Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-isptar il-ġdid imħabbar mill-Prim Ministru li ser ikun qed jinbeda f’San Vincenz de Paul huwiex ser ikun disponibbli għal anzjani li ma jkunux qed jirrisjedu f’San Vincenz de Paul stess?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li din il-faċilità hija maħsuba biex takkomoda anzjani mill-komunità u/jew pazjenti rikoverati l-isptar.
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettal fiex ser ikun qed jikkonsisti l-proġett ta’ sptar ġdid f’San Vincenz de Paul imħabbar mill-Prim Ministru? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikunu qegħdin jibdew ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett u meta ser ikun lest?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-proġett ta’ sptar il-ġdid f’San Vinċenz de Paul huwa maħsub bħala faċilità ta’ kura intermedjarja, li tipprovdi kura
step-up
u
step-down
. Dan ifisser li l-pazjenti li jkollhom bżonn perjodu ta’ rijabilitazzjoni jew assistenza medika wara/jew qabel li jkunu rikoverati fl-isptar prinċipali, ikunu jistgħu jirċievu kura intermedjarja f’din il-faċilità, sabiex jitħaffef ir-ritorn tagħhom lejn id-dar privata jew id-dar tal-anzjani fejn kienu jgħixu sabiex jitnaqqas il-pressjoni fuq l-isptar akut.
Il-proġett bħalissa jinsab fl-istadju ta’ preparazzjoni tat-tender, li mistenni jiġi ppubblikat fil-gimghat li gejjin. Ix-xogħlijiet se jibdew wara l-għoti tat-tender, u l-iskadenzi dettaljati għall-kostruzzjoni u t-tlestija jkunu magħrufa ladarba jitlesta dan il-proċess.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'Jobsplus jew f'xi entità oħra li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jinżammux rekords uffiċjali dwar il-ħiliet, kwalifiki u okkupazzjonijiet ta’:
ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs);
ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u
ċittadini Maltin?
Jekk iva, jista’ jippreżentahom f’tabella seperata b’numri u kategoriji ta’ ħiliet u okkupazzjonijiet identifikati li għandu l-Gvern?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li Jobsplus iżżomm informazzjoni dwar l-okkupazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Okkupazzjonijiet (ISCO). Din l-informazzjoni hija provduta fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’:
ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs);
ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u
ċittadini Maltin,
skont il-livell edukattiv tagħhom, jiġifieri:
edukazzjoni sekondarja;
edukazzjoni post-sekondarja; u
edukazzjoni terzjarja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 32827, filwaqt li nirreferih ukoll għal miżura mħabbra fil-budget għas-sena d-dieħla dik li jinġħoloq Reġistru Nazzjonali ta’ Talent, għall-istudju dettaljat li ġie ppubblikat fil-Malta Labour Migration Policy u r-rapport anwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra mill-Prim Ministru Robert Abela P.L. 6111.
Jobsplus u Aġenziji ta’ Xogħol - Reġistrazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’:
ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs);
ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u
ċittadini Maltin,
li huma attwalment reġistrati għax-xogħol ma’ Jobsplus u kemm minnhom huma reġistrati ma’ aġenziji tal-impjiegi, u jaqsam din l-informazzjoni f’tabella separata? Jista’ wkoll jippreżenta tabella b’kemm TCNs, ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin jaħdmu permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi fis-setturi li ġejjin:
Ospitalità;
Kostruzzjoni;
Sigurtà;
Domestic cleaning;
Office cleaning;
Carers;
Nurses;
Edukazzjoni;
LSEs;
Cleansing u manutenzjoni tal-lokalitajiet;
Marittimu;
Avjazzjoni;
Bejgħ bl-imnut (retail);
Xogħol ta’ uffiċċju;
Call centres;
Managers u amministraturi;
Enforcement tat-traffiku;
Settur pubbliku u ċivili?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li
t-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi n-numru ta’ persuni minn pajjiżi terzi, minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u Maltin li kienu f’impjieg sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 (l-aħħar ċifri ppubblikati) maqsumin jekk jaħdmux fis-settur privat, fis-settur pubbliku u ċivili.
Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’:
ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs);
ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u
ċittadini Maltin,
li jaħdmu fis-setturi kollha kif definiti fl-istħarriġ tal-Labour Force Survey? Għal kull settur, jista’ wkoll jagħti l-median wage li jaqilgħu l-ħaddiema f’dak is-settur, separata skont it-tliet kategoriji ta’ ħaddiema msemmija hawn fuq?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’:
ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs);
ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u
ċittadini Maltin,
separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed?
Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa:
0% taxxa;
15% taxxa;
25% taxxa u
35% taxxa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej:
ċittadini Maltin;
ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u
ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)?
Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tan-nefqa fil-marketing u PR mill-aġenzija Project Green minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, San Ġiljan u Tas-Sliema – Żieda ta’ Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jkun hemm żieda fin-numru ta’ pulizija li jaqdu d-dmirijiet tagħhom fil-lokalitajiet fejn hemm attività kummerċjali u turistika iktar minn postijiet oħra, bħal San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, San Ġiljan u Tas-Sliema, fost oħrajn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija dejjem jara li l-compliment tal-pulizija jkun skont l-esiġenzi tas-servizz u l-intelligence li jkollu l-Korp tal-Pulizija, li jkun ibbażat fuq fatti u esperjenza. Ma’ dan jittieħdu diversi inizjattivi oħra ta’ prevenzjoni u f’dan kollu jkunu involuti diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija u mhux biss dawk allokati fil-lokalità. Dan wassal biex pajjiżna jikseb riżultati bla preċedent fit-tnaqqis ta’ kriminalita fl-ahhar snin u anke Malta ġiet ikklassifikata fit-tnax-il post fid-dinja għall-livell ta’ ordni u sigurtà, skont l-Indiċi tas-Saltna tad-Dritt tal-World Justice Project.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għal tweġibiet parlamentari, 32603 u 32261 li huma fost diversi mistoqsijiet parlamentari li weġibt u li jispjegaw il-ħidma kbira u ffokata li għaddejja mill-korp u r-riżultati li qed jinkisbu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal clearances mill-Awtorità tal-Artijiet, għal proġetti proposti minn kunsilli lokali li magħhom hemm marbuta applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet u f’kull każ, jgħid meta hu mistenni li l-istess clearances fil-fatt jinħarġu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li LC1 Type C hemm pendenti 25 li huma kollha applikazzjonijiet li daħlu fl-2025 sat-3 ta’ Diċembru 2025. M’hemmx applikazzjoni pendenti li daħlu fi snin preċedenti. L-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien qasir. Sa l-aħħar ta’ din is sena hu mistenni li dawn l-applikazzjonijiet jkunu pproċessati.
Riġenerazzjoni ta’ Marsaskala – ċirkulazzjoni tal-ilma tal-baħar lejn il-Magħluq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ Marsaskala hux se jkun qed jinkludi xogħol fuq iċ-ċirkulazzjoni tal-ilma baħar lejn il-Magħluq sabiex is-sitwazzjoni ma tibqax tiddeterjora?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-proġett tal-Magħluq hu proġett apparti.
Riġenerazzjoni ta’ Marsaskala – Bicycle Lane lejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-riġenerazzjoni ta’ Marsaskala hux se tkun qed timplimenta bicycle lane li tingħaqad maż-żewġ toroq lejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-intervent ser ikun fuq l-embelishment tal-promenade u l-istrutturi tal-madwar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32445 u jgħid kemm hawn ċittadini mhux Maltin li għandhom karozza reġistrata f’isimhom fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ċittadini mhux Maltin li kellhom karozza reġistrata f’isimhom bejn l-2013 u l-2024, maqsuma sena b’sena?
Il-Birgu - Parti ta’ Sant Anġlu - De Guiral Battery
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31439, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu d-diskussjonijiet interni dwar il-parti magħrufa bħala d-De Guiral Battery taħt Sant Anġlu fil-Birgu, imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li kienet ingħatat fil-PQ 31439 fejn għadom għaddejin diskussjonijiet interni.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308 u l-wegħda elettorali li jkun hemm arkivju nazzjonali ġdid f’Ta Qali, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir biex dan iseħħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li wara li s-sit f’ Ta’ Qali ingħaqad fi proġett akbar għaż-żona f’Ta’ Qali, kif weġibt f’istanzi oħra, ġew esplorati numru ta’ siti bil-għan li jiġi identifikat sit idoneju li jissodisfa r-rekwiżi tekniċi u jitjieb l-aċċess tal-pubbliku u jixpruna l-interess lejn dan il-proġett u x-xogħol tal-Arkivju Nazzjonali u bħalissa għaddej l-istudju fuq sit partikolari biex ikun verifikat jekk il-binja ta’ Arkivju Nazzjonali ġdid tistax issir hemm.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308 u l-wegħda elettorali li jkun hemm arkivju nazzjonali ġdid f’Ta Qali, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir biex dan iseħħ?