Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Monti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5016 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-monti, li kull nhar ta’ Sibt jarma f’Ħal Qormi, jiġi rilokat għal żona oħra? Jekk iva, jista’ jgħid fejn se jiġi rilokat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi illi minkejja diversi tentattivi li kienu saru fil-passat mill-Kunsill Lokali sabiex il-Monti jiġi rilokat, il-Kunsill Lokali dejjem sab oġġezzjoni għall-proposti mressqa minn l-entità kkonċernata. Infurmat illi l-istess Kunsill lest jiddiskuti mal-Ministeru kkonċernat rigward ir-rilokar tal-Monti li jintrama fiċ-ċentru tal-lokalità.

Sptar Mater Dei — dentista ta’ tfal b’diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li rriżenjat l-unika dentista tat-tfal b’diżabilità (u li bħalissa qiegħda taħdem in-notice) u jekk ingħatatx raġuni għalfejn qed tirriżenja? Jista’ jgħid jekk hemmx replacement għal din id-dentista li kienet isservi tfal b’diżabilità fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnu ġiet appuntata f’pożizzjoni full-time fl-Universita ta’ Malta. Membri tat-tim dentali f’MDH se jkunu qed jieħdu responsabilità għall-kura dentali tal-pazjenti tagħha.

Professjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali u xi professjoni jħaddnu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4277.

Awtorità tad-Djar – ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati ħaddiema ġodda mal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid xi proċedura ntużat biex jidħlu dawn il-ħaddiema u minn liema lokalitajiet ġejjin, maqsuma lokalità b'lokalità, u bin-numru ta’ ħaddiema ħdejn kull lokalità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul s-sena 2021 ġew ingaġġati 37 impjegat filwaqt li fl-2022 ġew ingaġġati 19-il impjegat. Il-maġġoranza tal-impjegati ġew ingaġġati permess tal-proċedura ‘Directive 7 – Delegation of Authority to effect Recruitment, Promotions and Industrial Relations in Public Sector entities’. Kien hemm ukoll każijiet ta’ detailing u re-deployment. Dawn huma l-lokalitajiet li minnhom ġejjin l-impjegati ingaġġati: Birżebbuġa, Għaxaq, Dingli, Gudja, Kalkara, Kerċem, Kirkop, Luqa, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Munxar, Naxxar, Pembroke, Paola, Qormi, Qrendi, San Ġwann, Siġġiewi, St.Venera, Tarxien, Żabbar u Żebbuġ.

Persuni b’diżabilità li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-mument kemm hemm persuni b’diżabilità li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali u jekk hemmx minnhom li huma f’shared apartments?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba mhijiex disponibbli. L-Awtorità tad-Djar iżżomm informazzjoni kunfidenzjali dwar iċ-ċirkustanzi tal-familja bħal diżabilità fl-istadju tal-applikazzjoni u l-allokazzjoni biss.

Stallazzjonijiet ta’ lifts fi blokki tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lift ġie installat fil-blokki tal-Gvern, matul is-snin 2020, 2021 u 2022? F’liema lokalitajiet ġew installati dawn il-liftijiet? Kemm hemm minnhom li tpoġġew iżda għadhom ma bdewx jintużaw minħabba li għadhom mhumiex jiffunzjonaw għax mitfija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar installat 79 lift bejn is-snin 2020 - 2022 rispettivament hekk kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Dawn il-liftijiet ġew kollha attivati u mgħoddija lura lir-residenti jiffunzjonaw 2020 (19-il Lift) 2021 (32 Lift) Birkirkara 1 2022 (28 Lift) Għaxaq 2 Attard 2 Mosta 2 Gudja 1 Birkirkara 3 Paola 1 Giżra 2 Għaxaq 1 Qormi 1 Kalkara 3 Gudja 1 San Ġwann 7 Marsa 4 Lija 1 Santa Luċija 2 Mosta 1 Paola 1 Santa Venera 1 Qormi 1 Qormi 1 Ta' Xbiex 2 San Ġwann 10 Rabat 5 Valletta 1 Santa Luċija 1 San Ġwann 4 Żabbar 1 Santa Venera 1 Santa Luċija 3 Żurrieq 1 Ta' Xbiex 2 Siġġiewi 2 Victoria (Gozo) 1 Valletta 3 Żabbar 1 Żebbuġ 1 Żebbuġ 1

Familji li jgħixu f’postijiet dilapidati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja li jgħixu f’postijiet dilapidati ħadu post alternattiv mis-sena 2021 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari PQ 4226. Ta’ minn jinnota wkoll li l-Awtorità tad-Djar toffri skemi li permezz tagħhom, inkwilin ikun jista’ jagħmel xogħlijiet biex jirranġa l-proprjetà tiegħu u jneħħi xi periklu li jkun hemm.

Baġit 2023 – line item 5113 – tnaqqis

Question

B’referenza għal-line item 5113, Sign Language Interpreters Training, fil-Baġit 2023, tista’ l-Ministru tgħid x’wassal biex fl-2022 kien allokat €60,000 filwaqt li għall-2023 dan niżel għal €10,000?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta saru l-evalwazzjonijiet tan-numru ta' sigħat meħtieġa u l-proċess marbut ma’ dan it-taħriġ tas-sena 2022, is-somma ta’ €10,000 hija biżżejjed biex tkopri l-ammont dovut għall-2023.

