Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali – allokazzjoni ta’ fondi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 4526 dwar il-parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat iktar kmieni llum 12 ta’ Diċembru, 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Inċidenti stradali u teħid ta' xorb jew sustanzi oħra
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4336 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk hemmx relazzjoni bejn inċidenti stradali speċjalment dawk li jinvolvu persuni li jinqatlu jew iweġġgħu u t-teħid ta' xorb jew sustanzi oħra? Hemm xi studju dwar dan u x’qed jikkaġuna sewqan ħażin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-ħidma teknika fil-preparazzjoni tal-istrateġija ġdida għas-sigurtà fit-toroq, il-Gvern se jkun qed jieħu inkonsiderazzjoni l-fatturi li jwasslu għall-inċidenti stradali. Dawn jinkludu, imma mhux limitati għal, xorb eċċessiv u l-abbuż mis-sustanzi.
Inċidenti stradali u teħid ta' xorb jew sustanzi oħra
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4336 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk hemmx relazzjoni bejn inċidenti stradali speċjalment dawk li jinvolvu persuni li jinqatlu jew iweġġgħu u t-teħid ta' xorb jew sustanzi oħra? Hemm xi studju dwar dan u x’qed jikkaġuna sewqan ħażin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull meta Maġistrat Inkwerenti jirrakkomanda li jittieħdu passi kontra xi persuna involuta f’inċident stradali, il-konklużjonijiet tal-Inkjesti Maġisterjali jiġu trasmessi mill-Maġistrat direttament lill-Pulizija li hija l-awtorità li tmexxi l-Prosekuzzjonijiet f’dawn il-każijiet. Ninforma wkoll lill-Onor. Membru Interpellant li l-parti tal-mistoqsija li tirrigwarda l-istudju għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.
Malta Film Commission – linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4337 u ċjoè: Peress li f’Marzu li għadda l-Malta Film Commission ippubblikat linji gwida ġodda għall-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate, u skont Artiklu 5 ta’ dawn il-Linji Gwida, dawn jidħlu fis-seħħ ġaladarba jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali, għaldaqstant jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-avviż legali li jirregola dawn il-linji gwida u jinforma lill-Kamra meta daħlu fis-seħħ?
Financial Incentives for the Audiovisual Industry – għoti ta’ inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4339 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2382 u ċjoè: Wara dak li ntqal mill-eNGO Flimkien għall-Ambjent Aħjar, u ċjoé li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed issir estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u kif ukoll li hemm impjegati mill-istess Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jekk hemm?
Jista’ wkoll:
a. jagħti d-data ta’ meta kull persuna daħlet taħdem fis-Sovrintendena tal-Patrimonju Kulturali;
b. jindika l-kariga u l-grad li kull persuna kienet tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar fil-mument li daħlet fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;
c. jindika l-kariga u l-grad li tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar illum minkejja li taħdem mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;
d. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li daħlet fiha fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; u
e. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li tokkupa llum fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim jew kuntratt li jirregola l-ingaġġ ta’ dawn l-impjegati?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2364 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-individwi kollha li jagħmlu parti mill-bordijiet u kumitati kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’, għal kull kumitat u bord rispettiv, jagħti:
a. lista ta’ persuni (titlu, isem u kunjom);
b. l-irwol tagħhom fi ħdan il-bord jew kumitat;
c. l-esperjenzi ta’ kull wieħed u waħda minn dawn imsemmija fuq il-bord jew kumitat;
d. il-kompetenzi ta’ kull wieħed u waħda minn dawn l-individwi msemmija fuq bord jew kumitat fejn jidħol is-settur ikkonċernat;
e. jekk hux qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio; u
f. ir-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b’esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom. Intant, infakkar li f’dan ir-rigward il-ħatriet rispettivi jkunu notifikati fil-Gazzetta tal-Gvern filwaqt li r-remunerazzjoni hija skont il-Manwal.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — biċċeriji privati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4845 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' biċċeriji privati, reġistrati mal-Ministeru u fejn jinsabu lokalità b’lokalità? Liema annimali/tjur huma awtorizzati li jinqatlu f'dawn il-biċċeriji privati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm ħames biċċeriji privati, reġistrati mal-Ministeru, tliet biċċeriji awtoriżżati biex joqtlu tjur u dawn jinsabu l-Qrendi, Burmarrad u s-Siġġiewi u żewġ biċċeriji awtorizzati biex joqtlu fniek u dawn jinsabu ż-Żurrieq u l-Magħtab.
B’referenza għall-ittra li l-individwu, lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bagħat lill-Ministru għas-Saħħa nhar is-26 ta’ Mejju 2021 u li kopja tagħha qed tingħata separatament ukoll, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u jekk hemmx il-ħsieb li titwieġeb din l-ittra u jekk hemmx il-ħsieb li jittieħed is-suġġeriment tal-individwu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ittra li qed jirreferi għaliha hu, kienet oriġinarjament intbagħtet mill-istess individwu lil Lawrence Gonzi meta kien Prim Ministru hu. Ninfurmah ukoll illi issa l-prassi li qed jissuġġerixxi l-individwu fl-ittra msemmija ilha fis-seħħ għal diversi xhur.
