Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex il-ħsieb li tittermina l-Gas Supply Agreement mal-Electrogas Malta Limited, kif inhu permissibbli li jsir skont il-ftehim viġenti, sa qabel April 2026?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-politika ta’ dan il-Gvern hija l-politika ta’ stabbilità mhux politika li kellu Gvern Nazzjonalista li tesponi lill-familji u lin-negozji għall-piżijiet.
Staff klerikali tal-Gvernijiet lokali – Collective Agreement
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb illi jerġa' jiftaħ sabiex jinnegozja l-collective agreement għall-istaff klerikali tal-Gvernijiet Lokali li skada fl-2016 u ma reġax ġie mġedded? Jista' jgħid jekk għandux ħsieb illi jgħolli l-pagi tal-istaff klerikali? Jista' jgħid jekk hux qed isir xi ħaġa dwar dan u jekk hemmx negozjati għaddejjin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi għal sentejn sħaħ kienu għaddejjin taħdidiet bejn il-management (l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali bl-assistenza tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u l-Industrial Relations Unit fi ħdan l-OPM) u il-UĦM (f’isem il-ħaddiema klerikali tal-kunsilli lokali). Dawn id-diskussjonijiet kienu waslu fi stadju avvanzat ħafna fejn kien għad jonqos qbil fuq il-pakkett finanzjarju.
Infurmat illi l-aħħar laqgħa li saret bejn il-partijiet kienet fit-3 ta’ Settembru 2019, liema laqgħa ġiet aġġornata għat-23 ta’ Ottubru 2019. In oltre, infurmat li wara l-laqgħa ta’ Settembru 2019 ma saru l-ebda laqgħat oħra u meta l-management talab lill-UĦM biex id-diskussjonijiet jitkomplew, ma kien hemm l-ebda rispons.
Ninsab infurmat ukoll li l-management għandu kull interess li jsir il-Ftehim Kollettiv il-ġdid għall-impjegati klerikali tal-kunsilli lokali sabiex dawn itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u wkoll sabiex il-kariga ta’ ħaddiem klerikali ma’ kunsill lokali tkun waħda attraenti.
Intant ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li fil-frattemp, saru l-emendi leġiżlattivi kollha neċessarji illi jippermettu li dawn il-pożizzjonijiet ta’ natura klerikali jimtlew.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dwar l-applikazzjoni għall-proġett ta' Marsaxlokk, li ġġib in-numru PA 8310/21, il-klabb ta' Marsaxlokk FC ingħatax il-permess mill-Commercialisation Unit tal-Ministeru fl-affermattiv? Jista' jindika meta saret it-talba mill-klabb u meta nħareġ dan il-permess għall-commercialisation?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-klabb imsemmi applika fit-30 t’Awwissu tas-sena 2021. Bħalissa għadu għaddej il-proċess ta’ valutazzjoni u analisi mill-entitajiet konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-passat, minn mindu twaqqfet l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), qatt saritx handover minn Kapijiet Eżekuttivi passati? Min kienu? Kemm damu biex jagħtu handover u kemm tħallsu wara li tħabbret ir-riżenja tagħhom u allura fil-perjodu li fih kienu qed jagħtu handover?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uniku Kap Eżekuttiv tal-Awtorità qabel is-Sur Joseph Gavin kien is-Sur Joseph Cuschieri.
Is-Sur Cuschieri rriżenja immedjatament mill-kariga tiegħu f’Novembru tal- 2020 u fiċ-ċirkostanzi ma kienx hemm handover qabel jew wara r-riżenja.
AUM — Benefiċċji għall-istudenti minn sponsorships
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talba formali mill-American University of Malta (AUM) biex studenti li japplikaw mal-AUM ikunu jistgħu jibbenefikaw minn sponsorships maħruġin mill-Ministeru għall-Edukazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa għad ma kienx hemm talba uffiċjali biex studenti jibbenefikaw minn sponsorships.
Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla – għoti ta’ liċenzja lill-AUM
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kriterji speċifiċi li l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għamlet lill-American University of Malta (AUM), biex din tkun tista’ tingħata l-liċenzja ħalli topera f’pajjiżna? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn il-kriterji?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull liċenzja li tinħareġ biex stituzzjoni topera minn Malta, tinkludi wkoll lista ta’ kriterji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4463 u jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Għaxaq qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jistax jindika s-sess tal-istess?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati kawtelatorji u eżekuttivi fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena li għaddiet ġew ippreżentati 1399 Mandati Kawtelatorji u 1526 Mandanti Eżekuttivi, kif elenkat fit-tabella hawn taħt:
Mandati Kawtelatorji
Mandati
Eżekuttivi
Qorti Ċivili Prim Awla
672 - 224 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni
316
Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja)
13
19
Bord Li Jirregola l-Kera
46 - 6 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni
30
Bord Dwar il-Kontroll tar-Raba
nil
2
Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċ)
4 - 2 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni
nil
Qorti tal-Maġistrati (Ċivili)
652 - 2 minnhom Mandat ta' Inibizzjoni
1148
Total (Malta)
1387
1515
Mandati Kawtelatorji
Mandati Eżekuttivi
Qorti Ċivili Prim Awla
6
1
Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja)
2
nil
Bord li Jirregola l-Kera
nil
1
Qorti tal-Maġistrati (Ċivili)
4
9
Total (Għawdex)
12
11
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi ta’ divorzju fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew deċiżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta' Malta ġew preżentati 524 kawżi ta' divorzju illi minnhom 161 għadom pendenti u 363 ġew deċiżi. Fil-Qrati ta' Għawdex ġew ippreżentati 20 kawża ta' divorzju li 6 minnhom għadhom pendenti u 14 ġew deċiżi.
