Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inkwilini rikonoxxuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu postijiet lill-inkwilini rikonoxxuti u li l-Gvern huwa s-sid tagħhom fis-snin 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont fit-total tiegħu sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella segwenti : Sena Postijiet Mibjugħa Sussidju Mogħti lill-Inkwilini Prezz tal-Bejgħ 2021 107 €3,797,502 €4,887,195 2022 107 €4,431,414 €5,127,506

Proposti dwar l-għajnuna lil-Libja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti summary tal-proposti ta’ Malta lill-Kummissjoni Ewropea u/jew l-Unjoni Ewropea, jekk kien hemm tali proposti, b’rabta mas-sapport finanzjarju lil-Libja taħt l-artikolu 5 tal-MOU? X’kien ir-riżultat ta’ dawn il-proposti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. nterpellant li ma nistax inkun f’qagħda nwieġeb din id-domanda diment li ma jkunx speċifikat għal liema MOU mal-Libja qed issir referenza.

Awtorità tad-Djar – postijiet allokati lil ħaddiema/familjari tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet bħala allokazzjoni tad-djar lil ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar jew inkella lill-familjari tagħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni rigward familjari tal-istaff ma tinżammx. Żewġ individwi li ġew impjegati mal-Awtorità mill-2017 ’l hawn ġew allokati akkomodazzjoni soċjali.

Awtorità tad-Djar – għajnuna lil shelters tal-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna tagħti l-Awtorità tad-Djar lil shelters tal-vjolenza domestika li hawn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tikri numru ta’ residenzi lil għaqdiet volontarji li joffru servizz ta’ shelter lil persuni li jkunu sofrew minn vjolenza domestika. Dawn ir-residenzi jinkrew bi prezz sussidjat.

San Ġiljan u Paceville – persuni taħt l-età fi stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3867, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid il-pulizija kemm sabu persuni taħt l-età fi stabbilimenti ġewwa Paceville u San Ġiljan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Diċembru 2022 il-pulizija tad-distrett ma kellhomx sitwazzjonijiet fejn sabu persuni taħt l-età f’xi stabbilimenti ġewwa Paceville u San Ġiljan.

Animal Welfare Officers — Ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 2811, 3428, 3643 u 3822, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid min hi l-persuna li tpoġġiet tmexxi din it-taqsima u xi kwalifiċi għandha? Jista' jgħid ma’ liema dipartiment suppost hija impjegata din il-persuna? Jista' jgħid b'mod speċifiku kemm hemm Animal Welfare Officers f'din it-taqsima? Jista' jgħid xi grad għandhom it-tliet ħaddiema klerikali li hemm f'din it-taqsima?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma ngħad fir-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet 2811, 3428, 3643 u 3822, din is-sezzjoni taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tad-direttur ta’ EkoGħawdex. L-uffiċjali li jaħdmu f’din it-taqsima huma impjegati mal-Ministeru għal Għawdex jew huma impjegati tal-Community Workers Scheme. L-informazzjoni l-oħra mitluba ġiet provduta fl-erba’ tweġibiet l-oħra kollha u l-grad li għandhom dawn it-tliet uffiċjali jippermetti li jsir ix-xogħol amministrattiv u klerikali kollu li jkun hemm bżonn.

Għawdex – Korsa taż-Żwiemel Ta’ Xħajma – twaqqigħ ta’ numru ta’ stallel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3630 u 3821: B'referenza għax-xogħlijiet ta' twaqqigħ ta' numru ta' stallel taż-żwiemel fil-Korsa taż-Żwiemel f'Ta’ Xħajma, minħabba li ngħad li kienu f'qagħda perikoluża li iżda sal-ġurnata qabel twaqqgħu kienu għadhom qed jintużaw mis-sidien taż-żwiemel biex fihom ipoġġu ż-żwiemel tagħhom qabel u wara t-tiġrijiet, jista' l-Ministru jgħid dan ix-xogħol kienx kopert bil-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar permezz ta’ applikazzjoni ta' Dangerous Structures (DS) u jekk iva, iqiegħed kopja ta' dan il-permess fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol ta' twaqqigħ, kif intgħażel u kemm ġie jiswa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 3630 fejn diġà tajtu l-ispjegazzjoni mitluba rigward it-tneħħija tal-periklu. It-tneħħija tal-periklu saret taħt s-superviżjoni ta’ perit tal-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li l-eżekuzzjoni saret mill-Awtorità kkonċernata.

Rziezet ta’ ngħaġ u/jew mogħoż reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm irziezet tan-nagħaġ u/jew mogħoż reġistrati f'Għawdex? Jista' jagħti kemm hemm minn dawn l-irziezet f'kull lokalità f'Għawdex? Jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' nagħaġ u/jew mogħoż li kull wieħed minn dawn l-irziezet jista' jżomm?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Għawdex hemm 403 irziezet liċenzjati tan-nagħaġ u 223 razzett liċenzjat tal-mogħoż skont it-tabella segwenti. Irziezet tan-Nagħaġ Lokalità Irziezet tal-Mogħoż Lokalità GOZO Gozo 8 Fontana 7 Fontana 26 Għajnsielem 10 Għajnsielem 26 Għarb 6 Għarb 9 Għasri 6 Għasri 25 Kerċem 15 Kerċem 1 Marsalforn 2 Marsalforn 12 Munxar 8 Munxar 68 Nadur 30 Nadur 24 Qala 14 Qala 8 San Lawrnez 5 San Lawrenz 30 Sannat 20 Sannat 38 Rabat 24 Rabat 52 Xagħra 27 Xagħra 64 Xewkija 43 Xewkija 12 Żebbuġ 6 Żebbuġ 403 223

Ministeru għal Għawdex – lista ta’ Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4041 u jgħid meta ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern il-listi ta' Direct Orders dipartimentali mogħtija mid-direttorati u diviżjonijiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta’ Ġunju 2021 u bejn l-1 ta' Lulju 2019 u t-30 ta' Diċembru 2021 skont l-Artikolu 111(2) tar-Regolamenti tal-2016 dwar il-Kuntratti Pubbliċi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-listi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata perjodikament fuq il-gazzetta tal-Gvern. Qed inpoġġi kopji fuq il-Mejda tal-Kamra, imma għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni jista’ jsibha online u b’hekk niffrankaw kemm il-ħin kif ukoll il-karti.