Billi quddiem l-Iskola ta' Ħal Tarxien hemm parking area kbira li ma tistax tintlaħaq mir-residenti kollha li joqogħdu madwar l-iskola, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir passaġġ (kemm tgħaddi persuna) mill-preċint tal-iskola għal Triq it-Tramuntana biex b'hekk ir-residenti tad-dintorni jkollhom aċċess għall-parking area?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu ġiet innutata.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena akkademika beda l-Kors tas-Social Work bħala Diploma in Social Work u kemm kien hemm studenti (bħala total tas-snin kollha tal-kors) jsegwu dan il-kors u kemm iggradwaw kull sena bid-Diploma in Social Work sakemm baqa' jsir dan il-kors?
Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont kemm studenti kienu tas-sess maskili u kemm tas-sess femminili?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema sena beda jsir il-BA (Hons) Social Work u kemm kien hemm studenti kull sena (bħala total tas-snin kollha tal-kors) jsegwu dan il-kors ta' studji u kemm iggradwaw kull sena studenti bil-BA (Hons.) Social Work? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont kemm studenti kienu tas-sess maskili u kemm tas-sess femminili?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors msemmi beda fis-sena skolastika 1993/4. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellat li l-istudenti full-time (FT) jiggradwaw wara li jlestu r-raba' sena, filwaqt li dawk part-time day (PTD) jiggradwaw wara li jlestu s-sitt sena.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema sena akkademika beda jsir il-Master in Social Work, kemm kien hemm studenti (bħala total tas-snin kollha tal-kors) jsegwu dan il-kors kull sena u kemm iggradwaw kull sena s’issa bil-Master in Social Work?
Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont kemm l-istudenti kienu tas-sess maskili u kemm tas-sess femminili?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi beda jsir mis-sena akkademika 2018/19. Total ta’ studenti li gradwaw s’issa hu ta’ 5 u f’Marzu ta’ din is-sena mistennija jigradwaw 3 studenti oħra. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi jdum fuq sentejn għal dawk l-istudenti full-time u fuq erbgħa snin għal dawk l-istudenti part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid għas-sena akkademika preżenti kemm hemm studenti jsegwu l-BA (Hons) Social Work u l-Master in Social Work f'kull sena tal-kors?
Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma skont kemm studenti kienu tas-sess maskili u kemm tas-sess femminili?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 78 student isegwu l-korsijiet imsemmija, 65 ta’ sess femminili u 13 ta’ sess maskili.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2054, 3730, 4034, 4251, 4608, 4831 u 4884 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4810 dwar dawl pubbliku fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar irċeviex ilmenti dwar bozza/bozoz li mhumiex jixgħelu f’din il-pjazzetta? Jekk iva, x’azzjoni ttieħdet mill-Kunsill Lokali u meta ttieħdet? X’azzjoni qiegħda tittieħed mill-Kunsill Lokali sabiex tiżgura li d-dawl f’din il-pjazzetta jkun kollu mixgħul?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-ħsara msemmija ġiet imsewwija.
Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4809 dwar dawl pubbliku fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm minn mindu ngħatat it-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’din iż-żona t-tiswijiet neċessarji tal-lampi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta tlestew.
Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku
Question
B’referenza għad-domanda parlamentari 4809, dwar dawl pubbliku fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Enemalta dwar dan id-dawl mitfi hekk kif min ressaq ilment mal-Kunsill Lokali ġie infurmat li dan ir-rapport għadda għand l-Enemalta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4923.
San Pawl il-Baħar – Triq It-Turisti – pjanti tal-proġett tal-playing field
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett tal-playing field fi Triq it-Turisti kantuniera ma’ Triq Cassarino, Qawra, San Pawl il-Baħar u jinforma fiex ħa jkun qed jikkonsisti dan il-proġett? Kemm hi l-istima ta’ dan il-proġett u kif ser jiġi ffinanzjat? Meta hu ppjanat li jitlesta dan il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-pjanti tal-proġett tal-playing field imsemmi, liema pjanti qed jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra, ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar u mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fil-leġiżlatura preċedenti.
Infurmat ukoll li l-offerta mitfuħa approvata mill-istess Kunsill hi ta’ €434,610 (Vat eskluż).
Intant infurmat ukoll li l-proġett diġà kkwalifika mill-iskema ‘Finanzjament ta’ Proġetti Kapitali – Komunitajiet isbaħ u aktar b’saħħithom’, bl-ammont ta’ €107,000.00 fejn €80,000.00 minhom ġew iddepożitati fil-kont tal-Kunsill f’Novembru 2022. Ma jżomm xejn lill-Kunsill milli japplika għal fondi addizzjonali oħra.
Finalment, infurmat li l-proġett huwa mistenni li jitlesta kompletament għall-aħħar tas-sena 2023.