Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet li jridu jagħmlu exchange? Jekk iva, kemm-il talba hemm? Dawn l-exchanges huma parti mil-lista ta’ stennija, kif kien isir qabel l-2013?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum il-ġurnata hemm 487 li qegħdin joqogħdu f’akkomodazzjoni soċjali tal-Gvern u jixtiequ jbiddlu l-proprjetà li bħalissa jinsabu fiha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ żgumbrament quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera? Jista’ jgħid kemm intlaqgħu talbiet minn dawn il-każijiet u ġie ordnat l-iżgumbrament tal-inkwilin minn wara l-elezzjoni ġenerali tal-2022 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Bord li Jirregola l-Kera huwa parti mill-Qrati tal-Ġustizzja. Minn Ġunju 2021 sa issa* 12-il inkwilin li jgħixu f’kirja protetta u kellhom kawża ta’ żgumbrament quddiem il-Bord imsemmi talbu li jiġu assistiti minn avukat imqabbad mill-Awtorità tad-Djar.
*23 ta’ Jannar 2023
Ir-Rabat Għawdex – Taċ-Ċawla – proġett ta’ bini ta’ housing
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett ta’ bini għal skop ta' housing ġewwa Taċ-Ċawla r-Rabat, Għawdex li kien issemma fl-2019 u jekk dawn jaqgħux taħt l-Awtorità tad-Djar jew jekk hux taħt il-Ministeru f’Għawdex?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tikseb ir-residenzi meħtieġa sabiex tkun tista’ taqdi t-talbiet għal akkomodazzjoni soċjali minn diversi sorsi. Preżentement id-domanda qed tiġi akkomodata mingħajr il-ħtieġa li jinbnew residenzi ġodda permezz ta’ inizjattivi bħal kiri ta’ residenzi ġodda, għajnuna finanzjarja għal restawr ta’ djar battala u azzjoni ta’ infurzar f’residenzi mikrija.
Qrati – Magisterial Inquiries dwar inċidenti fuq il-postijiet ta’ kostruzzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3954, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iwassal għal dan id-dewmien? Jista’ jagħti data meta dawn ser jingħalqu biex b’hekk issir ġustizzja? Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min huma dawn il-każijiet pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid minn liema nazzjonalità kienu l-vittmi ta’ dawn l-inċidenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ai termini tal-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali, ‘l-atti u d-dokumenti tal-Qorti ta’ Ġustizzja Kriminal ma jistgħu jintwerew lil ħadd’, mgħadud ma dan, l-inkjesta maġisterjali hija minnha nnifisha investigazzjoni u għaldaqstant, l-kontenut tagħha jkun disponibbili biss għall-Maġistrat Inkwirenti u l-Avukat Ġenerali. Għall-dawn ir-raġunijiet, l-informazzjoni rikjesta’ ma tistax tiġi prodotta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3956, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni rrapportati u jekk kienx hemm imwiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4043, fejn il-Ministru qal li “l-operant jopera fiż-żona konċessa matul il-ħinijiet stabbiliti”, jista’ l-Ministru jindika fuq site plan liema hija din iż-żona konċessa?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4046, fejn il-Ministru qal li “saret estensjoni temporanja (2022) tal-kuntratti preċedenti”, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-“kuntratti preċedenti”?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – għajnuna lil clubs tal-waterpolo
Question
Fid-dawl tal-ħsarat kbar li ġarrbu diversi għaqdiet sportivi tal-waterpolo, fosthom dawk ġewwa ta’ Tas-Sliema, Exiles u San Ġiljan, minħabba l-maltemp kbir li kellna dan l-aħħar, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Ministeru jgħin b’mod finanzarju jew modi oħra lil dawn il-clubs biex jagħmel tajjeb għal ħsarat li ġarrbu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Sport Malta tgħin lill-klabbs kollha, nkluż dawk imsemmija, matul is-sena kollha mhux meta jkun maltemp biss.