Għawdex – Skejjel Primarji ta’ Kerċem, Żebbuġ, Għarb u diversi skejjel oħra – xogħol ta’ tisbiħ u modernizzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3647 u 4088 u jgħid matul is-sena 2022 sal-lum kemm kienet in-nefqa: a. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja ta' Kerċem; b. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja taż-Żebbuġ; ċ. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja tal-Għarb; d. fuq it-tisbiħ ta' diversi faċċati ta' diversi skejjel f'Għawdex? F'kull każ, jista' jagħti data meta se jkun lest ix-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex minn l-elezzjoni 'l hawn ingħata r-responsabbiltà tal-iskejjel f’Għawdex. Preżentament għaddejjin xogħlijiet maġġuri fuq l-iskola primarja l-ġdida tar-Rabat, Għawdex b’investiment kapitali ta’ aktar minn €16-il miljun u kif ukoll fl-iskola primarja tan-Nadur fejn ninsab ċert li jaf x’jikkonsistu x-xogħlijiet u li fuq din l-iskola qed jiġu investiti mal-ħames miljun Ewro . Kif għamilna suċċess fil-qasam tal-infrastruttura ta’ gżiritna wara ħamsa u għoxrin sena ta’ telqa minn Gvern Nazzjonalista, hekk sa ngħamlu wkoll fejn jidħlu l-iskejjel tagħna fejn dawn ukoll wara ħamsa u għoxrin sena ġew mitluqa taħt Gvern Nazzjonalista.

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema fi grad mediku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4042 u jgħid kemm kien hemm impjegati mediċi (Allied Health Practitioner, Senior ECG technician, Enrolled Nurse, Nursing Aide, Health Assistant eċċ.) impjegati fuq il-kotba tal-Ministeru, u fejn qed jaħdmu, maqsuma sena b'sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm kien hemm minn dawn il-ħaddiema li bla ma ħarġet sejħa, inqalbu minn grad Mediku għal grad Industrijali jew Tekniku? Jista’ jispjega x'inhu l-proċess biex wieħed jaqleb minn grad Mediku għal grad Tekniku jew Industrijali mingħajr ma toħroġ sejħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Negozji b’tender mal-Gvern – impjegati — transfers

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid x’azzjoni qed issir biex ikun żgurat li jekk ikun hemm trasferiment ta’ negozju b’tender tal-Gvern, l-impjegati kollha jiġu trasferiti bl-istess paga, kundizzjonijiet tax-xogħol u sinjorità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali jsegwi l-proċess ta’ kull trasferiment ta’ negozju li jiġi reġistrat mal-istess Dipartiment sabiex ikun żgurat li l-provedimenti kkontemplati fil-liġi li tirregola trasferiment ta’ negozju jiġu osservati u li l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ma jiġux mittiefsa.

Impjegati – transfers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ebda impjegat ma ġie trasferit lill-employer ġdid bl-istess kundizzjonijiet jew xogħol minħabba trasferiment ta' negozju fir-rigward ta' xi tender tal-Gvern li biddel l-employer li rebaħ l-offerta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Impjegati – transfers

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jikkonferma li ebda impjegat ma ġie trasferit lill-employer ġdid bl-istess kundizzjonijiet jew xogħol minħabba trasferiment ta' negozju fir-rigward ta' xi tender tal-Gvern li biddel l-employer li rebaħ l-offerta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Liġi tax-Xogħol, Kap 452 tal-Liġijiet ta’ Malta tirregola Transferiment ta’ Negozju u tistipula li meta impjegat jiġi trasferit, dan għandu jiġi trasferit bl-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol.

Ħaddiema impjegati fi strutturi governattivi u s-settur pubbliku — pagi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kull impjegat li jaħdem fi ħdan l-istrutturi governattivi u s-settur pubbliku u li jagħmel l-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, jitħallasx l-istess paga?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema impjegati fi strutturi governattivi u s-settur pubbliku — pagi

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk kull impjegat li jaħdem fi ħdan l-istrutturi governattivi u s-settur pubbliku u li jagħmel l-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, jitħallasx l-istess paga?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Airmalta Ground Handling – ħaddiema sekondatati u ħaddiema li rtiraw kmieni u volontarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati fl-Air Malta Ground Handling ġew issekondati, kemm ingħataw irtirar kmieni u kemm irtiraw volontarju? Jista' jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema mal-kumpanija l-ġdida tal-ground handling mqabbda mal-Air Malta u jekk dawn għandhomx jiżdiedu u b'kemm?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema fl-Air Malta Ground Handling li applikaw għall-Iskema ta’ Trasferiment tal-Impjegati Volontarji (VETS), li kienet tnediet f’Jannar 2022, kien ta’ 339. Minn dawn 159 ingħataw xogħol ieħor filwaqt li 180 ingħataw irtirar voluntarju kmieni. Il-kumpanija Aviation Services Handling Services Limited mistennija timpiega madwar 110 full-time employees (FTEs). M'hemm l-ebda eks ħaddiema tal-Air Malta Ground Handling li ġew impjegati minn Aviation Services Handling Services Limited.