Kumpaniji għat-trasport għall-pubbliku u għal trasport ta’ merkanzija — sussidju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u lil min il-Gvern qed jagħti sussidju, kemm kumpaniji tat-trasport għall-pubbliku, kif ukoll tal-merkanzija u dan għal kull mezz ta’ trasport bl-ajru, l-art jew il-baħar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' programmi jew proġetti li ġew offruti mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) matul is-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet sottomessi għal kull wieħed minnhom, kemm minn dawn il-proposti kienu ta' standard tajjeb biżżejjed sabiex setgħu ġew awarded il-fondi u kemm ġew milqugħin proposti għal kull proġett jew programm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Eżerċizzju ta’ mapping fir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport jew estratt minnu li juri l-eżerċizzju ta' mapping dwar is-sitwazzjoni kurrenti fir-Riċerka u fl-Innovazzjoni sabiex fuqu ġiet mibnija l-istrateġija ppreżentata għas-snin 2023-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu sodod il-Gvern mikrija għand il-privat għar-residenzi tal-anzjani u fejn? Jista' jgħid kemm minn dawn is-sodod huma vakanti u x'inhu l-pjan biex il-Gvern ikollu aktar sodod available?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern m’għandux sodod tiegħu mikrija għand il-privat għar-residenzi tal-anzjani. Il-Gvern jikri mingħand il-privat u bħalissa hemm total ta’ 2,584 sodda mixtrija mill-Gvern fi 18-il dar. Kull meta jkun hemm sodda vakanti, din timtela mill-ewwel.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jibda jingħata s-servizz ta' Tabib (General Practitioner) fil-Polikinici tal-Gvern, apparti dawk ta' Raħal Ġdid, Mosta u Floriana bejn it-8 p.m. u 8 a.m.?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment tal-kura primarja qiegħed jikkonsidra l-possibilità ta’ żieda fil-ħin tas-servizz mit-tobba tal-familja ladarba jibda jopera l-Hub Ċensu Moran.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-mediċina Pirfenidone (Tablets) IP 400mg tkun intodotta fil-formularju tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Pirfenidone qiegħda fil-proċess li tkun inkluża fuq il-formolarju tal-Gvern.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx time frame għal meta ser jitressaq il-Vulnerable Adult Protection fil-Parlament, peress li ilu jingħad minn Frar tas-sena 2021 li jinsab fi stadju avvanzat?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-Abbozz huwa ampju u tekniku, u għalhekk kien hemm bżonn żmien adegwat biex mhux biss jitħejja, imma wkoll isiru pre-konsultazzjonijiet ma’ stakeholders kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, u proċess rigoruż ta’ ċertifikazzjoni flimkien mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.
Dan l-Abbozz huwa marbut ukoll mal-Abbozz dwar l-Awtonomija Personali, illi jimplimenta l-Artiklu 12 tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità fil-liġi Maltija, u huwa meħtieġ sabiex l-operat tal-eventwali Att dwar il-Protezzjoni ta’ Adulti f’Sitwazzjonijiet ta’ Vulnerabilità jkun konformi ma’ din il-Konvenzjoni.
Fl-istess ħin, dan l-eventwali Att sejjer
in oltre
jorbot ma’ protezzjonijiet transkonfinali, permezz tar-ratifika minn Malta tal-Konvenzjoni tal-Aja tas-sena 2000 dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti. Din il-Konvenzjoni ġiet iffirmata minn Malta fil-11 ta’ Novembru ta’ din is-sena, bir-ratifika ppjanata ghall-2023.
Fl-istess waqt, bi pjaċir navża lil din il-Kamra illi, ukoll bħala parti mit-twettiq tal-proposta numru 676 tal-Manifest Elettorali tal-Gvern, iż-żewġ Abbozzi illi semmejt sejrin jinħarġu għal konsultazzjoni pubblika aċċessibbli fl-ewwel nofs tas-sena 2023, wara d-debita approvazzjoni tal-Kabinett tal-Ministri, sabiex imbagħad jitpoġġew quddiem din il-Kamra għal dibattitu dwarhom u l-eventwali adozzjoni tagħhom.
Implimentazzjoni tal-United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability Act
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'qiegħed isir biex jiġi implimentat l-United Nations Convention for the Rights of Persons with Disability Act?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tal-istrutturi msemmija fl-Att, ittieħdu l-passi u ġew adotatti l-Avviżi Legali meħtieġa sabiex jitwaqqfu dawn l-istrutturi, kif rikjest mill-Att, u ċjoè:
· Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità (art. 5(1)) – dan id-Direttorat diġà jopera taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fi ħdan dan il-Ministeru, u f’Ottubru nħarġet sejħa sabiex jinħatar l-ewwel Direttur;
· Struttura nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għall-Konvenzjoni UNCRPD (art. 5(3)) – din l-istruttura ngħatat bażi legali permezz tar-Regolamenti tal-2022 dwar struttura nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għall-Konvenzjoni UNCRPD (L.S. 627.01);
· ENGAGE (art. 6) – din l-istruttura ngħatat bażi legali permezz tar-Regolamenti tal-2022 dwar l-ENGAGE (L.S. 627.02).
