B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30633 dwar kemm hawn karozzi tal-linja bħalissa, fejn ġie mwieġeb li “sal-aħħar ta’ Settembru 2025 kien hemm erba’ mija u seba’ u disgħin (497) vettura li kienu qegħdin joperaw fis-servizz tat-trasport pubbliku”, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu proġettat li jrid ikun hawn karozzi biex ilaħħqu mad-domanda għas-servizz tat-trasport pubbliku biex jiġi assigurat li s-servizz ikun frekwenti, diċenti u sikur, mingħajr iffullar u mingħajr nies li jibqgħu l-art?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ karozzi tal-linja meħtieġa biex rotta tkun imħaddma b’mod effiċjenti huwa determinat minn diversi fatturi, fosthom it-tul tar-rotta u l-frekwenza tas-servizz.
Matul din is-sena n-network tat-trasport pubbliku għadda minn numru ta’ tibdil li inkludew żidiet fil-frekwenza fuq ċerti rotot, aġġustamenti fit-traġitt kif ukoll l-introduzzjoni ta’ rotot ġodda. Transport Malta bħalissa tinsab fil-proċess li tiffinalizza aktar aġġustamenti. Ladarba dan il-pjan jiġi konkluż, ikun jista’ jiġi stabbilit in-numru ta’ karozzi tal-linja addizzjonali li jkun meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx proċeduri jew audits regolari biex jiġi vverifikat li l-isptarijiet u l-faċilitajiet tas-saħħa huma konformi mar-regolamenti dwar l-iskart mediku?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skart Mediku mormi illegalment - Perikolu jew ħsara fuq is-saħħa pubblika jew fuq l-ambjent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irreġistrati każijiet fejn rimi ta’ skart mediku illegali wassal għal periklu jew ħsara fuq is-saħħa pubblika jew fuq l-ambjent?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda rapport fuq din il-kwistjoni fl-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fil-pjazza ta’ Buġibba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq it-tibdil tas-servizz tad-drenaġġ, fil-proġett tal-Pjazza ta’ Buġibba, kważi komplut. Għaddej ukoll ix-xogħol fuq it-tqattigħ u t-tqegħid tas-service culvert li ser ikunu qed jgħaddu minnu s-servizzi kollha. Tajjeb li wieħed jinnota li fi Triq il-Bajja u parti mill-pjazza huwa komplut, u bħalissa għaddejjin bit-tqattigħ u bini ġewwa Triq Sant’Antnin.
F’Dawret il-Gżejjer beda x-xogħol fuq is-saqaf eżistenti tal-boathouses. Ix-xogħol kien jinvolvi t-tqaxxir u t-tneħħija tal-istruttura eżistenti, u bini mill-ġdid ta’ struttura tal-konkos, sabiex finalment jingħata wiċċ tal-asfalt.
Ix-xogħol fuq l-istrutturi fil-pjazza huwa kważi komplut ukoll, u dan jinkludi planters, silt trap, u funtana.
Is-sistema fuq l-ilqugħ tal-ilma tax-xita fi Triq il-Bajja u fil-pjazza hija lesta, u bħalissa qed isir it-tqattigħ neċessarju fi Triq Sant’Antnin biex din tingħaqad mal-bqija tal-proġett.
Fi Triq ir-Rebbiegħa, x-xogħlijiet ta’ servizzi u bankini huwa komplut. Baqa’ biss l-aħħar fażi; dik li jingħata wiċċ ġdid lit-triq.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx servizzi ta’ weight management clinics jew programmi ta’ appoġġ multidixxiplinarju għall-pazjenti obeżi fis-servizz pubbliku?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġu offruti diversi servizzi relatati mal-ġestjoni tal-piż. Dawn jinkludu Clinic fil-Kura Primarja, fejn pazjenti jiġu evalwati u segwiti mit-tabib tal-familja. Barra minn hekk, il-pazjenti jistgħu jiġu riferuti għad-Dar Kenn Għal Saħħtek għall-appoġġ fuq l-istil ta’ ħajja, kif ukoll għas-servizzi speċjalizzati f’Mater Dei Hospital fejn hemm tobba li jiffukaw fuq kundizzjonijiet relatati mal-obeżità.
Proċess kompletament integrat u multidixxiplinari għall-ġestjoni tal-obeżità huwa ppjanat bħala miżura baġitarja għas-sena d-dieħla. Din il-miżura għandha issaħħaħ is-servizzi eżistenti u toħloq mudell aktar koordinat bejn il-Kura Primarja, il-livell sekondarju u l-livell terzjarju sabiex il-pazjenti jingħataw kura aktar komprensiva u konsistenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27807, tista’ l-Ministru tgħid meta kienu oriġinarjament infetħu l-ġonna li ġew riġenerati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Bħalma jien konvinta li setgħet rat l-Onor. Interpellant, fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27807 li qed tagħmel referenza għaliha, mil-lista li tajtha tas-siti li ġew riġenerati fl-aħħar għaxar snin hemm numru ta’ widien naturali kif ukoll ġonna li oriġinarjament kienu nfetħu f’perjodi differenti, b’uħud minnhom imorru lura saħansitra sa żmien il-Kavallieri.
Bl-interventi ta’ riġenerazzjoni li qed jagħmel il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika permezz tad-dipartiment u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jiġi assigurat li kwalunkwe patrimonju naturali u storiku li jeżisti f’dawn il-ġonna jkun salvagwardjat, li dawn il-ġonna jibqgħu jservu ta’ pulmun aħdar għall-komunitajiet tagħna u fuq kollox li, b’mod sigur, dawn ikunu jistgħu jibqgħu jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin għar-rikreazzjoni u l-mistrieħ tagħhom.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 31674.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 31671.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tnaqqis fl-għoti ta’ injections li jkunu jridu jittieħdu minn tfal żgħar u li suppost huma obbligatorji li jittieħdu? Jekk dan hu l-każ, jista’ jgħid jekk hemmx xi indikazzjoni partikolari dwar x’inhi r-raġuni għal tali tnaqqis? Jista’ jgħid ukoll kemm tfal ingħataw il-vaċċini obbligatorji mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-vaċċini obbligatorji—jiġifieri DTaP-Hib-IPV dożi 1, 2, 3, u 4 żammew rata għolja ta’ tilqim matul is-snin riċenti. Dan jirrifletti l-effettività tal-programm ta’ tilqim ta’ Malta u l-impenn lejn is-saħħa pubblika.
Nieħu din l-opportunità sabiex inħeġġeġ li kull minn għandu l-kustodja ta’ tfal jara li t-tilqim obbligatorji jingħata fil-ħin, għal ġid ta’ l-istess tfal.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kuntratti kienx involut fil-ħruġ ta’ tenders għar-restawr tal-Palazz ta’ Selmun u jekk iva, jgħid fiex waslet it-tender li ħarġet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol tad-Dipartiment tal-Kuntratti huwa dak li jissorvelja l-proċess mill-bidu sal-aġġudikazzjoni.
Jidher li t-tender in kwistjoni kien ikkanċellat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, permezz tal-Awtorità tal-Artijiet (Lands Authority), għaddiex il-Palazz ta’ Selmun lil xi entità (privata jew pubblika) oħra u jekk iva, lil min?