Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja — karozzi elettriċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx karozzi tal-elettriku leased fil-Ministeru tiegħi. Madanakollu, ta' min wieħed jinnota li kif għadu kemm tħabbar, ġie ppubblikat tender b’valur ta’ €10 miljun, li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv, waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% fl-2021 għal kważi 40%.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — karozzi elettriċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-elettriku hemm leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għadu kemm ġie awarded tender għal żewġ karozzi elettriċi. Minbarra hekk u kif diġà tħabbar f’Novembru li għadda, il-flotta ta’ vetturi tal-Gvern se tkun qed tinqaleb b’mod gradwali għal vetturi elettriċi minn din is-sena stess. Infatti ġie ppubblikat tender b’valur ta’ €10 miljun, li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b’250 vettura elettrika. Dan l-investiment se jħalli impatt qawwi u pożittiv, waqt li l-flotta fis-Servizz Pubbliku se titla’ minn 7% fl-2021 għal kważi 40%.

Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 5803

Question

B’referenza għal-Line Item 5803 fl-Estimi tal-Bagit 2023, ‘Community Inclusive Employment Scheme’, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex kien hemm tnaqqis ta’ €150,000 fuq l-Estimi tas-sena l-oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed ikun assigurat li l-ħaddiema kollha tas-C.I.E.S ser jinżammu.

Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 7048

Question

B’referenza għall-aħbar li l-Ministeru se jkun qed jagħmel xi xoghol ta’ restawr fuq numru ta’ swar fil-Kottonera, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex fil-Line Item 7048 tal-Estimi tal-Baġit 2023 spiċċa naqqas il-fond b’€500,000 mill-Estimi tas-sena l-oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Estimi tal-Budget jinbidlu minn sena għal oħra skont in-nefqiet u l-esiġenzi attwali mhux biss tad-Direttorat iżda wkoll tal-Ministeru. Madanakollu l-pjan ta’ restawr fuq numru ta’ swar fil-Kottonera li kkommetta għalih id-Direttorat tar-Restawr hu maħsub li ser jinżamm xorta waħda.

Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Line Item 7003

Question

B’referenza għal-Line Item 7003 fl-Estimi tal-Baġit 2023, jista’ l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li l-Baġit għal din il-Fondazzjoni tal-Katidral ta’ San Ġwann kien €265,000 fl-2022, fl-Estimi tal-2023 dan niżel għal €33,000 biss?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazjoni tal-Estimi tal-Baġit tal-Ministeru għas-sena 2023 mhuwiex il-baġit għall-operat tal-Fondazzjoni.

Kunsilli Lokali — awtonomija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw aktar awtonomija fiżika biex ikunu jistgħu jiġbru fondi għall-istess kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentement għadhom qed jiġu evalwati l-proposti kollha mressqa fl-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni għall-Istrateġija l-Ġdida għall-Gvern Lokali.

Kunsill Lokali San Ġiljan – spezzjonijiet fi stabbilimenti ġewwa Paceville

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3847, jista’ l-Ministru jitkellem mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fid-dawl li għandhom realtà ferm differenti mit-tweġiba mogħtija għal din mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nista’ nassigura lill-Onor. Interpellant li kemm il-Ministeru kif ukoll l-entatijiet fi ħdanu jżommu kuntatt mill-qrib mal-Kunsilli Lokali. Kemm-il darba l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan iħoss li għandu bżonn jagħmel kuntatt magħna, aħna lesti li niltaqgħu, kif fil-fatt għamilna mal-Onor. Interpellant meta kien jokkupa l-kariga ta’ Sindku tal-istess lokalità.

