Wied il-Għajn – Għassa tal-Pulizija – nuqqas ta’ membri tal-Korp
Question
Jista’ l-Ministru jara u jassigura li jkun hemm iktar membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn, billi hemm iktar bżonn fil-lokalità li qiegħda tkompli tikber sew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-tqassim tal-membri tal-Korp isir skont l-esiġenzi tal-Korp u n-neċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn fl-aħjar interessi tal-istess tal-pubbliku u s-soċjetà, dan jinkludi wkoll il-bżonnijiet tal-Pulizija li jirrigwardaw il-lokalità ta’ Wied il-Għajn, liema lokalità hi koperta wkoll mill-Pulizija tal-Komunità kif ukoll mir-ronda regolari tal-RIU barra minn uffiċjali stazzjonati fl-għassa.
Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett: Laqgħat Annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett li matul dawn l-aħħar tliet snin organizzaw regolarment il-Laqgħa Annwali tagħhom sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jwasslu l-ħsibijiet tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-lokalitajiet kollha tat-tielet distrett elettorali, u ċjoè ż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Marsaskala u Marsaxlokk, kollha kemm huma kellhom il-Laqgħa Annwali matul is-sena 2020, 2021 u 2022, darbtejn fis-sena.
Intant infurmat mill-Kunsilli Lokali rispettivi illi matul il-perjodu tal-pandemija tali laqgħat kienu jsiru b’mod virtwali.
Marsaskala — Triq il-Qaliet - Traffic calming measures u tabelli dwar speed limits
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tip ta’ traffic calming measures u tabelli fejn ikun hemm indikat il-veloċità tal-karozzi fi Triq il-Qaliet, Marsaskala, minħabba n-numru ta’ inċidenti li jsiru f’din it-triq? Jekk le, min hu responsabbli li dan ix-xogħol isir kemm jista’ jkun malajr?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsijiet Parlamentari 3578 u 3579.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li daħlu l-isptar minħabba problemi tal-obeżità mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija u kemm kien hemm persuni li mietu kawża tal-obeżità f’dan il-perjodu msemmi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2020 sa Ottubru 2022 iddaħħlu 51 persuna, fejn d-dijanjosi prinċipali kienet l-obeżità. Matul is-sena 2020 (l-aħħar sena dwar il-mortalità disponibbli bħalissa) kien hemm 11-il mewt irrappurtati li kienu minħabba l-obeżità.
Viżti mit-tobba tal-familja lill-pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm viżti minn tobba tal-familja mħarrġa għand pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali fid-dar tagħhom is-sena l-oħra u sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt dawn is-servizzi meta pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali jkollhom bżonn viżti ġewwa d-djar tagħhom, dawn il-viżti ma jsirux minn tobba tal-familja, imma minn speċjalisti psikjatriċi. Is-sena l-oħra saru 216-il vista.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ġew bullied mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija u jekk dawn l-abbużi ġewx ikkontrollati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ li ġie riferut lid-Direttorati konċerati ġew mogħtija l-attenzjoni neċessarja permezz ta’ interventi skont in-natura tal-każ jew allegazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir it-triq li tiġi f’Misraħ Ta’ Pizzuta fiż-Żejtun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Misraħ Ta’ Pizzuta fiż-Żejtun qiegħed fil-pjan ta’ xogħlijiet li proposti għal perjodu ta’ bejn 2023 u 2025. Madanakollu d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom ma ġewx konklużi u għalhekk il-prijorità tal-proġetti għadha qed tiġi diskussa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Sqaq Qui-si-Sana, (jew Sqaq Xatt Qui-si-Sana), f’Tas-Sliema huwiex sqaq pubbliku jew privat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex issir tfittxija daqshekk preċiza fuq sit speċifiku, ikun aħjar li jingħataw aktar dettalji rigwardanti l-istess proprjetà, bħal ‘site plan’ li tindika bi preċizjoni is-sit inkwistjoni.
