Fgura – Triq l-Għollieq u Triq Ħaż-Żabbar – każ ta’ azzjoni ta’ infurzar
Question
Fid-dawl li l-azzjoni ta' infurzar li rreferejt għaliha fil-mistoqsija parlamentari 5199 ma titrattax dwar il-ħitan "temporanji", imma dwar il-fatt li fil-pjanti marbutin mal-permess li nħareġ, l-iżvilupp ħareġ 'il barra mil-linji tal-"istreet alignment" li kien hemm annessi mal-mistoqsija parlamentari, jista' l-Ministru jispjega kif il-permess ġie approvat bi żvilupp 'il barra mill-"istreet alignment"? Jista' jgħid ukoll s'issa x'azzjoni ttieħdet marbuta mal-claim għal infurzar li d-dettalji dwarha kienu ngħataw separatament mal-mistoqsija parlamentari 5199? Jista' jagħti garanzija li l-Gvern u l-Awtorità se jaraw li ma jsirx abbuż mill-iżviluppatur u l-aċċess minn Triq l-Għollieq għal Triq Ħaż-Żabbar se jibqa' aċċessibbli għall-pubbliku kif dejjem kien u kif juri l-"istreet alignment"?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1623 u 1966 u jgħid kemm ġew ikkonfiskati annimali minn Mejju, 2021 u li ġew addottati qabel bdew il-proċeduri fil-qrati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2542 u jagħti l-persentaġġ tal-ħaddiema fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura li ilhom jaħdmu f’dawn l-aħħar ħames snin f’dan id-Dipartiment? X’qed isir biex l-għarfien u l-esperjenza li tinkiseb mill-istess ħaddiema tibqa’ miżmuma fid-Dipartiment, bil-għan li nibżgħu għar-riżorsi marittimi (ħut) li Malta mdawra bih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 40% tal-ħaddiema kurrenti fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura li ilhom jaħdmu f’dawn l-aħħar ħames snin jew aktar. Immexxija b’ SOP’S aggornati u imtejba, għarfien u l-esperjenza li jikbsu l-ħaddiema tibqa’ miżmuma billi jinżamm ambjent ta’ xogħol san u interresanti kemm jista’ jkun. Madankollu ninsab persważ li l-Onor. Interpellant jifhem li hawn ħafna opportunitajiet ta’ xogħol u għaldaqstant wieħed ma jistax jinnega l-opportunita’ lil uffiċjala li jagħżlu li jibdew impjieg ieħor. F’dawn il-każijiet, il-ħaddiema huma suġġetti għal perjodu ta’ avviż ta’ terminazzjoni ta’ impjieg kif stipulat fil-PSMC, fejn tkun tista’ ssir il-handover.
Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali – multi amministrattivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1552 u 1959 u jgħid kemm ħareġ multi amministrattivi d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali minn Ottubru 2021 sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Pulizija – tfal u żgħażagħ li ġew deportati minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal u żgħażagħ sa 18-il sena li ġew deportati minn Malta matul l-aħħar 12-il xahar? X kienet ir-raġuni għal din id-deportazzjoni u, f'kull każ, lejn liema pajjiż ġew deportati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-awtoritajiet ma jirritornawx minuri sakemm dawn ma jkollhomx is-salvagwardji u l-protezzjoni meħtieġa fil-pajjiż tal-oriġinu. Infurmat li ma kien hemm l-ebda deportazzjoni ta' minuri fl-2022. Kien hemm każ wieħed ta' ripatrijazzjoni ta' żewġt itfal fejn missierhom, li kien qed joqgħod Malta mingħajr permess, talab l-għajnuna tal-awtoritajiet sabiex jirritornaw volontarjament lura s-Serbja flimkien.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – ġbir ta’ skart mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5186, billi l-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ilhom żmien, f'ċertu lokalitajiet, iduru t-toroq u jiġbru dak l-iskart li ma jkunx inġabar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dak il-ġbir issa hux se jieqaf minħabba l-iskeda l-ġdida tal-ġbir tal-iskart?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li s-servizz ta’ ġbir ta’ skart addizzjonali li qed toffri d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni huwa temporanju sakemm tindara l-bidla fl-iskeda l-ġdida ta’ ġbir ta’ skart.
Naxxar – breakwater in-naħa tas-Salina — manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-breakwater (mibni b'ġebel kbir) li hemm fit-tarf tal-kanal li jdawwar is-salini tal-melħ, in-naħa tas-Salina, Naxxar, jiġi rranġat qabel ma jitfarrak għalkollox?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5379 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ spezzjonijiet isiru fuq il-prodotti li jiddaħħlu l-Pitkalija biex jiġi assigurat li l-prodott agrikolu li jiddaħħal fil-Pitkalija jkun imkabbar fl-għelieqi f’Malta u Għawdex u mhux f’xi pajjiż ieħor?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li twaqqfet l-Unita’ tas-Sorveljanza f’Ġunju tal-2022, il-prodotti agrikoli li jiddaħħlu għall-bejgħ fil-Pitkalija huma soġġetti għall-spezzjonijiet mill-uffiċjala ta’ l-istess Unita’. Kontinwament isiru spezzjonijiet ta’ rutina fil-Pitkalija u kif ukoll fl-għelieqi f’Malta u f’Għawdex fejn jitkabbru l-prodotti agrikoli. Grazzi għall-aċċess għall-informazzjoni, l-uffiċjala għandhom il-faċilita’ meħtieġa li jqabblu l-kwantita' u t-tip ta’ prodott. Matul dawn l-aħħar sitt xhur li ilha imwaqqfa din l-Unita’, saru ‘il fuq minn mitejn spezzjoni fil-Pitkalija u għand il-bdiewa. Dan l-ewwel perjodu mit-twaqqif tal-Unita’ tas-Sorveljanza huwa importanti biex jitkompla t-taħriġ tal-uffiċjala u titkabbar l-esperjenza fin-natura partikolari tax-xogħol.