Għawdex – benefiċċji soċjali bħala single parents

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jingħataw benefiċċji soċjali bħala single parents u li jgħixu f'Għawdex? Jista' jagħti dawn il-figuri wkoll separatament għal kull lokalità f'Għawdex? Jista' jgħid kemm hu t-total ta' persuni li jingħataw tali benefiċċju bħala single parents fil-pajjiż kollu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ benefiċjarji li tħallsu benefiċċji soċjali bħala single parents, f’Malta kif ukoll f’Għawdex, sas-7 ta’ Jannar, kien jammonta għal 2,045 benefiċjarju. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-ammont kwotat (ta’ 2,045), 1,971 huma residenti f’Malta u 74 huma residenti f’Għawdex. Kif mitlub, qegħdin jingħataw il-figuri tal-benefiċċjarji, skont il-lokalità li ġejjin minnha l-benefiċċjarji, ġewwa Għawdex. Lokalitajiet - Għawdex Total FONTANA 1 GĦAJNSIELEM 6 KERĊEM 1 MARSALFORN 10 MUNXAR 3 NADUR 10 QALA 10 SAN LAWRENZ 2 SANNAT 2 VICTORIA 15 XAGĦRA 6 XEWKIJA 4 XLENDI 1 ŻEBBUĠ GĦAWDEX 3 Total 74

Għawdex – upgrade fin-netwerk ta’ distribuzzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat upgrade fin-network ta’ distribuzzjoni ġewwa Għawdex biex isir matul is-sena 2023 u jekk iva f’liema lokalitajiet u x'tip ta' upgrades ser isiru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni f’Għawdex fl-2023 jinkludi feeder ġdid miċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tax-Xewkija lejn il-Victoria Kerċem Road Substation. Dan ir-rinfurzar jinkludi tqegħid ta’ cable fi Triq Qasam San Ġorġ, Triq Mons. Lwiġi Vella u Pjazza Savina fir-Rabat. B’dan il-proġett tkun qed tissaħħaħ ukoll il-provvista tal-elettriku fl-irħula fin-naħa tal-Punent tal-gżira Għawdxija. Xogħlijiet oħra fil-pjan tal-Enemalta jinkludu tliet substations ġodda.

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema fi grad ta’ supervisor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar ta' Ottubru 2022 kemm kien hemm ħaddiema fil-Ministeru tiegħu fil-grad ta' supervisor, kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema Direttorat/Diviżjoni fi ħdan il-Ministeru ta' Għawdex jaħdmu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta' Ottubru 2022 kien hemm 54 ħaddiem fi grad ta’ supervisor fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Għawdex u Kemmuna – bajjiet — ħidma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk il-bajjiet u areas ġewwa Għawdex u Kemmuna li għandhom x'jaqsmu magħhom l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u Ambjent Malta u x'ħidmiet varji saru minn dawn matul is-snin 2021 u 2022 u x'ħidmiet varji hemm ippjanati li jsiru matul is-sena 2023 f'dawn il-bajjiet u areas?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Għawdex u Kemmuna, ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u ta’ Ambjent Malta (AM) huma prinċiparjament relatati mal-ħarsien, ir-rijabilitazzjoni u l-immaniġġar tas-siti Natura 2000. Min-naħa tagħha, Ambjent Malta tagħti wkoll sostenn lill-Kunsilli Lokali f’inizjattivi ta’ tħaddir urban. Fir-rigward tax-xogħlijiet li diġà saru u li se jkomplu jsiru f’Kemmuna, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba dettaljata li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 4096. Min-naħa l-oħra, l-interventi li saru f’Għawdex kienu jinkludu miżuri li jħarsu l-għaram tar-ramel fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra u s-sit protett tad-Dwejra. Fir-Ramla l-Ħamra, l-interventi kienu jinkludu l-manutenzjoni tal-ħbula u l-poles tal-injam li jipproteġu dan is-sit sensittiv u t-twaħħil ta’ sinjali li jidderieġu l-pubbliku ġenerali, filwaqt li fid-Dwejra tneħħew diversi tabelli u installazzjonijiet antiki li kienu jinsabu fi stat ħażin. Għall-2023, il-pjan hu li jitwaħħlu tabelli informattivi ġodda sabiex il-pubbliku jkun jista’ jifhem aħjar l-importanza ta’ dan is-sit u jikkontribwixxi għall-ħarsien tiegħu. Fl-istess waqt, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ffirmat ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz għat-tmexxija u l-operat taċ-Ċentru ta’ Interpretazzjoni tad-Dwejra. Dan il-ftehim se jwassal għal titjib fl-operat ta’ dan iċ-Ċentru billi, fost l-oħrajn, jiġu organizzati żjarat edukattivi, sessjonijiet ta’ taħriġ u anke wirjiet. F’dak li għandu x’jaqsam mal-inizjattivi tat-tħaddir urban, Ambjent Malta tat fondi sabiex f’diversi lokalitajiet f’Għawdex, fosthom Għajnsielem, il-Munxar, l-Għasri, il-Qala u San Lawrenz, tħawlu sitt mija u tletin pjanta ornamentali.

Ix-Xagħra Għawdex – Triq ta’ Stellini — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet fadal isiru fi Triq ta' Stellini fix-Xagħra, Għawdex? Jista' jgħid kemm-il xahar ilu li nbeda x-xogħol, u għala f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkompla ebda xogħol f'din it-triq? Jista’ jgħid meta ser jitkompla x-xogħol f'din it-triq u meta ser titlesta minn kollox?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà aġġornat f’mistoqsija parlamentari 1382, wara li għal għexieren ta’ snin din it-triq kienet bla drenaġġ, ftit tax-xhur ilu sar id-drenaġġ, filwaqt li x-xogħlijiet l-oħra ser jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għal Għawdex – għajnuna f’fondi lil parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-Knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu, jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ kemm kien l-ammont jew għajnuna oħra li ngħatat jew ġie miftiehem li tingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħatat u minn liema Direttorat jew Diviżjoni ngħatat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

San Ġwann – Triq il-Pruna – garaxxijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fi Triq il-Pruna, f’San Ġwann, kemm hemm garaxxijiet li huma vojta, bil-kiri lir-residenti jew inkella lil xi awtorità tal-Gvern? Jista’ jgħid jekk hemmx xi talbiet għal dawn il-garaxxijiet f’din it-triq?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istat tal-garaxxijiet imsemmija fl-indirizz huwa kif imniżżel fit-tabella hawn taħt: · Żewġ garaxxijiet mibjugħa lil individwi privati; · Sebgħa garaxxijiet jinsabu mikrija lil individwi privati; · Garaxx minnhom jinsab mikri lil entità tal-Gvern. Fl-aħħar sena, kien hemm talba minn entità governattiva sabiex tagħmel użu minn garaxx partikolari però dan laħaq ġie mikri. Fil-preżent ma hemmx talbiet pendenti għal kiri jew bejgħ ta’ dawn il-garaxxijiet.

Awtorità għall-Użu responsabbli tal-Kannabis – Harm and Risk Reduction Policy

Question

B’referenza għal dak li hemm miktub fuq is-sit tal-Ministeru (homeaffairs.gov.mt) fis-sezzjoni Authority on the Responsible Use of Cannabis, issa li għaddiet sena mit-twaqqif ta’ din l-Awtoriat, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-“Harm and Risk Reduction policy”?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-liġi approvata minn dan il-Parlament hija msejsa madwar il-kunċett tal-harm reduction policy. L-ewwel parti tal-liġi li diġà ġiet fis-seħħ wasslet sabiex "users" jistgħu jkabbru l-kannabis f'darhom u b'hekk ma jirrikorrux għand traffikanti abbużivi bir-riskju li jiksbu kannabis ta' kwalità detrimentali għas-saħħa. Il-liġi tillimita l-kwantità li tista’ tinżamm u titkabbar sabiex jiġi evitat użu eċċessiv jew abbuż. Fit-tieni parti tal-liġi li se tiġi implimentata dalwaqt se jiġi rregolat it-tkabbir u d-distribuzzjoni ta' kannabis minn assoċjazzjonijiet li jaħdmu mingħajr qligħ. Dan il-mudell se jagħti opportunità sabiex "users" li ma għandhomx il-fakultà li jkabbru l-kannabis f'darhom ukoll ikunu jistgħu jakkwistaw kannabis b'mod kontrollat u li ma jkunx ta' detriment għal saħħithom. Barra minn hekk, l-Awtorità għall-Użu responsabbli tal-Kannabis se tkun qed tanalizza patterns fl-użu tal-kannabis u tuża s-sejbiet tal-analisi sabiex tippromwovi kampanji edukattivi mmirati. Infurmat illi l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis wettqet kampanja edukattiva inkluż bl-użu ta’ media soċjali li laħqet iżjed minn 200,000 persuna. Barra minn hekk, ġie ffirmat ftehim mal-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) sabiex numru ta' professjonisti mill-aġenzija msemmija jwettqu kampanji ta' taħriġ u informazzjoni dwar riskji relatati mal-abbuż u l-użu tad-drogi, inkluż il-kannabis. Ir-regolamenti li qed jiġu mħejjija sabiex jiġu osservati minn assoċjazzjonijiet interessati se jkunu qed jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà pubblika. Infurmat ukoll illi l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis qed tipprepara l-linji gwida u r-regolamenti li jridu jiġu segwiti mill-assoċjazzjonijiet interessati. L-abbozz tal-linji gwida se jkun lest fi żmien qasir. Fis-27 ta' Jannar se jiġi organizzat "convention" sabiex jingħataw iżjed dettalji lill-assoċjazzjonijiet interessati u jittieħed feedback dwar l-abbozz imħejji. Infurmat li huwa mistenni li l-applikazzjonijiet se jibdew jiġu milqugħa fi Frar.

Awtorità għall-Użu responsabbli tal-Kannabis — Kriterji biex non profit organisation japplikaw mal-Awtorità

Question

B’referenza għal dak li hemm miktub fuq is-sit tal-Ministeru (homeaffairs.gov.mt) fis-sezzjoni Authority on the Responsible Use of Cannabis, issa li għaddiet sena mit-twaqqif ta’ din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji biex “Non-Profit Organisations” japplikaw mal-Awtorità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4577.

Awtorità dwar l-Użu responsabbli tal-Kannabis – Non-profit organisation — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għal dak li hemm miktub fuq is-sit tal-Ministeru (homeaffairs.gov.mt) fis-sezzjoni Authority on the Responsible Use of Cannabis, issa li għaddiet sena mit-twaqqif ta’ din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm “Non-Profit Organisations” li applikaw mal-Awtorità u kemm kien hemm li talbu informazzjoni biex japplikaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4577.

FSWS – proċedura biex managers u diretturi jagħmlu xogħol privat

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Kamra x’inhi l-proċedura biex Managers u Diretturi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) jagħmlu xogħol privat (“private practice”)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Hawn taħt qed nirriproduċi parti mill-kundizzjonijiet elenkati fil-kuntratt tax-xogħol tal-impjegati, fir-rigward ta’ xogħol ieħor: “9. OTHER EMPLOYMENT The employee shall not perform any other work, paid or unpaid, on his/her own account or on behalf of any other person, unless s/he informs the employer in writing. The employer may at any time refuse that the employee undertakes other work if it is in conflict with the employer’s work.” Għaldaqstant huwa l-obbligu ta’ kull impjegat li jinfurma b’kull tip ta’ xogħol kemm bi ħlas kif ukoll bla ħlas lil Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni. Meta tingħata l-approvazzjoni, dan ikun bil-kundizzjoni li fejn ikun hemm xi tip ta’ kunflitt, il-private practice titwaqqaf immedjatament.

