Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta Aviation Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus fil-kumpanija Air Malta Aviation Services mwaqqfa minn ex Ministruli d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Jista' jagħti rendikont dettaljat fejn dawn il-fondi kienu użati u għal xiex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’din il-kumpanija ġew investiti 5.02 miljun.

Air Malta Aviation Services – investigazzjoni għal użu ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed issir investigazzjoni b’rabta mal-użu ta’ fondi użati għall-kumpanija Air Malta Aviation Services? Jista’ jgħid jekk ingħatax lill-Kummissarju tal-Pulizija għal aktar investigazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda investigazzjoni b’rabta mal-uzu ta’ fondi uzati għall-kumpanija Airmalta Aviation Services.

Ħaddiema ta’ Platform

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati bħala ħaddiema tal-platform f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma ta' nazzjonalità Maltija? Kemm huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi? Kemm huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni ta’ kemm hawn ħaddiema li joffru servizz/xogħol fuq pjattaforma diġitali (platform) f'Malta u Għawdex.

Forzi Armati ta' Malta — Informazzjoni

Question

B'referenza għall-Forzi Armati ta' Malta (AFM), jista' l-Ministru jgħid: a. kemm kien hemm patrol boats jew bastimenti simili li attwalment qed jiġu użati mill-maritime squadron tal-AFM u f’kull każ kemm ilhom fis-servizz; b. jekk l-AFM għandhiex armoured vehicles – jekk iva kemm hemm u jistax jagħti deskrizzjoni ta’ kull vettura; ċ. kemm hemm nisa li huma suldati fi ħdan l-AFM u dan skont ir-rank tagħhom; u d. kemm attwalment hemm avukati impjegati mal-AFM u f’kull każ x’inhu r-rank tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi: a. L-Iskwadra Marittima topera b’numru ta’ laneċ li huma ta’ l-istess klassi, jew klassi simili. Fost dawn insibu: § Melita I u Melita II (Supervittora 800 Class Search & Rescue Launches) – li żdiedu mal-flotta fl-1998, u fl-2011 saritilhom mid-life upgrade; § P51 u P52 (Protector Class) – li żdiedu mal-flotta fl-2002 u fl-2004 rispettivament; § P21, P22, P23 u P24 (Austal Class) – li żdiedu mal-flotta fl-2010; § P02, P03 u P04 (Boomeranger) – li bdew joperaw fl-2012; § P05 u P06 (Defender Class) – li bdew joperaw fl-2014; § P61 – li waslet ġewwa Malta fl-2005 u fil-2016 saritilha upgrade; § P71 – li waslet ġewwa Malta fil-2022 u bħalissa għaddejjin it-tħejjijiet biex tibda topera fil-futur qarib. b. Il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) m’għandhiex armoured vehicles fi ħdanha; c. Fi ħdan il-FAM hemm mija wieħed u għoxrin (121) mara kif jidhru hawn taħt; Rank Numru ta’ Nisa Corp Lt Col 1 Officer Maj 2 Officer Capt 2 Officer Lieut 9 Officer 2Lt 1 Officer WO1 1 Other Rank WO2 1 Other Rank SSgt 4 Other Rank Sgt 2 Other Rank Bdr 22 Other Rank LBdr 20 Other Rank Gnr 48 Other Rank WO2 3 VRF/FS SSGT 1 VRF/FS BDR 2 VRF/FS LBdr 1 VRF Gnr 1 VRF d. Il-FAM għandha żewġ (2) avukati mpjegati magħha fir-rank li jidher hawn taħt; Rank Numru t’Avukati Corp Lt Col 1 Officer Capt 1 Officer

Qorti – rikorsi ġuramentati ta’ separazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi ġuramentati ta’ separazzjoni fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew deċiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ Malta ġew ippreżentati 106 kawżi ta’ separazzjoni li minnhom 99 għadhom pendenti u 7 ġew deċiżi. Filwaqt li fil-Qrati ta’ Għawdex ġew ippreżentati 39 kawża ta’ separazzjoni li 25 minnhom għadhom pendenti u 14 ġew deċiżi. Apparti dawn, ġew ippreżentati 327 kawża bonarja f'Malta, li minnhom 309 ġew itterminati u 18 għadom pendenti, filwaqt li f'Għawdex ġew ippreżentati 15 -il kawża bonarja, li minnhom 8 ġew itterminati u 7 għadom pendenti.

Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ każijiet ta’ ġlied f’postijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet ta’ ġlied f'postijiet pubbliċi li fihom intervjeniet il-Pulizija matul l-aħħar 12-il xahar fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar separatament għal kull lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sistema elettronika tal-Pulzija informazzjoni relatata ma ġlied tidħol taħt kategoriji ta’ ‘Ksur ta’ l-Ordni u Paċi Pubblika - Argument’, li barra ġlied tinkludi wkoll argumenti verbali u/jew fiżiċi. Meta dawn il-każi jinvolvu xi ferimenti, dawn jidħlu taħt il-kategorija ta’ ‘Offiżi fuq il-persuna’. Fis-sistema l-figuri jirreferu għal kull rapport li setgħa seħħ f’kull post, inkluż fid-djar privati, u mhux f’postijiet pubbliċi biss. It-tabella hawn taħt tiġbor dawn id-dettalji: Kazijiet ta’ Offiżi fuq il-persuna rrapurtati fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Mġarr, Naxxar u San Pawl il-Baħar – Sena 2022 Kategorija tar-reat Sotto-Kategorija Mellieħa Mġarr Naxxar San Pawl il-Baħar Total Offiżi fuq il-persuna’ Feriti gravi bil-forza fiżika 0 0 1 10 11 Feriti gravi b’armi rregolari 2 0 0 3 5 Feriti gravi b’armi regolari 1 0 0 0 1 Feriti ħfief bil-forza fiżika 5 3 10 52 70 Feriti ħfief b’armi rregolari 1 1 1 8 11 Feriti ħfief b’armi regolari 0 0 0 1 1 Total 9 4 12 74 99 Ksur ta’Paċi u Ordni Pubblika - Argument fil-Mellieħa, Mġarr, Naxxar u San Pawl il- Baħar - sena 2022 Klassi tal-Inċident Sotto Klassi Mellieħa Mġarr Naxxar San Pawl il-Baħar Total Ksur ta’ Paċi Pubblika Argument 2 0 7 19 28 Total 2 0 7 19 28

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerkja u l-Innovazzjoni — remote working

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 5211.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — remote working

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 1 - laqgħat pubbliċi

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 1) kien li ser jinżammu laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru minn dawn il-laqgħat pubbliċi u jekk iva, meta, fejn u ma’ min kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3962.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 1 - feedback mill-pubbliku

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 1) kien li ser jisma’ u jieħu feedback mill-pubbliku dwar is-servizz tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid kif ħa feedback mingħand il-pubbliku u jekk implimentax xi forma ta’ pjattaforma fejn il-pubbliku jista' jibghat dan il-feedback?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3963.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 1 - Quality Service Charter Document

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 1) kien li ser jibda proċess biex isir Quality Service Charter Document bil-għan li s-servizz tal-Pulizija ikun iktar immirat biex jaqdi ċ-ċittadin, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan id-dokument tlestiex u jekk iva, iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3964

Korp tal-Pulizja — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 2 - Performance Targets

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 2) kien li ser jibdew isiru performance goals fuq kull sezzjoni tal-Pulizija u li l-għan ta’ dawn it-targets huwa li l-pulizija jkunu iktar responsabbli u accountable, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-performance goals sarux fid-diversi sezzjonijiet tal-pulizija? Dawn kif jinħadmu? Hemm xi dokument li jispjega dan? U jekk hemm dokument, jista' jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3965.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 2 - performance

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 2) kien li ser jibda jippubblika numru ta’ rapporti u statistiċi fuq il-performance tal-pulizija f’Malta, jista’ l-Ministru jekk dawn ir-rapporti ġewx ippubblikati fuq il-website tal-pulizija Maltija? Jekk iva, f’liema sena ġew ippubblikati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3966.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 2 - miżuri ta' qaulity control

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 2) kien li ser jimplimenta miżuri ta’ "Quality Control" madwar il-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-proċeduri u miżuri ta’ Quality Control ġewx implimentati fis-sezzjonijiet kollha tal-Korp? Jekk iva, kif qed jiġu implimentati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3967.

Għawdex – Triq Ġdida fi Triq l-Ewropa — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex New Street ġewwa Triq l-Ewropa titranġa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq din it-Triq huwa parti mill-Proġett ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Marsalforn. Bħalissa il-proċess huwa wieqaf peress li hemm appell quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar.

Skejjel tal-Knisja – Laboratory Technicians — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4840 u 4901 u jgħid jekk hux qegħdin isiru diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians fl-Iskejjel tal-Knisja jingħataw il-promozzjonijiet ta' ATO, TO, STO u PTO bħall-Iskejjel tal-Gvern? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet neċessarji għadhom għaddejin.

Għawdex – Għoti ta’ fondi għal diversi programmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4382 u jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksubin minn Għawdex taħt dawn il-programmi: - Programm ta' Koeżjoni; - ERDF; - ESF; - Agrikoltura; u - Sajd? Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tinsab fit-tabella, hawn taħt. Għawdex- Għoti tà Fondi għal Diversi Programmi Isem tal-Fond Fondi Kommessi/ Imħallsa Persentaġġ tà Fondi miksuba minn Għawdex Cohesion Fund €23,140,063.58 9.60% ERDF €46,836,291.73 7.09% ESF( excluding the Wage Subsidy Scheme) €18,257,071.07 11.49% EAFRD €35,667,957.0 18.19% EMFAF €4,948,269.85 21.87%

Għoti ta’ fondi għal diversi programmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4381 u jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksuba minn Għawdex taħt dawn il-programmi: - Programm ta' Koeżjoni; - ERDF; - ESF; - Agrikultura; u - Sajd? Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Għawdex huwa ntitolat għal 10% tal-allokazzjoni tal-fondi tal-Cohesion Fund (CF), il-European Regional Development Fund (ERDF) u l-European Social Fund + (ESF+) tal-programm il-ġdid 2021-2027. Il-Ministeru għal Għawdex jista’ japplika taħt is-sejħiet, bi proposti għal proġetti taħt il-programmi msemmija (CF, ERDF, ESF+, EAFRD, EMFAF), hekk kif l-Awtorita’ ta’ Ġestjoni toħroġ is-sejħiet rispettivi