Ħruġ ta’ liċenzji taħt l-Att dwar l-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli u tas-Sensara u Konsulenti tal-Proprjetà

Question

Minn meta daħal l-Att dwar l-Aġenti tal-Proprjetà Immobbli u tas-Sensara u Konsulenti tal-Proprjetà f’Lulju 2020, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji għal kull kategorija minn Diċembru 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 4540.

Ċittadinanza Maltija — Applikazzjonijiet rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li applikat biex issir ċittadina Maltija permezz tal-liġi ta’ naturalizzazzjoni, l-applikazzjoni tagħha ġiet irrifjutata sena b’sena bejn l-2010 u l-2022? X’nazzjonalità kienu dawn l-applikanti? Jista’ jgħid x’inhu l-ġeneru tagħhom u l-istatus tagħhom f’Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul dan il-perjodu ġew rifjutati 1372 applikazzjonijiet ta’ dipendenti ta’ persuni msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt. Dwar l-istatus tal-pożizzjoni ta’ immigrazzjoni ta’ persuni li l-applikazzjoni tagħhom tiġi rifjutata, infurmat li din ma tiġix affettwata minn din id-deċiżjoni sakemm dawn ikollhom id-dritt li joqogħdu hawn. Irġiel Nisa Total 2010 4 1 5 2011 4 1 5 2012 9 2 11 2013 1 3 4 2014 0 4 4 2015 47 6 53 2016 319 82 401 2017 193 94 287 2018 218 115 333 2019 214 101 315 2020 205 348 553 2021 266 155 421 2022 284 55 339 Dawn il-persuni kellhom iċ-ċittadinanza ta’ dawn il-pajjiżi: Albania, Algeria, Antigua and Barbuda, Argentina, Armenia, Australia, Austria, Azerbaijan, Bahrain, Bangladesh, Belgium, Belarus, Bissau-Guinea, Bosnia, Brazil, United Kingdom, Bulgaria, Burkina Faso, Cambodia, Cameroon, Canada, Chad, China, Congo, Croatia, Cyprus, Czech Republic, Denmark, Democratic Republic of Congo, Dominican Commonwealth, Netherlands, Egypt, Eritrea, Ethiopia, Philippines, France, Gabon, Georgia, Germany, Ghana, Greece, Grenada, Guatemala, Guinea, Hungary, India, Indonesia, Iran, Iraq, Israel, Italy, Cote d’Ivoire, Jamaica, Japan, Jordan, Kazakhstan, Kenya, Kurdistan, Kyrgyzstan, Latvia, Lebanon, Liberia, Libya, Lithuania, Macedonia, Malaysia, Mali, Mauritius, Mexico, Moldovia, Morocco, New Zealand, Nicaragua , Nigeria, Pakistan, Palestine, Peru, Poland, Portugal, Romania, Russia, Saudi Arabia, Senegal, Serbia, Seychelles, Sierra Leon, Sri Lanka, Slovakia, Somalia, South Africa, Spain, Sudan, Sweden, Switzerland, Syria, Thailand, Togo , Tunisia, Turkey, Ukraine, USA, Uzbekistan, Venezuela, Yemen, Zimbabwe.

Ċittadinanza — Persuni li tneħħitilhom iċ-ċittadinanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tneħħitilha ċ-ċittadinanza, sena b’sena bejn l-2012 u l-2022? X’kienu n-nazzjonalitajiet, l-età u l-ġeneru ta’ dawn il-persuni li tilfu ċ-ċittadinanza Maltija? Kien hemm riskju ta’ statelessness?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-2012 sal-2018 ma kien l-ebda privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija u bejn l-2019 u l-2022 il-Privazzjoni taċ-Ċittadinanza Maltija kienet hekk kif tidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. 2019 Nazzjonalità Ġeneru Età 1 Eġizjana M 53 2 Sirjana M 50 3 Eġizjana M 54 4 Eġizjana M 47 2020 5 Alġerina M 48 6 Tuneżina M 50 7 St Christopher (St Kitts) & Nevis M 60 8 St Christopher (St Kitts) & Nevis F 59 9 St Christopher (St Kitts) & Nevis F 31 10 St Christopher (St Kitts) & Nevis M 30 11 Ċiniża M 56 2021 12 Tuneżina M 44 13 Sirjana M 53 14 Russa M 56

1954 Convention relating to the Status of Stateless Persons – dħul fis-seħħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun qed tidħol fis-seħħ il-liġi tal-istateless determination procedure kif previst mill-‘1954 Convention relating to the Status of Stateless Persons’ li ġiet aċċettata minn Malta f’Diċembru 2019?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-‘1954 Convention relating to the Status of Stateless Persons’ ma timponix obbligu fuq Malta li tgħaddi liġi li tipprovdi għal mekkaniżmu sabiex ikun determinat jekk persuna tkunx apolidi. Bħalissa għaddejin taħdidiet interni dwar kif l-aħjar jkun introdott mekkaniżmu amministrattiv li jkun effiċjenti u effettiv biex jaqdi dan il-għan.