FSWS – managers u diretturi u uffiċjali għolja li jagħmlu xogħol privat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-managers, diretturi u uffiċjali għolja tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-aġenziji tagħha għandhom permess biex jagħmlu xogħol privat? Min huma? Jista’ dan ix-xogħol privat minn uffiċjali għolja f’aġenziji pubbliċi jwassal għal sitwazzjonijiet ta’ konflitt ta’ interess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta illi hemm ħdax (11)-il Direttur jew Manager minn total ta’ 46, mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-aġenziji tagħha li għandhom permess li jagħmlu xogħol privat. Kif indikat fir-risposta għat-tweġiba parlamentari Nru 4580 huwa l-obbligu ta’ kull impjegat illi jinforma b’kull tip ta’ xogħol privat, kemm bi ħlas kif ukoll bla ħlas, lill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni. Meta tingħata l-approvazzjoni, dan ikun bil-kundizzjoni li fejn ikun hemm xi tip ta’ kunflitt ta’ interess, il-private practice titwaqqaf immedjatament. Diretturi u Managers li jagħmlu private practice, ġeneralment jagħmlu dan, sabiex dak li jkun ma jitlifx il-warrant tal-professjoni partikolari tiegħu jew tagħha. Kif mitlub, f'din it-tweġiba hawn il-lista ta’ Diretturi jew Managers li għandhom private practice Kunjom Isem Aġenzija/Direttorat Professjoni Grad Mifsud Melissa DAC System Family and Couple Psychotherapist, Clinical Supervisor Assisntent Direttur Galea Thomas ACTS Systemic Psychotherapist Direttur Agius Kevin Head Office CPA & Registered Auditor Direttur Finanzi Agius Marylyn DAC Social Worker & Psychotherapist Maniger Antoncich Joseph ACTS Systemic Psychotherapist Maniger Baldacchino Ingrid Child Protection Social Worker & Psychotherapist Maniger Camilleri Brian Sedqa Social Worker & Psychotherapist Maniger Mizzi Antonella ACTS Psychologist Maniger Sammut Demarco Andrea ACTS Psychotherapist Maniger Orland Mike Sedqa Social Worker & Systemic Psychotherapist (Famiy & couple Therapist) Maniger Farrugia Bennett Colette Aġenzija Appoġġ Social Worker & Family Therapist Maniger

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza- advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentaru 3190, jista' l-Ministru jgħid min ibbenefika minn kull ftehim/kuntratt?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi riprodotta fit-tabella hawn taħt. Dr Janice Formosa Pace Mr. Mario Portelli Mr Tony Mouton Dr Alexander Scerri Herrera Dr. Charlon Gouder Dr. Charlon Gouder Dr. Charlon Gouder Dr. Charlon Gouder Dr. Charlon Gouder Dr. Paul Cachia Dr. Paul Cachia Dr. Paul Cachia Dr. Paul Cachia Dr. Paul Cachia Dr. Paul Cachia Silvio Mifsud Silvio Mifsud Silvio Mifsud Silvio Mifsud Silvio Mifsud Silvio Mifsud Dr. Camilleri Dustin Cassar Ray M. Ebejer Edwin Dr. Harrison Neil Mizzi Joseph Dr. Zammit Lewis Edward Dr. Kochenov Dimitri * Bonnici Robert Anthony Farrugia Franco Pisani Joseph Scicluna Mark Ebejer Edwin Mizzi Joseph Dr. Camilleri Dustin Cassar Ray M. Dr. Bantick Chanel Dr. Bantick Chanel Dr Cory Greenland Mulvaney Roger Brown Tania Ebejer Edwin Mizzi Joseph Borg Christopher Dr. Bantick Chanel Bonnici Robert Anthony Mizzi Joseph Ebejer Edwin Dr. Greenland Cory Borg Christopher Dr. Greenland Cory Financial Transparency Advisors Ganado Advocates E-Cubed Consultants Ltd. * Till March 2018 when MIIPA was established