Awtorità tad-Djar – familji li jgħixu fi djar overcrowded jew substandard
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tikkunsidrax familji li jgħixu fi djar overcrowded jew fi djar substandard? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm familji f’units overcrowded u/jew substandards?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali hemm 274 applikant li jgħixu fi proprjetà overcrowded u 27 applikant li jgħixu fi proprjetà substandard.
Individwi/ditti li jipprovdu servizzi professjonali lill-Awtorità tat-Trasport, Infrastructure Malta u lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-individwi u/jew ditti li jipprovdu servizzi professjonali lill-Awtorità tat-Trasport, Infrastructure Malta u/jew il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-segwenti dokumenti:
- termini ta’ riferiment għal proviżjoni ta’ servizzi reżi;
- ftehim u/jew kuntratti; u
- invoices u riċevuti in konnessjoni tas-servizzi reżi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jispecifika l-informazzjoni li qed tintalab f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Sit elettroniku tal-eCourts – sentenzi ta’ vjolenza domestika mneħħija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn sentenza rigward vjolenza domestika (sew fejn l-imputat instab ħati u sew fejn ġie lliberat) tneħħiet mis-sit elettroniku tal-eCourts b'tali mod li l-pubbliku inġenerali m'għandux aċċess għas-sentenza?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Jannar 2022 sal-15 ta’ Diċembru 2022 ma kien hemm l-ebda talba sabiex sentenza relatata ma’ vjolenza domestika titneħħa mis-sit elettroniku tal-eCourts u għalhekk ma tneħħiet ebda sentenza f’dan ir-rigward.
Sa Maison – proprjetà pubblika okkupata minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid sa liema żmien l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jkompli jokkupa l-uffiċċju Sa Maison, liema uffiċċju huwa proprjetà tal-Gvern?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Awditur tal-Awtorità tal-Ippjanar, kemm jitħallas għal din il-kariga u liema kienu l-investigazzjonijiet li saru minnu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Waqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awditur Intern tal-Awtorità tal-Ippjanar jokkupa l-kariga li taqa’ fil-grad t’Assistent Direttur fl-istess Awtorità u għaldaqstant il-ħlas relattiv għal din il-kariga, hu dak ta’ salarju u benefiċċji applikabbli relatati, l-istess persuna taqdi wkoll il-funzjoni ta’ Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Awtorità, għal-liema funzjoni titħallas allowance separata.
Mhux f’loku li isem il-persuna jingħata pubblikament, iżda jekk l-Onorevoli interpellant irid, inkun nista’ ngħaddilu d-dettalji neċessarji, inkluż il-kwalifiċi tal-istess persuna. Inżid li minn mindu l-persuna bdiet tokkupa l-kariga, ħadet ħsieb disa’ investigazzjonijiet dwar każi separati.
Kumpaniji mhux imniżżla fuq il-Malta Business Registry
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx kumpaniji reġistrati hawn Malta li dwarhom ma teżisti ebda informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-Malta Business Registry?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull kumpanija reġistrata hawn Malta hija mdaħħla fuq il-portal online tal MBR. Il pubbliku jista jaċċessa l informazzjoni billi jirreġistra fuq is-sit jew mill-uffiċċji tal MBR.
American University of Malta – soċjetà li tmexxi din l-Università
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/ftehim/dikjarazzjoni illi bih is-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tmexxi l-American University of Malta (AUM) irrinunzjat għal porzjoni art f’Bormla magħrufa bħala Pjazza San Pawl, kif ukoll kopja tal-konċessjoni u ftehim viġenti bil-pjanti annessi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li d-dokument, li qed jirreferi għalih, hu diġà fil-pussess tal-Kamra tad-Deputati fejn tpoġġa fis-seduta 24 li saret nhar l-4 ta’ Lulju 2022.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx master plan jekk tsunami jolqot lil Malta? Hemm master plan iddedikat għal kull parti tal-gżejjer Maltin inkluż Għawdex? Hemm pjan għal siti sensittivi bħal Powerstation, Port Ħieles, Tanking taż-Żejt, Reverse Osmosis u siti oħra COMAH? Jekk iva meta ġew aġġornati l-aħħar? Hemm żmien speċifiku meta dawn jeħtieġ li jiġu riveduti skont id-Direttiva SEVESO?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-catering, inklużi ristoranti u lukandi li jaqilgħu aktar mill-paga medja skont l-aħħar statistika li ħarġet mill-NSO?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS).
Is-salarju inħadem abbazi tal-basic salary annuali (
average annual basic salary
). L-ammonti ma jinkludux dħul minn
overtime, bonuses
jew
allowances
.
In-numru ta’ impjegati li jaħdmu fis-settur tal-catering, inkluzi ristoranti u lukandi u li jaqilgħu aktar mill-paga medja fl-ewwel 9 xhur ta’ sena 2022 hu ta’ 2,367 persuna. Din tinkludi kemm impjegati li jaħdmu full-time u anke part-time jew full-time with reduced hours.
