Ir-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imġarr, Ħaż-Żebbuġ u l-Imtarfa – rapporti ta’ serq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm serq irrappurtat fil-lokalitajiet tar-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imġarr, Ħaż-Żebbuġ u l-Imtarfa minn Mejju 2022 sal-lum? Kemm minn dawn il-każijiet sal-lum għadhom ma ġewx riżolti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bejn Mejju 2022 u 31 ta’ Diċembru 2022 ġew rapurtati 135 każ li minnhom għadhom għaddejin l-investigazzjonijiet fuq 110 każ.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qegħdin jinxtraw dawn il-mediċini bħalissa mill-ispiżeriji u kemm kien il-prezz tagħhom f'Jannar 2022: Actifed, Keral, Broncho/Influtuss, Flodol Heat/Ice, Paracetamol, Hysan, Muciclar syrup, Solpadiene caps (30 tabs), Medofed Syrup u Ventolin inhaler?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
Korpi dixxiplinati – persuni li taw il-25 sena servizz — pensjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-pulizija, il-membri tal-Armata u l-bqija li wettqu l-25 sena servizz, ikollhom iċ-ċans għal pensjoni sħiħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Korpi dixxiplinati – persuni li taw il-25 sena servizz — pensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-pulizija, il-membri tal-Armata u l-bqija li wettqu l-25 sena servizz, ikollhom iċ-ċans għal pensjoni sħiħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
MDIA — deċiżjonijiet dwar każijiet li ġew ikkontestati quddiem il-Qrati jew Tribunali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi każijiet fejn ġew ikkontestati quddiem il-Qrati jew Tribunali deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA)? Jekk hemm, jista’ jagħti lista tagħhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li MDIA għandha każ wieħed li fil-preżent li qiegħed quddiem it-Tribunal Industrijali.
Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent min huma l-membri tal-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u jekk hemmx xi vacancies fuq dan il-Bord?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq il-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ma hemm l-ebda vakanza. Il-persuna maħtura fil-preżent huma l-Inġ. James Camenzuli (President), is-Sur Mario Azzopardi (Viċi-President), is-Sur Frederick Cutajar (Membru), is-Sa Doriette Scicluna (Membru), is-Sa Mary Grace Gauci (Membru), is-Sur Kenneth Busuttil (Membru), id-Dott. Ana Thomas (Membru) u id-Dott. Claudio Zammit (Segretarju).
REWS – Kawżi pendenti fejn qed jiġu kontestati deċizijonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-kawżi attwalment pendenti fejn qed jiġu kontestati deċiżjonijiet tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS)? F’kull każ, tista’ tagħti l-okkju tal-kawża u quddiem liema Qorti jew Tribunal hu pendenti l-każ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti s-sejħa SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mgarr passenger ferry terminals’? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni ta' din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-offerta tinsab fil-proċess ta’ evalwazzjoni u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw aktar dettalji.
Animal Welfare Department – spezzjonijiet f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Animal Welfare ġewwa l-gżira ta' Għawdex tul l-2020, l-2021 u l-2022? Jista’ jgħid kemm ittieħdu passi legali fuq trattament mhux xieraq ta’ annimali fl-istess perjodu ġewwa l-gżira ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm-il sid ġie mwiddeb mingħajr ma ttieħdu passi? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista’ jagħti break down sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma t-toroq, areas u roundabouts ġewwa Għawdex li huma indukrati/miżmuma (embellished) mill-GEB Landscaping Malta? Tista’ tgħid kemm hemm ħaddiema li b' mod regolari jaħdmu ġewwa l-gżira Għawdxija fuq dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm 5 ħaddiema impjegati fuq dawn ix-xogħolijiet mal-GEB u li bħalissa għaddej il-proċess sabiex jiżdiedu tlett ħaddiema oħra.
Marsaxlokk – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti ta’ Marsaxlokk u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Marsaxlokk, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Marsaxlokk
Irġiel
Nisa
Total
SA/SUP/UA
5
26
31
SUA
6
0
6
Total
11
26
37
SA – Għajnuna Soċjali
SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet
UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad
SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-Mużew Marittimu tal-Birgu tul is-sena li għaddiet u jekk kemm-il-darba huwiex reġa' miftuħ għall-pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-infiq fuq il-Mużew Marittimu matul is-sena 2022 kien ta’ €2,888,463.74 li tinkludi nefqa kemm rikurrenti kif ukoll kapitali, minn fondi Nazzjonali u fondi tan-Norveġja.