Ministru għall-Ġustizzja — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl u Triq Parades - bozoz
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5007 dwar bozoz mitfijin fi Triq San Pawl u Triq Parades, San Pawl il-Baħar, fejn fit-tweġiba ngħad li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar "dejjem jieħu azzjoni immedjata sabiex jiġu indirizzati kwalsiasi lmenti", jista' l-Ministru jgħid kif ġew indirizzati l-ilmenti dwar bozoz mitfijin fl-imsemmijin toroq hekk kif dawn il-bozoz baqgħu mitfijin wara li ġiet imwieġba din l-istess mistoqsija parlamentari u allura l-ilmenti ma ġewx indirizzati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi b’rabta mas-suġġett inkwistjoni saru diversi rapporti lill-entità kkonċernata.
San Pawl il-Baħar — Triq Marchesa - bozza mwaħħla mal-faċċata ta' proprjetà
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5006 dwar bozza mitfija fi Triq Marchesa, San Pawl il-Baħar, tista' l-Ministru tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex terġa’ tinxtegħel hekk kif din il-bozza baqgħet mitfija, filwaqt li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar fit-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari informa sabiex din il-kwistjoni tiġi indirizzata mal-entità konċernata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-lampi kollha li hemm fi Triq Marchese u li huma reġistrati mal-Enemalta huma kollha tal-Kunsill Lokali. Infurmata wkoll li l-Enemalta m’għandha l-ebda talba pendenti dwar id-dawl pubbliku f’din it-triq. Sadanittant tajt struzzjoni lill-Enemalta tikkomunika mal-Kunsill Lokali.
San Pawl il-Baħar — Triq Toni Bajada - bozza mwaħħla ma' faċċata ta' proprjetà
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5005 dwar bozza mitfija fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa l-Kunsill Lokali hekk kif permezz tal-istess mistoqsija parlamentari ġie informat li din il-bozza tinsab mitfija?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ebda lment ma wasal fl-uffiċini tal-istess Kunsill dwar bozoz ma jixegħlux fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, infurmat illi l-istess Kunsill Lokali ta istruzzjonijiet lill-‘Contracts Manager’ tal-Kunsill biex jikkonferma liema bozza mhux qed tiffunzjona biex tittieħed l-azzjoni li jkun hemm bżonn.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’passi ħa l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar biex ikun jista’ jibda jopera parti mill-parkeġġ ta’ taħt l-iskola tal-Qawra minn mindu l-istess kunsill iffirma l-ftehim dwar dan l-istess parkeġġ? Meta mistenni jibda jintuża dan il-parkeġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi għadha kemm saret konferenza stampa mis-Sindku tal-istess Kunsill fejn ingħad illi hemm bosta stadji li jeħtieġu li jgħaddu qabel il-parkeġġ ikun adegwatament sigur sabiex jinfetaħ għall-pubbliku, skont kif jiddettaw il-liġijiet tal-pajjiż.
In oltre, infurmat illi għad trid tiġi mħejjija Bye-Law li tirregola l-użu tal-istess parkeġġ mill-pubbliku u mir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar, u li din trid tgħaddi mill-proċess ta’ approvazzjoni għall-bye-laws sabiex din tkun tista tidħol fis-seħħ.
Infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jinsab għaddej bil-proċess biex dan isir.
San Pawl il-Baħar – Triq ix-Xagħra tal-Bandieri – dawl pubbliku
Question
Tista' l-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni għala d-dawl pubbliku fi Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, San Pawl il-Baħar, qiegħed jintefa' f'ċertu ġranet, filwaqt li tieħu l-azzjoni neċessarja biex id-dawl pubbliku jibqa' mixgħul matul il-lejl kollu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li l-Enemalta għamlet it-tiswijiet meħtieġa f’din it-triq fejn instab contacter bil-ħsara u ġie mibdul.
Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – tneħħija ta’ karozzi abbandunati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ karozzi abbandunati li tneħħew minn fejn kienu matul l-aħħar 12-il xahar, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar separatament għal kull lokalità? Fejn tpoġġew dawn l-istess karozzi wara li tneħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul l-aħħar 12-il xahar, u ċjoè bejn 1 ta’ Jannar 2022 u l-31 ta’ Diċembru 2022, kien hemm sitt każi fejn karozzi abbandunati li effettivament tneħħew mill-Pulizija minn fejn kienu fil-lokalitajiet riferuti mill-Onor. Interpellanta. Kull waħda minn dawn il-karozzi ttieħdet fil-kumpless ġewwa ta’ Kandja.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-PQ 5208.