B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4541, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk dan ifissirx li l-Gvern biddel il-ħsieb fuq il-bżonn ta' sottokumitat għad-dijabete? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn fil-Leġiżlatura preċedenti kien hemm sottokumitat iżda issa l-Gvern qed jirrifjuta li jwaqqaf is-sottokumitat tad-dijabete f'din il-Leġiżlatura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4541.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4555, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid:
a. l-ewwel rollout meta se jsir;
b. liema etajiet se jkunu f'dan l-ewwel rollout; u
ċ. il-pazjenti se jingħataw Constant Glucose Monitor biss jew se jkun hemm is-servizz ta' Remote Patient Monitoring ukoll?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi madwar xahar ilu sar pass ieħor mir-rollout tal-Continuouos Glucose Monitors. It-talba tat-tobba kliniċi hi illi għal pazjenti 'l fuq minn 21 sena, il-parti tas-servizz li jinvolvi r-Remote Patient Monitoring tkun reservata għal dawk li ssir talba għalih mit-tobba kuranti stess.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4574, jista' l-Prim Ministru jiċċara jekk il-preżentazzjonijiet li saru fl-MCESD ma ttellgħux għax kien hemm min oġġezzjona?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-inizjattiva bdiet f’Mejju tal-2022 u ninsab infurmat li ma kienx hemm oġġezzjonijiet. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellanta li mhux f’kull laqgħa jkun hemm preżentazzjoni tat-tip li qed tirreferi għalih hi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4575 u ċjoè: B’referenza għal dak li hemm miktub fuq is-sit tal-Ministeru (homeaffairs.gov.mt) fis-sezzjoni Authority on the Responsible Use of Cannabis, issa li għaddiet sena mit-twaqqif ta’ din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid x’għamlet s’issa l-Awtorità fuq dawn:
i. the Authority is presently in the phase of establishing an effective and efficient system that ensures the responsible use of cannabis;
ii. the Authority, whilst remaining steadfast in the approach of discouraging and delaying cannabis use, will through responsible and legal regulation allow restricted access to cannabis use by aspiring to advance the goals of public health and safety?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ 4577.
Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis – liċenzji lil non-profit organisations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4576 u ċjoè: B’referenza għal dak li hemm miktub fuq is-sit tal-Ministeru (homeaffairs.gov.mt) fis-sezzjoni Authority on the Responsible Use of Cannabis, issa li għaddiet sena mit-twaqqif ta’ din l-Awtorità, jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu “regulations of licenses necessary to own a non-profit organisation for cannabis” u x’sar fuq “education on various levels”?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ 4577.
Jista’ l-Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja biex ir-railing li jinsab matul il-promenade tax-Xemxija partikolarment il-parti fiż-żona faċċata tal-Ġnien Olimpiku u li sofra xi ħsarat, isirulu t-tiswijiet neċessarji?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħsarat imsemmija ġew imsewwija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ta multi l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fl-2021 u kemm ġabar minn dawn il-multi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2021 l-FIAU tat 176 multa u f’din is-sena l-FIAU ġabret €1,184,317. Dan l-ammont jinkludi multa imposta fl-2018 li inġabret fl-2021.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa ta' interess għal Direttur tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fl-2022? Jista’ jgħid ukoll meta ħarġet din is-sejħa,kemm applikaw u min kien fuq il-bord tal-għażla?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta' Direttur tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) hija okkupata mid-direttur li ġie maħtur fi Frar tas-sena 2017.
Fl-2022 ma ħarġet l-ebda sejħa ta' interess għal Direttur tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u għalhekk ħadd ma seta' japplika u l-ebda bord tal-għażla ma ġie appuntat.
