Tender CfT:IMT005/2022 Re-Publication of IMT012/2021 — 'Construction and Extension of Marsamxett Ferry Landing Place in an Environmentally Friendly Manner'
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar tender iffinanzjat mill-EU: CfT:IMT005/2022 Re-Publication of IMT012/2021 - 'Construction and Extension of Marsamxett Ferry Landing Place in an Environmentally Friendly Manner' u jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni ta' din l-imsemmija tender u meta hu ppjanat li jibda x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija sejħa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar il-11 ta’ Novembru kienet ippubblikata d-deċiżjoni tal-aġġudikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3644 u jgħid liema huma t-toroq (isem tat-triq u r-raħal) ġewwa Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u jgħid liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru matul is-snin 2022 u 2023 mill-programm 'Rural Development Programme 2014-2020 Measure 4.3 - European Agricultural Fund for Rural Development' u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn it-toroq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Ministeru għal Għawdex-Fondi Rural Development Programme 2014-2020
Toroq Li Ġew Aċċettati / Ma Ġewx Aċċettati
Ministeru għal Għawdex
Isem ta’ Triq
Lokalità
TriqAċċettata/ Mhux Aċċettata
Ammont Kommess mill-fond Faeżr (RDP 14-22)
Ministeru għal Għawdex
Triq ta' Għajn Abdul/Triq Wied Junu
Nadur
Mhux Aċċetata
Ministeru għal Għawdex
Triq ta' Spiteri
Nadur
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq San Blas
San Lawrenz
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq Daħla ta' Xurdin
Għajnsielem
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Wied tal-Għajjun
Għarb
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq Klula
Għarb
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq tal-Gruwa
Żebbuġ
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq il-Gifna
Żebbuġ
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq tal-Loġġa
Żebbuġ
Mhux Aċċettata
-
Ministeru għal Għawdex
Triq Neigu
Għarb
Mhux Aċċettata
-
Mġarr, Marsalforn u x-Xlendi, Għawdex – “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities”
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 3634 u 3823 dwar is-sejħa li ħareġ il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar ġimgħat għal “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities situated at Mġarr, Marsalforn and Xlendi, Gozo” jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija intera (kollha kemm hi) u jgħid ukoll min kien qed joffri dan is-servizz, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm kienet l-ispiża, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà rrispondejtu fil-mistoqsija parlamentari 3823 fejn l-użu ta’ tali tender għadu ma bediex.
Awtorità tad-Djar — bord tal-allokazzjonijiet - membri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3862, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi u jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Allokazzjonijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tiżvelax l-ismijiet tal-membri tal-Bordtal-Allokazzjonijiet sabiex ma tagħtix lok li terzi persuni jippruvaw jinfluwenzaw l-operat tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet b’allokazzjonijiet minn Jannar 2022? Kemm minn dawn li tqassmu huma units tal-Gvern u f’liema lokalità jinsabu? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma mill-iskema li permezz tagħha ġew mikrija mill-privat biex jingħataw b’subletting lill-klijenti tal-Awtorità tad-Djar? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm kienu dawn u f’liema lokalitajiet minn Jannar 2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella segwenti li tindika l-proprjetajiet mikrija għall-akkomodazzjoni soċjali mqassma bil-lokalità.
Attard
11
Pembroke
6
Birkirkara
111
Qala Għawdex
7
Birgu
6
Qormi
42
Birżebbuġa
5
Qrendi
1
Bormla
14
Rabat
4
Fgura
10
Rabat Għawdex
5
Furjana
7
Raħal Ġdid
18
Fontana Għawdex
1
San Ġwann
17
Għajnsielem Gozo
10
San Ġiljan
5
Għaxaq
1
San Pawl il-Baħar
70
Gudja
2
Sannat Għawdex
1
Gżira
3
Santa Luċija
8
Ħamrun
17
Santa Venera
21
Isla
4
Siġġiewi
21
Kalkara
1
Ta' Xbiex
2
Luqa
3
Tarxien
8
Marsa
7
Valletta
45
Marsaskala
6
Xagħra Għawdex
14
Mellieħa
7
Xgħajra
1
Mġarr
2
Żabbar
11
Mosta
1
Żebbuġ
7
Msida
6
Żebbuġ Għawdex
9
Nadur Għawdex
3
Żejtun
8
Naxxar
3
Żurrieq
13
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tħallas kera l-Awtorità tad-Djar għall-Binja A li għandha l-Awtorità u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-kirja? Jista’ jgħid kemm qed tiswa f’kera annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fir-refurbishment tal-Binja A?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu mal-Awtorità tad-Djar mill-2017 sal-lum? Jista’ jagħti lista tal-kategoriji fejn dawn daħlu jaħdmu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2017 ġew ingaġġati 146 impjegat f’dawn id-Dipartimenti, li wħud minnhom diġà rriżenjaw u ġew sostitwiti minn ħaddiema oħra. L-ammont ta’ nies li spiċċaw għal dan il-perjodu jammonta għal 92. Dawn il-figuri jindikaw id-dipartiment fejn ġew ingaġġati l-ħaddiema.
Uffiċċju tas-CEO – 7
Corporate Services – 19
Estate Management – 26
Social Housing – 7
Schemes – 22
Finance – 18
Technical Services & Operations – 19
Private Residential Leases Unit - 28
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3863, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, u ċjoè: Fid-dawl li fid-Diskors tal-Baġit 2023 il-Ministru għall-Finanzi f’paġna 74 tkellem dwar reklamazzjoni tal-art, jista’ l-Ministru jgħid fejn u/jew f’liema parti ta’ Malta ser isir dan l-istudju biex ikun hemm reklamazzjoni tal-art? Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema stakeholders huwa biħsiebu li jikkonsulta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4058, tista’ l-Ministru tgħid jekk hijiex il-Ministru stess li tiddetermina li persuna, meta tiġi magħżula bħala membru tal-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), tissodisfa pjenament il-kriterji kollha elenkati skont il-published criteria magħmula skont l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Kap. 545?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak mitlub mill-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma dwar il-proċedura qed ikun segwit.
Kriterji oġġettivi u trasparenti fil-ħatra ta’ membri ta’ bord ta’ awtoritajiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest li jintroduċi kriterji oġġettivi u trasparenti li jirregolaw il-ħatriet tal-membri biex dawn jagħmlu parti minn xi bord ta’ awtorità regolatorja u dan bħalma diġà hemm fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) skont il-Kap. 545, biex jiġi assigurat li l-membri jintgħażlu skont l-esperjenza u l-ħila tagħhom fis-settur konċernat?
Response (ABELA, ROBERT)
Hekk kif dejjem kienet il-proċedura fil-ħatra tal-bordijiet, il-membri jinħatru skont l-esiġenzi tal-istess bord u l-ħiliet tagħhom biex iwettqu r-responsabbilitajiet assenjati lilhom. Bordijiet li huma stabbiliti b’liġi partikolari jinħatru skont il-kriterji stabbiliti f’dik l-istess liġi.
Jista’ l-Ministru jagħti kemm hemm VAT refunds li jridu jingħataw u meta dawn se jingħataw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ‘VAT refunds’ li huma dovuti li jitħallsu bejn Jannar u Mejju 2023 huwa kif ġej:
Xahar
Ammont
Jannar 2023
€34,327,141.17
Frar 2023
€46,259,715.52
Marzu 2023
€12,947,523.39
April 2023
€27,033,313.74
Mejju 2023
€4,061,574.76
‘Refunds’ dovuti għal wara Mejju 2023 ikunu jiddependu minn dikjarazzjonijiet dwar VAT li għad iridu jsiru.
Dipartiment tal-OHSA – żjarat uffiċjali — irregolaritajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlu żjarat uffiċjali d-Dipartiment tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fl-aħħar sitt xhur u f’liema qasam? Kemm instabu irregolaritajiet? Kemm inqatgħu multi u f’kemm żmien l-irregolaritajiet ġew irranġati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-OHSA hija Awtorità, mhux Dipartiment. Fl-aħħar sitt xhur tal-2022 saru 2,210 spezzjoni li wasslu għal 219-il ordni biex jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni u 259 ordni biex jitwaqqaf ix-xogħol. Il-parti l-kbira tal-ispezzjonijiet saru fis-settur tal-kostruzzjoni. Barra minn hekk inħarġu 209 multa amministrattiva, waqt li nbdew proċeduri legali f’144 każ separat. Mhijiex eskluża l-possibbiltà li jinħarġu iktar multi amministrattivi, jew li jinbdew iktar proċeduri legali wara li jkunu konklużi l-investigazzjonijiet li jkunu qed isiru mill-Uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Maltin li emigraw biex jaħdmu barra minn Malta? Ta’ liema età?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika iktar il-mistoqsija tiegħu.
L-NSO tista' tipprovdi n-numru ta’ emigranti Maltin skont l-età u s-sess, iżda ma jkollhiex informazzjoni dwar ir-raġuni għal xiex ikunu telqu mill-pajjiż.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-monti, li kull nhar ta’ Sibt jarma f’Ħal Qormi, jiġi rilokat għal żona oħra? Jekk iva, jista’ jgħid fejn se jiġi rilokat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti d-dati li fihom iltaqa' l-kumitat intern tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) magħruf bħala Cental Monitoring Committee matul l-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dati li fihom iltaqa' l-kumitat intern tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) magħruf bħala Cental Monitoring Committee matul l-2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.