Asylum seekers — Specific Residence Authorisation Scheme
Question
Dwar l-Iskema Specific Residence Authorisation (SRA) li kienet tirregolarizza l-pożizzjoni ta' asylum seekers, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx data ta' meta din se terġa' tinfetaħ, u dan sabiex diversi asylum seekers ġenwini, li ilhom snin jgħixu Malta u li llum il-ġurnata integraw ruħhom b'mod effettiv fis-soċjetà Maltija, jirregolarizzaw l-istatus tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-iskema ta’ Specific Residence Authorisation għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2020 u l-benefiċjarji tagħha jistgħu jibqgħu jġeddu l-permess ta’ residenza tagħhom skont il-kriterji stabbiliti. Din kienet skema ta’ darba u ma hemmx pjan li terġa’ tinfetaħ. Persuni li ma jikkwalifikawx għall-ażil huma suġġett għal ritorn u għaldaqstant huma mħeġġa li jibbenefikaw minn wieħed mill-pakketti ta’ għajnuna tal-programm ta’ ritorn volontarju assistit provdut mill-Gvern u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3778, jista' l-Prim Ministru jaqsam l-imsemmija ammonti f’numri reali rispettivi għall-impjegati fis-settur pubbliku li huma ħaddiema ma' dipartimenti u/jew Ministeri u jgħid kemm minnhom huma impjegati ma' awtoritajiet?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3778, jista' l-Prim Ministru jaqsam l-imsemmija ammonti f’numri reali rispettivi għall-impjegati fis-settur pubbliku u dak privat u jgħid kemm minnhom, f'termini reali, huma ħaddiema ta' nazzjonalita Maltija u kemm le?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4149, jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-ismijiet ta' dawk li ħadu dawn il-biljetti tal-Manchester United, flimkien mas-sezzjoni li fiha ġew ikkategorizzati bħala eleġibbli kif intqal fl-istess risposta, u ċjoè jekk humiex: ġurnalisti, influencers, prize-winners, aġenti tal-ivjaġġar, operaturi turistiċi u organizzaturi ta’ konferenzi barranin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul dawn l-aħħar tliet snin tal-ftehim, il-biljetti ntużaw minn rappreżentanti ta’ operaturi turistiċi barranin, prinċipalment mir-Renju Unit.
Minbarra hekk, għadd ta’ biljetti ntużaw ukoll f’inizjattivi ma’ stazzjonijiet tar-radju Ingliżi sabiex jittellgħu bħala premju għall-kompetizzjonijiet marbuta mal-gżejjer Maltin.
L-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata. Madanakollu, l-Onor. Interpellant, jekk iħoss il-ħtieġa, jingħata l-opportunità li jara hu personalment l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb illi l-Gwardjani Lokali jiġu jaqgħu kollha taħt entità pubblika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li dak li qed jistaqsi l-Onor. Interpellant ilu li sar mis-sena 2018, meta wara li ġiet stabbilita l-Aġenzija Lesa u l-ħaddiema tal-kuntrattur, li huma msejħa uffiċjali tal-komunità, ġew trasferiti mal-Aġenzija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla r-renumbering tad-djar kollha f'Santa Venera li beda fl-2001? Jista' jgħid minn dak iż-żmien 'l hawn liema toroq tlestew, liema toroq baqa' jsiru u x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Università ta’ Malta – studenti li komplew bil-kors ta’ Masters
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4180, jista’ l-Ministru jagħti n-numru eżatt ta’ kemm hemm studenti li qed jagħmlu kors ta' Masters eżatt wara li temmew b’suċċess il-kors ta’ baċellerat u qed jirċievu stipendju għal dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4180, nirriferih ukoll għall-artikolu 13(ċ) tal-Leġiżlazzjoni (SL.605.06) li jgħid, “biex student ikun eliġibbli għal-għotjiet ta’ manteniment f’kors ta’ wara l-ewwel grad, il-kors għandu jkun iwassal għal warrant biex tiġi pprattikata professjoni, sakemm li l-istudent mhux diġà rċieva l-għoti ta’ manteniment tal-istudenti fuq l-istess livell”.
B'referenza għal ċens temporanju tal-Gvern Malti għall-art fejn fuqha ġiet stabbilita l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, datat 3 ta' Ġunju 1963, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt pubbliku?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onor. Interpellant li kopja tal-kuntratt tista' tinkiseb mir-Reġistru Pubbliku.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4852, jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-servizz ġie estiż biss għal dawk li għandhom 22 u 23 sena? Meta se jkompli r-rollout għal dawk ta' 24 sena u akbar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rollout ser ikompli fiż-żmien li ġej.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1022 fejn il-Ministru semma x-xogħlijiet li kellhom isiru fil-Mina ta’ Għajn Dwieli, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkomplew dawn ix-xogħlijiet u meta jaħseb li se jkun finalizzat dan ix-xogħol fuq id-daħla ewlenija għall-Kottonera ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.