Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li rċevew iċ-ċekk ta’ €150

Question

Jista' l-Ministru tal-Finanzi jgħid kemm minn dawk li ntbagħtilhom ċekk ta' €150 għax jaqilgħu minn €20,000 gross fis-sena u f'ħinijiet atipiċi umani huma: a. Maltin; b. UE 3; c. nazzjonalità oħra (TCN's)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitlubha tinsab fit-tabella t’ hawn taħt: Nazzjonalita persuni Maltin 15,225 ue 2,532 Nazzjonalita’ oħra (TCNs) 6,859

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 4 - service-oriented approach to technology

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 4) kien li l-Korp tal-Pulizija jrid jimplimenta "service-oriented approach to technology", jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-prattiċi fl-immaniġġar tal-IT ġewx implimentati jew le? U jekk iva, kif ġew implimentati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3974.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 5 - risk assesments

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 5) kien li l-Korp se jagħmel eżerċizzju ta’ "risk assessment" fejn se jiġu identifikati priority areas fil-policing strategy għall-futur, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan l-eżerċizzju sarx, u jekk iva, tħejja xi dokument? Jekk inhu l-każ, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan id-dokument?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3975.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 5 - outsourcing

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 5) kien li ser isiru diskussjonijiet ma’ aġenziji, ‘social partners’ u nies pajżana, fejn ċertu xogħol li s-soltu jsir mill-pulizija jista’ jiġi operat minn dawn l-aġenziji u b’hekk il-Pulizija tkun tista’ tiffoka fuq xogħol ieħor, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux dawn id-diskussjonijiet u jekk iva, ma' liema aġenziji, ‘social partners’ u nies pajżana saru? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx ‘outsourcing’ ta’ ċertu xogħol li s-soltu jsir mill-Pulizija? Jekk iva, x’ġie outsourced u lil min?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3976.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 6 - ristrutturar

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 6) kien li jsir ristrutturar fil-Malta Police Force (MPF) bil-għan li jkun hemm struttura organizzata fejn ir-riżorsi jkunu użati tajjeb u iktar effiċjenti u ntqal ukoll li jrid ikun hemm strateġija ċara biex ma jkunx hemm xogħol doppju bejn il-units, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-istrateġija dwar it-tqassim ta’ riżorsi saritx fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? U jekk saret, jista' jispjega jekk meta, pereżempju, ikun hemm omiċidju jirrikorrux fuq il-lok tad-delitt Pulizija tad-Distrett, tal-RIU u tal-iskwadra kontra l-Omiċidji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3977.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 6 - supervisors

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 6) kien li ser jinħatru numru ta’ supervisors li jkunu responsabbli fuq pulizija junior u b’hekk tiżdied l-effiċjenza u koordinazjoni bejn il-units fil-Malta Police Force, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħatru minn dawn is-supervisors u x’inhuma l-kriterji biex jinħatru u kif tinħadem din is-sistema ta’ superviżjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3978.

Korp tal-Pulizija — Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 - Objective 6 - business continuity plan

Question

B'referenza għall-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025, fejn intqal li wieħed mill-oġġettivi strateġiċi (Objective 6) kien li jkun żviluppat il-‘Business Continuity Plan’ (‘BCP’) biex kull membru tal-pulizija jkollu gwida u direzzjoni ċara ta’ kif il-Korp jitmexxa u b' hekk il-Korp ma jibqax jiddependi fuq numru żgħir ta’ individwi, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-BCP sarx u jekk iva, meta sar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3979.

Sptar Mater Dei – Hospitality Lounge – finanzjar għall-proġett ta’ rinnovazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kien iffinanzja l-proġett ta’ rinnovazzjoni tas-sala Hospitality Lounge fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett ta’ rinnovazzjoni tas-sala Hospitality Lounge fl-Isptar Mater Dei, kien iffinanzjat minn fondi nazzjonali.

Kura tas-saħħa mentali — Pjan għal sptar temporanju

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-pjan biex isir sptar temporanju għall-kura tas-saħħa mentali, għall-perjodu sakemm isir dak ġdid ippjanat mill-Gvern, li għadu lanqas beda u ser jieħu fit-tul biex jitlesta, ġie mwarrab u b’hekk qed ibati l-pazjent?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-Tender għall-kiri ta’ bini bil-għan li jintuża bħala sptar temporanju li jospita pazjenti akuti bi problemi ta’ saħħa mentali inħareg f’Marzu 2022. L-Ebda waħda mis-sottomessjonijiet minn naħa tal-offerenti ma leħqet ir-rekwiżiti. Bħalissa għaddej il-proċess biex joħroġ tender ġdid.