FIAU – Nefqa fuq public relations, reklamar u marketing
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fuq public relations, reklamar u marketing matul l-2019, l-2020, l-2021 u l-2022 maqsuma sena b’sena, inkluż dati speċifiċi, l-ammonti u s-suppliers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MFSA – nefqa fuq public relations, reklamar u marketing
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fuq public relations, reklamar u marketing matul l-2019, l-2020, l-2021 u l-2022 maqsuma sena b’sena, inkluż dati speċifiċi, l-ammonti u s-suppliers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MGA – nefqa fuq public relations, reklamar u marketing
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Malta Gaming Authority (MGA) fuq public relations, reklamar u marketing matul l-2019, l-2020, l-2021 u l-2022 maqsuma sena b’sena, inkluż dati speċifiċi, l-ammonti u s-suppliers?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 4937 - Advertising Marketing and PR.xlsx
Skejjel li ma għandhomx servizz ta’ lift jew turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola m’għandhiex is-servizz tal-lift u turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mhux għall-iskola b’mod ġenerali iżda anke kull blokka fejn hu relevanti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il abbuż sesswali bejn studenti ġie rrappurtat u investigat f’dawn l-aħħar sentejn fl-iskejjel tagħna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Skejjel – Studenti li nqabdu b’electronic cigarette (Vapes)
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il darba nqabdu studenti fl-iskejjel tagħna bl-electronic cigarette (Vape) f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2021, l-użu tas-sigaretti u s-sigaretti elettroniċi kien jitniżżel taħt heading wieħed. Minn Jannar tas-sena 2022 dawn ġew separati.
Għaldaqstant matul is-sena 2021, l-Anti-Substance Unit fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali tas-Sapport għall-istudenti, rċieva 70 referral dwar l-użu tal-vape u s-sigaretti, filwaqt li matul is-sena 2022 kien hemm 110 każi relatai mal-użu tal-vape.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qegħdin jittieħdu sabiex il-bagħal taż-żunżan (hornet) ma jkomplix jagħmel aktar ħsara u sabiex il-popolazzjoni ta’ dan l-insett, ma tiżdiedx? Liema azzjonijiet ġew ikkomunikati sabiex jiġi kkontrollat l-impatt ta’ dan l-insett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġà ġie spjegat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2959, id-Direttorat tal-Agrikoltura qiegħed isegwi mill-qrib l-iżvilupp ta’ din is-sitwazzjoni. Konxji li dan is-sajf il-popolazzjoni ta’ dan l-insett żdiedet b’mod esponenzjali u kien hemm impatt qawwi fuq il-popolazzjoni tan-naħal f’Malta.
Għaldaqstant il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli qiegħed f’taħdidiet ma’ esperti fil-Mediterran. Infatti, fil-25 u 26 ta’ Novembru saru żewġ laqgħat ta’ informazzjoni dwar il-bagħal taż-żunżan fejn ġie spjegat x’jista’ jsir u x’miżuri jistgħu jittieħdu. Matul dawn il-laqgħat ġew murija t-tip ta’ nases li jistgħu jinbnew biex jinqabad il-bagħal taż-żunżan. Ġie wkoll spjegat li n-nasses għandhom jintużaw speċjalment fir-rebbiegħa sabiex jinqabdu l-irġejjen.
Iktar tard dan ix-xahar ser inkunu qed nipproduċu wkoll fuljett informattiv dwar il-bagħal taż-żunżan sabiex l-informazzjoni mogħtija waqt dawn il-laqgħat tkun tista’ tiġi ddiseminata u tilħaq firxa akbar ta’ nies primarjament fi ħdan is-settur tal-agrikoltura.
San Pawl il-Baħar — Triq Toni Bajada - bozza mwaħħla ma' faċċata ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-aħħar bozza fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar (in-naħa ta' Triq il-Knisja) u li tinsab imwaħħla ma' faċċata ta' proprjetà terġa' tibda tixgħel hekk kif din il-bozza tinsab mitfija sa meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ebda lment ma wasal fl-uffiċini tal-istess Kunsill dwar bozoz ma jixegħlux fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali, fil-mument li jidħol rapport uffiċjali, l-istess Kunsill jindirizza jieħu l-passi opportuni.