Imdina fis-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq l-Imdina, Siġġiewi mistennija jibdew f’Jannar 2023.
Fid-dawl li numru ta’ residenti Siġġiwin qed jilmentaw dwar l-istat ħażin ta’ Triq l-Imdina fis-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4642 u jgħid jekk hemmx persuni, u jekk iva kemm hemm, li huma shareholders, diretturi jew uffiċjali bi rwol eżekuttiv, ta’ kumpanija liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), u li għaddejjin minn proċeduri kriminali kontrihom fil-qorti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li l-MFSA, fil-kors tas-supervizzjoni ta’ kumpaniji li1iċenzjati minnha, saret taf bl-esistenza ta’ ċerta proċeduri kriminali li jinvolvu persuni li huma shareholders, diretturi jew uffiċjali bi rwol eżekuttiv, ta’ tali kumpaniji, għall-finijiet ta’ korettezza ma jistax jingħata numru hekk kif qed jiġi mitlub għaliex informazzjoni li tirrigwarda tali proċeduri mhijiex uffiċjalment magħrufa għall-pubbliku, inkluża l-MFSA.
Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali – allokazzjoni ta’ fondi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tal-majjal
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rziezet tal-majjal reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalita? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' majjali reġistrati f'dawn l-irziezet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tat-tiġieġ tas-simna
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rziezet tat-tiġieġ tas-simna reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tiġieġ tas-simma reġistrati f'dawn l-irziezet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tat-tiġieġ tal-bajd
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' irziezet tat-tiġieġ tal-bajd reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tiġieġ tal-bajd reġistrati f'dawn l-irziezet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tal-mogħoż
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' irziezet tal-mogħoż reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' mogħoż reġistrati f'dawn l-irziezet?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tan-nagħaġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' irziezet tan-nagħaġ reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' nagħaġ reġistrati f'dawn l-irziezet?
San Pawl il-Baħar – Triq il-Mosta – pelican lights
Question
Jista’ l-Ministru jassigura li l-pelican lights li hemm fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar mhumiex ta’ periklu u li jsiru t-tiswijiet neċessarji, hekk kif sa meta qiegħda ssir din id-domanda parlamentari waħda minn dawn il-pelican lights kellha l-kaxxa, li tintuża biex il-persuni li jridu jaqsmu t-triq jagħfsuha, miftuħa u bil-wires jidhru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infurmat li din il-ħsara ssewwiet wara li l-Awtorità rċeviet rapport li dan il-pelican kellu l-ħsara.
Fid-dawl li ġew istallati Reverse Vending Machines madwar Malta u Għawdex, u filwaqt li kulħadd jaqbel li din l-iskema hija bżonjuża, tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn magni f’kull lokalità, lokalità b’lokalità, u jekk dawn humiex biżżejjed sabiex jaqdu l-konsumaturi kollha li jridu jagħmlu użu minnhom? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet sabiex dawn il-magni jkunu aktar aċċessibbli għall-anzjani li qegħdin isibuha diffiċli sabiex ikunu jistgħu jużawhom mingħajr diffikultà?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fir-rigward tar-Reverse Vending Machines minn dakinhar li weġibt mistoqsija 4174 il-magni komplew jiżdiedu, għaldaqstant qed inpoġġi lista aġġornata fuq il-Mejda tal-Kamra bid-dettalji tal-lokalitajiet u l-istabbilimenti kummerċjali kollha fejn jinsabu r-Reverse Vending Machines.
Il-pjanijiet huma li dawn ikomplu jiżdiedu ħalli jiġi assigurat li l-konsumaturi jinqdew mill-aħjar possibbli.
F’dak li jirrigwarda magni ġodda u aċċessibilità, nirreferiha wkoll għat-tweġibiet li kont tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 4175 u 4176, fejn kont anke spjegajt dwar is-sistema manwali li qed titħaddem minn dawk il-bejjiegħa bl-imnut li fl-istabbilimenti tagħhom m’għandhomx Reverse Vending Machine. Tajjeb nirrimarka wkoll li l-Gvern qed jiddiskuti mal-operatur privat li qed iħaddem din l-iskema, biex ikun hemm soluzzjonijiet sabiex tikber l-aċċessibilità u jonqsu dejjem aktar id-diffikultajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru globali ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja f’kull kategorija imsemmija hawn taht:
(a) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1920 u 1940;
(b) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1941 u 1955;
(c) Pensjonanti li twieldu bejn is-sena 1956 u 1961; u
(d) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1962 u 1965?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslulux ilmenti dwar il-kwalità tal-ikel li qed jiġi pprovdut f’Dar San Ġużepp, il-Fgura? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il rapport sar f’din l-aħħar sena u x’miżuri ttieħdu? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux spezzjonijiet sabiex jinvestigaw dawn l-ilmenti u jekk saru, jista’ jagħti spjega ta’ kif saru u min kien preżenti għal dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul din is-sena l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità rċeviet żewġ ilmenti dwar il-kwalità tal-ikel li qed jiġi pprovdut f’Dar San Ġużepp, il-Fgura. Kull ilment jiġi spezzjonat mis-sezzjoni tal-Quality Assurance. Waqt l-ispezzjoni t-tim tal-QA jiddiskuti mal-anzjani. Waqt spezzjoni fuq ilment dwar l-ikel, il-QA ikunu preżenti meta jitqassam l-ikel biex jassiguraw li l-ikel u s-servizz li qed jiġu offruti jkunu ta’ livel addattat. Meta jkun hemm nuqqas, it-tim tal-QA jiġbed l-attenzjoni tal-maniġment tad-dar u jsegwi sakemm jiġi ndirizzat.
L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) hija l-awtorità responsabbli tal-istandards fid-djar residenzjali kollha. Ilmenti, investigazzjoni u spezzjonijiet jiġu kkordinati wkoll b’mod indipendenti min-naħa ta’ din l-awtorità. Infatti, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali din is-sena rċiviet sitt ilmenti dwar l-ikel li minnhom tlieta kienu veritiera u t-tlieta l-oħra fejn ma nstabux provi dwar dak li ġie ilmentat. It-tim tal-Ispettorat fi ħdan l-Awtorità jinvestiga kull ilment li jirċievi, billi jagħmel spezzjoni fi servizz partikolari. Rigward il-kwistjoni tal-ikel l-Awtorità ukoll issaqsi lil anzjani residenti fid-dar imsemmija u ħarġet dawn il-miżuri sabiex il-livell tas-servizz jitjieb:
• Id-dar residenzjali għandha tagħti struzzjonijiet lil kumpanija ta’ min jipprovdi l-ikel sabiex is-soppa tkun iktar konsistenti minn dik li kienet qiegħda diġà qed tipprovdi.
• Waqt il-ħin tal-ikel, il-maniġment u l-istaff għandhom jipprovdu lir-residenti b’tazzi, platti u pożati li huma mingħajr disinn, u fejn il-kuluri joħolqu kuntrast mal-mejda.
• L-istaff għandu jispjega l-ikel li jiġi ippreżentat fil-platt lill-anzjan sabiex ir-resident ikun jista’ jiddistingwi bejn ikel u ieħor. Dan għandu jassigura li jiġi offrut tip wieħed (tal-ikel kull darba).
• Il-maniġment u l-istaff għandhom jipprovdu lir-residenti b’ikliet li huma nutrizzjonalment ibbilanċjati u b’kontenut baxx ta’ xaħam, zokkor u sodju, għall-ħtiġijiet djetetiċi tagħhom inklużi l-allerġiji u l-intolleranzi għall-ikel u fi kwantitajiet u kwalitajiet li huma adattati għalihom.
Ir-residenti kollha għandhom jingħataw għażla ta’ ikel, inklużi dawk bi ħtiġijiet djetetiċi differenti u bi bżonnijiet relatati mal-konsistenza tal-ikel.
B'referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 4683, jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex qed tiġi evalwata d-domanda għat-trasport minn min juża wkoll id-Dementia Activity Centre f'San Vinċenz de Paule?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Dementia Activity Day Centre ġewwa San Vinċenz de Paul huwa servizz li jingħata lil persuni b'din il-kundizzjoni fil-komunità. Il-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz jipprovdu t-trasport huma stess skont il-kumditajiet tal-ħinijiet tagħhom.
Mhux eskluż li fil-futur din il-possibbiltà tiġi kkunsidrata.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – benefiċċji u għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni tal-films lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4715 u jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwi jew kumpaniji elenkati ma ngħataw l-ebda għajnuna diretta mill-Ministeru jew Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Niċċara li l-kumpanija Iżra Ltd li tagħha John Mallia huwa benefiċċarju (li huwa wkoll wieħed mill-persuni msemmija fil-lista provduta) ibenefikat min grant taħt l-iskema SME Consulting Services Council.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – benefiċċji u għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni tal-films lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4708 u jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-kumpanija Take 2 Ltd ħadet €637.20 mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-2020.