Intant infurmat ukoll li l-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Mużew Marittimu għadu għaddej għalhekk l-imsemmi mużew għadu jinsab magħluq għall-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4463 u 5172 u jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jistax jindika s-sess tal-istess?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 992 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minnhom kien hemm 558 raġel filwaqt li kien hemm 434 mara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti tal-Gudja u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti l-Gudja, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Gudja
Irġiel
Nisa
Total
SA/SUP/UA
2
13
15
SUA
0
2
2
Total
2
15
17
SA – Għajnuna Soċjali
SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet
UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad
SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.
Santa Luċija – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti ta’ Santa Luċija u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Santa Luċija, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Santa Luċija
Irġiel
Nisa
Total
SA/SUP/UA
7
51
58
SUA
0
0
0
Total
7
51
58
SA – Għajnuna Soċjali
SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet
UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad
SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien possibbilment skont is-sess tagħhom tul is-sena 2022 u kemm kien hemm dħul u nfiq fl-istess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li filwaqt li Heritage Malta ma żżommx dettalji dwar is-sess tal-viżitaturi, n-numru ta’ viżitaturi li żaru t-Tempji ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2022 kien ta’ 45,340.
Infurmat ukoll li d-dħul jammonta għal €202,584.37 filwaqt li l-infiq jammonta għal €62,306.
Pulizija – Każi rapportati lill-Avukat Ġenerali dwar prostituzzjoni ta’ minuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ irrapporta lill-Avukat Ġenerali li tkun qed tiġi inkuraġġita u megħjuna l-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6(2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'azzjoni ħa l-Avukat Ġenerali dwar kull wieħed mill-imsemmija każijiet li ġew irrappurtati lilu mill-Kummissarju tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi min-naħa tal-Pulizija ma jirriżultax illi fil-perjodu indikat mill-Onorevoli Membru kien hemm każi simili rapportati lill-Avukat Ġenerali. Għal tweġibiet ulterjuri, il-mistoqsija parlamentari għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Każi rapportati lill-Avukat Ġenerali dwar prostituzzjoni ta’ minuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ ġie rrappurtat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija li tkun qed tiġi inkuraġġita u megħjuna l-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6(2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'azzjoni ħa l-Avukat Ġenerali dwar kull wieħed mill-imsemmija każijiet li ġew irrappurtati lilu mill-Kummissarju tal-Pulizija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ li ġie rrappurtat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija dwar inkuraġġjament u għajnuna għall-prostituzzjoni ta’ minuri f’burdell jew f’lokal ieħor użat għal skop ta’ prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kapitolu 63 tal-Ligijiet ta’ Malta).
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f'kemm-il każ il-Qrati ta' pajjiżna ordnaw li minuri jiġi kkunsinnat lill-ġenituri jew axxendenti oħra tiegħu jew lit-tutur tiegħu b'ordni biex jieħdu ħsieb l-edukazzjoni tiegħu u joqogħdu attenti għall-kondotta tiegħu skont dak li jipprovdi l-artikolu 6(3) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jindika s-sess u l-età tal-minuri li dwaru saret l-ordni mill-Qrati ta' pajjiżna? Jista' jgħid f'kemm il-każ ġew imposti l-penali msemmija fl-artikolu 35(3) tal-Kodiċi Kriminali? Jista' jgħid f'kemm-il każ il-Qorti ordnat li l-minuri għandu jiġi miżmum f'istitut ta' edukazzjoni jew post ieħor minħabba li l-istess minuri ma kellux ġenituri, axxendenti jew tutur?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżomx din it-tip ta’ statistika.
Qrati – persuni akkużati li għexu minn fuq il-qliegħ tal-prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li għexet minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni ta' persuna oħra bi ksur tal-artikolu 7 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u s-sena 2022 il-persuni li tressqu il-Qorti akkużati li għexu minn fuq il-qliegħ tal-prostituzzjoni ta' persuni oħra bi ksur tal-artikolu 7 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta) kien kif jidher fit tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji oħra mitluba ġew inkluzi fl-istess lista annessa, kull fejn dan kien possibli.