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ każijiet pendenti f’kull servizz li jingħata mill-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li s-servizzi fi ħdan Aġenzija Sapport fid-data tat-tweġiba għandhom din il-lista ta’ stennija, kif ġej:
Servizz
Lista ta’ Stennija
Nov 2022
Sharing Lives
94
Empowerment Scheme
0
Vehicle Registration Exemption Scheme
0
Vehicle Road Licence Exemption Scheme
0
Blue Badge
105
Independent Community Living Monitoring Service (ICLM) incl. :
§Direct Payment
§Independent Community Living
§Personal Assistance Fund
111
Servizzi fil-Komunità
41
Servizzi ta’ Matul il-Jum
150
Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC)
140
Servizz ta’ Ħidma Soċjali
111
Servizzi Residenzjali
81
ACTU
207
Way to Work
6
Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali
0
N.B. dawn in-numri huma importanti li ma jingħaddux flimkien f’total wieħed minħabba l-possibilità li persuna tapplika għal aktar minn servizz wieħed u għalhekk tista’ tkun imniżżla f’aktar minn lista ta’ stennija waħda.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm waiting list ta’ persuni biex jirċievu xi servizz fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għas-servizzi ta’ Speech and Language Pathology u tal-Medical Reviews fis-CDAU ma hemmx lista ta' stennija. Għas-servizz ta’ Fizjoterapja l-istennija hija ta’ inqas minn ġimagħtejn. Filwaqt illi t-tfal li għandhom bżonn Psychological report u li ser jibdew l-iskola fi Frar ta’ din is-sena kollha ghandhom appuntament.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi kemm idum biex jingħata l-Psychological Report lill-ġenituri biex dawn jaraw jekk uliedhom hux se jkollhom għajnuna ta’ LSE jew jekk hux se jkun LSE shared jew one to one? Jista’ jgħid jekk huwiex konxju minn dan id-dewmien esaġerat u jekk iva, x’qed isir?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx time frame ta' meta ser jiġi trasferit iċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pjanijiet sabiex is-CDAU jimxi għal post ieħor għadhom fi stadju ta’ diskussjoni.
Fid-dawl tad-dikjarazzjoni li saret mill-Ministru li l-e-scooters se jkunu obbligati li jipparkjaw f’postijiet apposta, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-postijiet allokati għall-parkeġġ hux ser ikunu qed jittieħdu mill-parkeġġi għall-karozzi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin jitqiesu diversi tipi ta' parkeġġi fosthom anke dawk li bihom ma jittieħed l-ebda parkeġġ minn tal-karozzi u li sabiex dawn jiġu attwati hemm bżonn tibdil fil-liġi, liema tibdil qed naħdmu fuqu bħalissa.
E-Scooters – Laqgħa bejn Transport Malta u Reġjun Lvant
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta Transport Malta se tiltaqa’ mar-Reġjun il-Lvant meta dawn talbu li jiltaqgħu ma’ Transport Malta biex jiddiskutu l-problemi serji ta’ e-scooters?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tali laqgħa bejn l-ogħla uffiċjali tal-Awtorità tat-Trasport u diriġenti tal-Kunsill Reġjonali Lvant, fosthom il-President is-Sur Tony Chircop, saret nhar il-25 ta’ Ottubru 2022.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3865, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’inhuma l-pjanijiet għal dak li kien jissejjaħ ‘White Rocks’ ġewwa Pembroke/Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3866, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju msemmi minnu f’din it-tweġiba? Jista’ jgħid jekk hux informat li biex l-i¿vilupp mill-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, iseħħ, l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet din il-mina bħala kundizzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għal-line item 7163 fil-Baġit 2023, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal tnaqqis fil-baġit għall-Upgrading of Manoel Theatre, li minn €400,000 (2022) niżel għal €100,000, jiġifieri tnaqqis ta’ €300,000?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estimi tal-Baġit jinbidlu minn sena għal oħra skont in-nefqiet u l-esiġenzi attwali mhux biss tal-entità iżda wkoll tal-Ministeru.
Intant, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-upgrading tat-Teatru Manoel se jkompli ssir matul din is-sena.
B’referenza għal-line item 7020, Concert Hall, fil-Baġit 2023, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex minn €500,000 (2022) niżel għal €50,000?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estimi tal-Budget jinbidlu minn sena għal oħra skont in-nefqiet u l-esiġenzi attwali mhux biss tal-entità iżda wkoll tal-Ministeru.
Intant, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-ippjanar previst fuq il-Concert Hall ser ikompli jsir matul din is-sena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2183 fejn kien ġie mwieġeb "li x-xogħol fuq il-crash barriers qiegħed jitkompla u mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin" jista’ l-Ministru jgħid għala għaddew iktar minn xahrejn u għadu ma tlestiex? Jista jgħid ukoll għala f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkompliex ix-xogħol fuq il-crash barriers f'din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet skont il-pjanijiet.