Din l-informazzjoni mhix disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm 225 ħaddiem taċ-Ċivil fid-dekasteru tal-Prim Ministru li għad għandhom vacation leave li ma kienx ġie użat sat-tmiem id-data tal-vacation leave.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Raba’ Bord tal-Inġustizzja li sar fi ħdan l-Armata ġiex konkluż? Meta beda dan u jekk mhux konkluż meta mistenni jiġi ffinalizzat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti. Ġew magħluqa tlett bordijiet ta' inġustizzji, u meta jkun konkluż ir-raba’ bord kulħadd ikun infurmat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ispejjeż tal-operat tal-FTS, jiġifieri kemm qed tħallas il-fondazzjoni għall-operat tagħha, kif ukoll kemm trid tħallas lill-banek?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tkun ippublikata fir-Rapport Annwali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’data dwar l-ambjent tal-baħar, Marine Environment, għandu l-gvern? Minn fejn inġabret id-data? Jista' jipprovdi d-data relatata mal-ambjent marittimu lill-Parlament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4984 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-'Preliminary Market Consultation' li ħarġet l-Aġenzija tal-Qrati 'Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court' li għalqet fis-6 ta' Jannar 2023? Jista’ jgħid kemm kien hemm u min kienu l-persuni jew kumpaniji li wrew interess? Jista’ jgħid issa xi jmiss isir?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li kien hemm 8 offerenti li bejniethom tefgħu numru ta’ proposti għal propjetà jew art li tista’ tiġi żviluppata f'Qorti għal Għawdex. Il-pass li jmiss issa hu li l-proposti mitfugħa jiġu evalwati u jitħejja rapport fuq dawn il-proposti.
Għawdex – skejjel li m'għandhomx is-servizz tal-lift u turġien ta’ emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skola f’Għawdex m’għandhiex is-servizz tal-lift u turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mhux għall-iskola b’mod ġenerali, iżda anke għal kull blokka fejn hu relevanti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li ngħataw promozzjoni fil-grad ta’ supervisor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu ta' Novembru sal-aħħar ta' Diċembru 2022, kemm kien hemm ħaddiema fil-Ministeru tiegħu li ngħataw promozzjoni fil-grad ta' supervisor, kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema Direttorat/Diviżjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qegħdin jaħdmu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-bidu ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 fil-Ministeru għal Għawdex kien hemm 38 ħaddiem li ngħataw promozzjoni fil-grad ta’ supervisor. Minn dawn kien hemm 36 li kienu diġa impjegati mal-Ministeru għal Għawdex u 2 li ġew trasferiti on appointment minn Ministeri oħra. Minn dawn hemm 23 irġiel u 15 nisa
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm drones irreġistrati ma’ Transport Malta? Jista’ jgħid matul l-2022 f’kemm-il każ ittieħdu passi legali kontra allegat ksur tal-liġijiet li jirregolaw l-użu tad-drones? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi kategorji ta’ drones li huma eżenti mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni u jekk iva, liema huma?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ir-regola tal-EASA, li daħlet fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020 u, tirrikjedi r-reġistrazzjoni tal-Operatur tad-Drone. Għaldaqstant hemm total ta’ 2700 operaturi rreġistrati ma’ Transport Malta, fuq is-sistema onlajn, li minnhom 950 irreġistraw matul l-2022. Għadhom ma ttieħdu l-ebda passi legali kontra ksur tal-liġijiet tad-drones. Drones li huma eżenti mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni huma dawk klassifikati bħala ‘toys’ skond id-direttiva 2009/48/EC kif ukoll dawk li jiżnu anqas minn 250g u m’għandhomx faċilita’ ta’ rrekordjar bħal kamera jew mikrofonu.
Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 3 - screening fuq membri tal-Korp tal-pulizija
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser jibda jsir "screening" kontinwu fuq kull membru fil-MPF (Malta Police Force) partikolarment fuq senior staff li huma inkarigati fuq investigazzjonijiet delikati, jista’ l-Ministru jgħid kif qed isir dan l-iscreening u minn min isir jekk isir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3968.
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser tibda titħaddem il-whistleblower policy biex il-Korp jissaħħaħ u li jkun hemm "zero tolerance" għal kull forma ta’ korruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-policy saritx u jekk iva jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3969.
Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 3 - screening kontra d-droga
Question
B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser jibda jkun hemm ‘screening’ kontra d-droga fuq kull membru fil-Korp, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet ta’ użu ta’ droga minn membri fil-Korp minn meta ddaħħal dan l-iscreening u x’tip ta’ droga nstabet kif ukoll x’passi ttieħdu kontra dawn il-pulizija u "staff" fi ħdan il-Korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3970.