MOU ffirmat mal-Libja

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ Annex A mill-MOU li ġie ffirmat mal-Libja? Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport b’riżultat, inkluż dawk finanzjarji, tal-MOU ffirmat mal-Libja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nistax inkun f’qagħda nwieġeb din id-domanda diment li ma jkunx speċifikat għal-liema MOU mal-Libja qed issir referenza.

Riżenji ta’ direttur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat kienx hemm riżenja ta' direttur u jekk iva, ta' liema direttorat u min fil-preżent qed jaqdi l-funzjonijiet ta' dan id-direttorat? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġi ingaġġat direttur ġdid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2022 kien hemm riżenja tad-Direttur tas-Servizzi Korporattivi. Bħalisssa għaddej il-proċess ta’ mili ta’ vakanzi ta’ Diretturi biċ-Ċirkolari OPM16/2022.

Ministeru għal Għawdex — Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4086 kollha kemm hi (intera) u jgħid ukoll jekk fl-aħħar ġimgħat inħarġux calls biex jiżdiedu Diretturi jew Assistenti Diretturi ġodda? Jekk iva, għaliex inħasset il-ħtieġa li jkomplu jiżdiedu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalisssa għaddej il-proċess ta’ mili ta’ vakanzi ta’ Headship Positions biċ-Ċirkolari OPM16/2022.

Għawdex – sheep farms

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4074, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-lokalitajiet f'Għawdex fejn ġew approvati t-30 sheep farm fl-aħħar seba’ snin kif ukoll il-lokalitajiet fejn jinsabu l-21 applikazzjoni pendenti għal sheep farms f'Għawdex? Jista' jgħid kemm hi l-kapaċità ta' kull sheep farm u ċjoè kemm ġie indikat f'kull applikazzjoni li ġiet approvata u dawk li għadhom pendenti li se jkunu jistgħu jinżammu nagħaġ fihom kull wieħed minn dawn il-farms?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll li ma tinżammx informazzjoni dwar kemm jinżammu nagħaġ.

MCA — ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4160, dwar professjonisti fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), jista’ l-Ministru jagħti s-segwenti tagħrif u ċjoè n-numru ta’: a. ekonomisti; b. accountants; c. avukati; d. inġiniera; e. periti; f. jekk hemm professjonisti oħra x’inhi l-professjoni tagħhom u kemm huma u f’kull każ jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu mal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-profesjonisti tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) huma kif indikati fit-tabella t'hawn taħt: Professjoni Numru Qasam regolatorju Inġiniera 10 Qasam tas-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi Avukati 3 Oqsma kollha li jaqgħu taħt il-mandat regolatorju tal-Awtorità Accountant 1 Oqsma kollha li jaqgħu taħt il-mandat regolatorju tal-Awtorità Accountants 2 Oqsma amministrattivi u finanzjarji ġenerali

Għawdex – proġett għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr u Triq il-Madonna ta’ Lourdes f’Għajnsielem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett propost fil-Baġit 2019 għal triq ġdida bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem (triq alternattiva għall-Port tal-Imġarr)? Jista jgħid x'sar matul is-sena 2022 fuq dan il-proġett u kemm intefqu flus matul din is-sena fuq dan il-proġett u għal xiex intefqu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22730.

MGA — ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4159 dwar professjonisti fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), jista’ l-Ministru jagħti s-segwenti tagħrif u ċjoè n-numru ta’: a. ekonomisti; b. accountants; c. avukati; d. inġiniera; e. periti; f. jekk hemm professjonisti oħra x’inhi l-professjoni tagħhom u kemm inhuma u f’kull każ jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu mal-MGA?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-profesjonisti tal- Awtorità ta' Malta għal-Logħob (MGA) huma kif indikati hawn taħt: Profesjoni Numru Qasam Regolatorju Avukati 1 Kap Eżekuttiv 1 Head Affarijiet Legali u Regolatorji 1 Head Affarijiet Legali u Infurzar 4 Dipartiment ta' Policy u relazzjonijiet Internazzjonali 3 Dipartiment Legal u Infurzar 2 Ricerka ta' Due Diligence 1 Logħob Responsabbli u Sapport tal-Ġukatur Inġieniera 2 Informazzjoni u Mmaniġġjar tad-Data 4 Dipartiment tal-Eċċellenza fl-Operat u Trasformazzjoni tal-Business

Paga medja ta’ ċittadinita' pajjiżi terzi b’permezz tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-paga medja ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'permess tax-xogħol f'Malta llum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Is-salarju nħadem abbażi tal-basic salary annwali (average annual basic salary). L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances. Il-paga medja ta' ċittadini ta' pajjizi terzi, fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2022 hi €18,290. Din tinkludi kemm impjegati li jaħdmu full-time u anke part-time jew full-time with reduced hours. Din l-informazzjoni mhix disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom.