Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninsab infurmat li preżentement hawn karozza waħda tal-elettriku fid-dekasteru. Kif diġà mħabbar mill-Gvern, il-ħsieb huwa li l-flotot jiġu konvertiti għal vetturi aktar effiċjenti, effettivi u rilevanti.
B'referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 3689, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi dwar in-nefqa totali fil-qasam kulturali f'Għawdex għas-snin 2018, 2019, 2020 u 2021 u jagħti break down ta' din in-nefqa sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-twegiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari bin-numru 3689.
Għawdex – Trasport Pubbliku — Servizz ta’ Park and Ride minn Ta’ Lambert
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3684 fl-intier tagħha rigward il-Park and Ride minn Ta' Lambert f'Għajnsielem u x-Xewkija u jgħid għaliex fil-post fejn inbeda dan is-servizz m'hemmx fejn jistkennu l-passiġġieri, m’hemmx faċilitajiet sanitarji u m’hemmx faċilitajiet għall-persuni bi bżonnijiet speċjali? X'qed isir biex jiġi indirizzat dan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li n-natura ta’ dan is-servizz hija waħda ta’ park and ride, il-ħin ta’ stennija mill-passiġġiera sa xħin jirkbu l-bus huwa wieħed minimu. Ovvjament dan il-lok qed jintuża b’mod temporanju sakemm ikun lest il-proġett tal-Park and Ride f’Ta’ Xħajma.
Rigward ta’ post sabiex wieħed jistkenn ser ngħaddi s-suġġeriment lid-dipartiment ikkonċernat.
MTA — laqgħat bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u l-Ispettorat tal-Infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt kien hemm laqgħat bejn il-Kunsill Lokali San Ġiljan u l-Ispettorat tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ispettorat tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jiltaqa’ ma’ Kunsilli Lokali regolarment, meta mitlub, fuq materji li jikkonċernaw direttament aspetti ta’ infurzar fejn l-Awtorità għandha ġuriżdizzjoni legali diretta.
San Ġiljan – Persuni mħarrkin fuq ksur ta’ bye-law
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3838 u jgħid kemm ġew imwaqqfin u mħarrkin persuni li kisru l-bye-law f’San Ġiljan li ma tħallix persuni jixorbu minn kontenituri tal-ħġieġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li sat-12 ta’ Diċembru ta’ din is-sena kienu mħarrka 27 persuna.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3834, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Ministeru tiegħu se jimxi u jibda juża Palazzo Spinola f’San Ġiljan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru xogħlijiet neċessariji biex il-bini jkun jista’ jintuża bħala uffiċini għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, liema xogħlijiet mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’ Jannar 2023.
Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 5099
Question
B’referenza għal-Line Item 5099 tal-Ministeru, ‘Support to the Community Workers Scheme’, jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-Estimi tal-2022 kien ivvotat €300,000 u fl-Estimi tal-2023 dan il-fond niżel għal €120,000, jiġifieri nuqqas ta’ €180,000 f’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minkejja t-tnaqqis fl-Allokazzjoni Finanzjarja f’dan il-vot, l-ebda ħaddiem fl-iskema mhu ser jitlef postu.
Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 5160
Question
B’referenza għal-Line Item 5160 fl-Estimi tal-Ministeru għall-2023, ‘Maintenance by Local Councils of New Capital Projects made by Central Government’, jista’ l-Ministru jispega x’wassal għal dan it-tnaqqis ta’ €180,000 mill-Estimi tal-2022?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minkejja t-tnaqqis fil-Vot imsemmi għas-sena 2023 qed ikun rivedut il-metodu ta’ finanzjament ta’ skemi għall-Kunsilli Lokali u Reġjonali.
Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 5569
Question
B’referenza għal-Line Item 5569 fl-Estimi tal-Bagit 2023 tal-Ministeru, ‘Local Councils’ Special Iniatives’, jista’ l-Ministru jispega x’wassal għal tnaqqis ta’ €1 miljun mill-Estimi tal-2022?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minkejja t-tnaqqis fil-Vot imsemmi għas-sena 2023 qed ikun rivedut il-metodu ta’ finanzjament ta’ skemi għall-Kunsilli Lokali u Reġjonali.
Għawdex — Proġetti minn dħul ta’ taxxa fuq kull lejl f’Hotels u akkomodazzjonijiet oħra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti saru f'Għawdex mid-dħul tat-taxxa fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjoni oħra? Minn kemm ilha li ġiet introdotta din it-taxxa sal-lum, jista' jgħid kemm kien id-dħul minn Għawdex u dan peress li l-Ministri għal Għawdex, għat-Turiżmu u għall-Finanzi t-tlieta qalu f'risposti separati li ma għandhomx x'jaqsmu ma’ din il-materja? Jista' jgħid kemm minn din it-taxxa ġiet investita f'Għawdex stess?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2169, jista’ l-Prim Ministru jispjega kif id-dħul mit-taxxa fuq l-akkomodazzjoni kien ta' €1,005,161 bejn il-bidu tal-2016 sal-aħħar ta' Ġunju 2022, meta skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) in-numru ta' bed nights f'Għawdex sal-aħħar tas-sena 2021 kien ta' kważi 2.8 miljun (1.6 miljun foreign tourists u 1.17 miljun domestic tourists) u dan meta hemm nieqes f'dawn iċ-ċifri l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u dan stante li l-Ministri għal Għawdex, għat-Turiżmu u għall-Finanzi t-tlieta qalu li ma għandhomx x'jaqsmu ma din il-materja? Għaliex din id-diskrepanza?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex – Iż-Żebbuġ – Telgħa ta’ Triq is-Sagħtrija — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet saru fil-parti tat-telgħa ta' Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex u fiex kienu jikkonsistu matul is-sena 2022? Jista’ jagħti break down tan-nefqa li saret fuq din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-direttorat EkoGħawdex saru xogħlijiet fuq ir-restawr u l-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ fuq naħa minnhom tat-triq. Dawn ix-xogħlijiet swew €284,349.33 VAT eskluż. Fuq in-naħa l-oħra tat-triq saru wkoll xi xogħlijiet fuq il-ħitan tas-sejjieħ mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ. Mid-diviżjoni tal-Istrateġija u s-Sapport saret trinka biex jitgħadda cable tal-elettriku sabiex isiru downlighters mat-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn qed joperaw is-sitt Reġjuni? Jista' f'kull każ jagħti l-indirizz ta' kull Reġjun? Jista' jgħid jekk il-binja li qed joperaw minnha hijiex proprjetà tal-Gvern jew proprjetà privata? F’kull każ, jista' jgħid kemm qed iħallas kera fis-sena kull Reġjun u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' kera li kull Reġjun għandu?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Kunsill Reġjonali
Indirizz tal-Binja
Proprjetà Privata/ Pubblika
Ammont ta' Kera Annwali (€)
Kunsill Reġjonali ta' Għawdex
Kunsill Reġjonali Għawdex, The Duke Business Centre, Triq l-Għaxra ta’ Ġunju 1887, Rabat, Għawdex
Propjeta Privata
€10,195.66
Kunsill Reġjonali Tramuntana
Kunsill Reġjonali Tramuntana,
112, Triq Ġulju, Buġibba,
San Pawl il-Baħar, SPB 2617
Proprjetà Privata
€16,306.00
Kunsill Reġjonali Lvant
Kunsill Reġjonali Lvant,
33, Triq il-Qasab, San Gwann SGN 1713 ; Tribunal Lokali - 7, Triq San Mikiel, San Gwann SGN 2301
Proprjetà Privata
€19,454.46
Kunsill Reġjonali Nofsinhar
Kunsill Reġjonali Nofsinhar,
395 Triq il-Vitorja, Ħal Qormi u
54 Triq San Rafel, Ħal Qormi
Proprjetà Pubblika li ġiet devoluta lill-Kunsill Reġjonali
Triq il-Vitorja: €2,730.00 fis-sena
Triq San Rafel: €1,520.00 fis-sena
Kunsill Reġjonali Port
Kunsill Reġjonali Port,
97, Triq Santa Marija,
Tarxien
Proprjetà Privata
€19,250.40
Intant infurmat illi fir-rigward tal-Kunsill Reġjonali tal-Punent dan qiegħed temporanjament jopera minn uffiċini fl-ewwel sular ġewwa l-Binja tal-Gvern Lokali, fil-Marsa.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b’sena bejn l-2013 u 2022:
(i) kemm saru laqgħat tal-Kumitat Reġjonali t’Għawdex; u
(ii) x’kienu t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat tal-Kumitat Reġjonali t’Għawdex bejn l-2013 u l-2022 kif ġej:
Sena
Numru ta’ Laqgħat
2013
12
2014
9
2015
10
2016
11
2017
13
2018
11
2019
11
2020
13
2021
12
2022
6
Total
108
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b’sena bejn l-2013 u 2022:
(i) kemm saru laqgħat tas-Civil Society Committee tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD); u
(ii) x’kienu t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat tas-Civil Society Committee tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) bejn l-2013 u l-2022 kif ġej:
Sena
Numru ta’ Laqgħat
2013
13
2014
9
2015
12
2016
7
2017
11
2018
11
2019
8
2020
11
2021
12
2022
7
Total
101
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b’sena bejn l-2019 u 2022:
(i) kemm saru laqgħat tan-National Productivity Board (fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD)); u
(ii) x’kienu t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat tan-National Productivity Board (fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD)) bejn l-2019 u l-2022 kif ġej:
Sena
Numru ta’ Laqgħat
2019
6
2020
5
2021
3
2022
3
Total
17
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif fuq il-websajt tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), fis-sezzjoni MCESD Council Presentations, ittellgħu biss erba’ preżentazzjonijiet (tlieta minnhom tal-25 ta’ Mejju 2022 u l-oħra 21 ta’ Ottubru 2022)? Għalfejn preżentazzjonijiet oħra ma ttellgħux fuq il-websajt?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li riċentament, l-MCESD ħa l-inizjattiva sabiex ikompli jiftaħ u jifrex id-djalogu li jtella’ online fuq is-sit elettronika tal-istess Kunsill il-preżentazzjonijiet li jkunu saru fil-laqgħa. Dan wara li jkun intalab il-permess tal-persuna li tkun preparat u għamlet il-preżentazzjoni u sakemm l-imsieħba soċjali ma jkollhomx oġġezzjoni għal dan.