Sptar Mount Carmel – rinnovazzjoni ta’ swali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sala fl-Isptar Mount Carmel ġiet rinnovata kompletament fl-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid liema huma dawn is-swali?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar ħames snin Sala Tabiba Maria Sciberras u Dar Sebħ Ġdid ġew renovati kompletament. Kif ukoll is-sezzjoni tal-Isolation tas- Sala San Ġorg Preca u hemm xogħlijiet li għadhom għaddejjin. ¯ewġt iswali (Block 1) – xogħolijiet strutturali waslu fi stadju avvanzat. Meta dawn jitlestew jibdew M&E u l-finishes. FW8 : għaddejjin xogħolijiet strutturali FW7 : qed isiru diskussjonijiet rigward pjanar u disinn tas-sala skond il-b¿onnijiet tal-pazjenti. FW2 : xogħolijiet strutturali tlestew u għaddejjin xogħolijiet ta’ M&E u finishes. Block 6 : tlesta d-disinn ta’ dawn iz-¿ewġt iswali u ġiet sottomessa l-applikazzjoni l-Awtorita tal-Ipjanar.

Sptar Mount Carmel – rinnovazzjoni tas-swali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sala fl-Isptar Mount Carmel għaddejja minn rinnovazzjoni, liema huma u f’liema stat ta’ rinnovazzjoni waslu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 5288

Sptar Mount Carmel – rinnovazzjoni tas-swali – trasferiment tal-pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn ġew trasferiti l-pazjenti mill-Isptar Mount Carmel waqt li qed isir ir-rinnovar tal-iswali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peres li l-istrateġija tas- Servizzi tas-Saħħa Mentali tħaddan il-prinċipju li l-kura l-aħjar li tingħata fil- kommunita’, waqt li qed isir ir-rinnovar tal-iswali, l-pazjenti ġew trasferiti għal Hostels, djar tal-anzjani u San Vincenz de Paule. Pazjenti bi problemi ta’ disabilita’ intelletwali ġew transferiti għal Casa Nuovo.

Sptar Mount Carmel – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi xogħlijiet fis-swali dedikati lill-CCF fl-Isptar Mount Carmel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li saru diversi xogħolijiet fis-Sala prinċipali u d-dormitorji tal-Forensic Unit fl-isptar Monte Karmeli mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Apparti x-xogħol ta’ żebgħa u manutenzjoni, twaħħlu wkoll 2 air-conditioners fl-istess sala, inbidel is-suffitt tas-saqaf kollu, u twaħħlu fire alarms ġodda, wara li dawk li kien hemm kienu qdiemu u ma kienux qed jiffunzjonaw tajjeb. Twaħħlu wkoll sistemi ta’ kameras ġodda bin-night vision, zoom-in-system u nbiddlu s-servers għal servers akbar. Inbidel ukoll is-sett tat-televiżjoni għal wieħed akbar u nqalgħu x-xawers li kienu bil-madum, u minflok saru bil-vinyl għal raġunijiet ta’ iġene u sigurtà fil-konfront ta’ nies li jippruvaw iweġġgħu lilhom infushom. Inħoloq ukoll xawer ieħor ġewwa s-Secure Observation Rooms. Bħalissa qed jigi mwaħħal diviżorju fejn il-priġunieri ser ikollhom aċċess aħjar għall-bitħa, fejn ser ikun jista’ jgħaddi stretcher f’każ ta’ eventwalità.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — persuni li jaħdmu bit-teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working u teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — persuni li jaħdmu bit-teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 5334.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali - persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali - persuni li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Binja tal-GEM16+ – gym u showers

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru x-showers u l-gym fil-binja tal-programm edukattiv GEM16+, u dan wara li l-gym u x-showers li kien hemm qabel, ittieħdu biex jinstab spazju għall-Education Hub?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post ta’ rilokazzjoni ġie identifikat u x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.