Individwi/ditti li jipprovdu servizzi professjonali lill-Awtorità tal-Ippjanar u lill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-individwi u/jew ditti li jipprovdu servizzi professjonali lill-Awtorità tal-Ippjanar u/jew il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-segwenti dokumenti:
- termini ta’ riferiment għal proviżjoni ta’ servizzi reżi;
- ftehim u/jew kuntratti; u
- invoices u riċevuti in konnessjoni mas-servizzi reżi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika d-domanda tiegħu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fid-dettall rigward id-Direct Order: 'NEGOTIATED PROCEDURE FOR EMERGENCY CIVIL WORKS AT GCOL RENTED PREMISES SITUATED AT TA’ MIEMA, SHORE STREET, MĠARR, GOZO' (CfT CA Unique ID: GCOL NP-01) li ħarġet fis-7 ta' Jannar 2022 mill-Ministeru għal Għawdex? Jista’ l-Ministru jikkonferma li din id-direct order għal xogħol ta' emerġenza, ħarġet għaliex is-sit mikri għandu problemi ta' stabilità li qed iżommlu x-xogħol ta' finitura tiegħu? Jista jgħid kemm se jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet rimedjali u li ħa jħallas għalihom il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-direct order ‘Negotiated Procedure for Emergency works at GCOL rented premises situated at Ta’ Miema, Shore street, Mgarr, Gozo’ inħarġet biex isir xogħol fis-sit li nkera biex jintuża bħala uffiċċju prinċipali tal-Gozo Channel. Il-valur ta’ dan ix-xogħol huwa ta’ €149,886.70 (VAT eskluż ), liema spejjeż se jitħallsu mill-kumpanija Gozo Channel u li tali spejjeż se jiġu ikkumpensati b’estenzjoni fil-kirja kif spjegat fil- mistoqsija parlamentari 2168.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-Master Plan tar-Ramla u jgħid ukoll meta nbeda dan il-Master Plan tar-Ramla (sena u xahar) u meta hu ppjanat li jiġi konkluż dan il-Master Plan? Jista’ jgħid fil-konkret x'sar matul is-sena 2022 rigward dan il-Master Plan u kemm intefqu flus matul din is-sena fuq dan il-Master Plan u għal xiex intefqu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma Lil Onorevoli Interpellant l-applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanjar PA 02977/22 qegħda tistenna ir-rakkomandazzjonit tal-Awtorita tal-Ippjanjar. In-nefqa għas-sena 2022 kienet ta’ Euro 2,450.
Servizz Pubbliku – ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3811 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2021 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il berġa tas-saħħa f'Għawdex hemm li qed jinfetħu għall-pubbliku u f’liema ħinijiet qed ikunu miftuħin għall-pubbliku? Jista' jgħid ukoll dawk il-bereġ li kienu jiffunzjonaw sa ftit żmien ilu u li issa ngħalqu, hux se jibqgħu jiffunzjonaw u jerġgħu jinfetħu? Jista' jgħid f’liema lokalitajiet kienu dawn il-bereġ li issa jinsabu magħluqin? Fil-każ tal-Berġa tan-Nadur li kienet fil-Pjazza San Pietru u San Pawl, jista' jgħid jekk il-binja ta' din il-berġa ngħatatx lura lis-sidien tagħha peress li din kienet fil-kera u jekk iva, fejn hu maħsub li ssir il-Berġa/Klinika fin-Nadur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 3628, fejn ġie spjegat li l-irwol il-ġdid tal-Kliniċi tal-Komunità.
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm għases tal-Pulizija fil-lokalitajiet f'Għawdex u kemm minn dawn qegħdin ikunu miftuħin għall-pubbliku u kemm le? Fil-każ tal-għassa tal-Pulizija tan-Nadur li kienet tinsab fi Pjazza San Pietru u San Pawl, jista' l-Ministru jgħid jekk din hux se terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku u jekk le, għaliex? Jista' jgħid jekk il-Korp għaddiex lura l-binja ta' din l-għassa lis-sidien, peress li din kienet fil-kera u jekk iva, fejn hu l-ħsieb li ssir l-għassa ġdida fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għall-din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Air Malta – ħlas għas-servizzi ġodda ta’ ground handling
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed tħallas l-Air Malta għal servizzi ġodda ta' ground handling Aviation Services Handling Services Limited?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-servizz il-ġdid ta’ ground handling li qed jiġi provvdut minn Aviation Services Handling Services Limited fl-ajruport ta’ Malta, l-Air Malta qiegħda tħallas il-prezz tas-suq li huwa komparabbli ma dak li l-Air Malta tħallas f’ajruporti oħra fl-Ewropa, u huwa inqas minn dak li l-Air Malta kienet qiegħda tħallas meta is-servizz tal-ground handling kien qiegħed jingħata in-house.
Air Malta – impjegati jew maniġer li huma azzjonisti fil-kumpanija ġdida tal-ground handling tal-Airmalta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk xi impjegat jew maniġer tal-Air Malta huwiex azzjonist tal-kumpanija l-ġdida tal-ground handling fl-Air Malta "Aviation Services Handling Services Limited"?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoil Interpellant illi ma hemm l-ebda impjegat jew maniġer tal-Air Malta li huwa azzjonist tal-kumpanija l-ġdida tal-ground handling Aviation Services Handling Services Limited.
Air Malta – shareholders li huma impjegati mal-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx shareholders li huma impjegati mal-Air Malta fi ħdan il-kumpanija Aviation Services Handling Services Limited li tipprovdi ground handling lill-Air Malta li qed jibbenefikaw finanzjarjament minn profitti li tagħmel din il-kumpanija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellan illi ma hemm l-ebda shareholders li huma impjegati mal-Air Malta fi ħdan il-kumpanija Aviation Services Handling Services Limited, li tipprovdi ground handling lill-Air Malta, u li qed jibbenefikaw finanzjarjament minn profitti li tagħmel din il-kumpanija