Pitkalija – bejgħ ta’ prodotti agrikoli mhux imkabbra f’Malta – każijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi fejn ittieħdu passi kontra persuni li ppruvaw ibiegħu fil-pitkalija prodotti agrikoli mhux imkabbra f’Malta? Jekk kien hemm każi simili, x’passi ttieħdu fil-konfront tal-persuni involuti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm numru ta’ każijiet li ġew segwiti iktar mill-qrib u tkompliet iktar investigazzjoni, għalkemm sa llum ma kien hemm l-ebda każ ikkonfermat. Ta’ min wieħed jgħid li permezz tal-ħidma viġilanti tagħha, l- Unita’ tas-Sorveljanza qed twassal messaġġ ċar li l-kontrolli u l-verifiki qed isiru kontinwament. Fejn ikun meħtieġ lil-Malta Food Agency ser tkun qed timplimenta l-miżuri maħruġa mill-liġijiet rispettivi u l-proċeduri interni stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Ġnien Lorry Sant f’Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid, ix-xogħlijiet fi Ġnien Lorry Sant jinsab fi stadju avvanzat ferm tant li bħalissa qed jasal fi tmiemu ix-xogħol fuq il-ġebla Maltija li biha huwa imdawwar il-ġnien, kif ukoll waslu minn barra mat-80% tal-pjanti u siġar ġodda li ser jitħawwlu.
Barra minn hekk, infurmat li ġew ppreparati il-planters kollha sabiex ikun jista jibda t-tħawwil fil-ġimgħat li ġejjin.
Infurmat wkoll li sar xogħol ta’ preparamenti relatati mas-sistema tad-drip irrigation u għad-dwal.
Finalment, infurmat li meta dan kollu jitlesta, jkun għad fadal biss il-pavimentar xi jsir u b’hekk jaslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet.
Il-Belt Vallettta – Triq San Ġwann u Strada Stretta – tiswijiet fiċ-ċangatura tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min ikun qiegħed jagħmel użu minnha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Raħal Ġdid – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti Raħal Ġdid u jistax jindika wkoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Raħal Ġdid, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Raħal Ġdid
Irġiel
Nisa
Total
SA/SUP/UA
39
138
177
SUA
65
13
78
Total
104
151
255
SA – Għajnuna Soċjali
SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet
UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad
SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.
Appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2022 u jista’ jgħid ukoll kemm appelli ġew deċiżi jew irtirati tul l-istess sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Appelli
Diċembru 2022
Appelli pendenti sa Diċembru 2022
753*
Appelli deċiżi sa Diċembru 2022
341
Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Diċembru 2022
278
Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Diċembru 2022
202
*minnhom 306 huma appelli li diġa bdew jinstemgħu
Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann u Strada Stretta – tiswijiet fiċ-ċangatura tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min jkun qiegħed jagħmel użu minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li minhabba li ċ-ċangaturi msemmija sfrondaw wara li kien sar xogħol mill-Gvern Ċentrali, l-Kunsill għamel pressjoni mal-entita kkoncernata biex isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija.
Infurmat ukoll li din it-triq hi indikata bħala triq ta’ prjorita’ biex tissewwa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4902 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4732, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Ibbażat fuq l-Art. 26 tal-UNCRPD, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li l-professjonisti tas-saħħa tagħna, ir-rewmatisti u n-newroloġisti qed ikomplu t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħhom dwar il-Fibromyalgia u l-ME? Kemm qed jinvesti l-istat f’taħriġ kontinwu lill-professjonisti kollha fuq mard debilitanti bħal dan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fil-komunità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt sar għall-iskema fejn jiġu rranġati residenzi privati u offruti għal skop ta’ housing soċjali mill-2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2019 sal-lum* l-Awtorità tad-Djar approvat 18-il applikazzjoni ta’ din ix-xorta permezz tal-iskema Restawr ta’ Djar Battala.
*sas-16 ta’ Jannar 2023
Awtorità tad-Djar – Skema Nikru biex Nassistu – numru ta’ applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-iskema “Nikru biex Nassistu” fis-snin 2019, 2020, 2021 u 2022? F’liema lokalitajiet jinsabu u jekk sarux kuntratti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar – Skema Nikru biex Nassistu – lift mhux provdut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar krietx appartamenti mis-settur privat fl-iskema “Nikru biex Nassistu”, li ma jkunx provdut lift fil-komun matul is-snin 2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm-il appartament inkera sena b’sena u l-lokalità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar kriet 41 appartament li jinsabu f’binja mingħajr lift kif indikat fit-tabella segwenti.
Lokalità
2020
2021
2022
Birżebbuġa
2
0
0
Għajnsielem Għawdex
2
0
0
Mellieħa
0
1
0
Munxar Għawdex (inc Xlendi)
4
0
0
Naxxar
0
0
1
Qala Għawdex
2
0
0
Qormi
0
2
1
Rabat
1
0
0
San Ġwann
0
0
1
Santa Venera
0
6
0
Siġġiewi
1
0
0
Wied il-Għajn
2
4
2
Xagħra Għawdex
1
0
0
Xgħajra
1
0
0
Żebbuġ
0
0
1
Żebbuġ Għawdex (inc Marsalforn)
5
0
0
Żurrieq
0
0
1
Total :
21
13
7
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il akkomodazzjoni soċjali ngħatat minn Ottubru 2021 sa Marzu 2022 u minn April 2022 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.