Minħabba li sa minn Ġunju 2022 għadha ma ġietx imwieġba l-mistoqsija parlamentari 1981, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati, sena sena u sakemm qed titwieġeb din il-mistoqsija, Energy Performance Certificates (EPCs) għall-ewwel darba, maqsuma bejn bini jew installazzjonijiet privati, pubbliċi u kummerċjali? Kemm minn dawn skadew? Kemm minn dawk li skadew reġgħu ġew imġedda u kemm minn dawk li skadew għadhom skaduti? Kemm mir-rakkomandazzjonijiet li saru fiċ-ċertifikati li saru fl-ewwel ċertifikat ġew implimentati sakemm saret iċ-ċertifikazzjoni sussegwenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra rigward ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fuq Triq Mater Boni Consiglii, il-Fgura? X'inhu l-pass li jmiss u meta hu maħsub li titlesta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5551.
B’referenza għall-pjan għal Triq tal-Barrani u li kienet fil-midja fil-jiem li għaddew, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, pjanti li juru l-pjanijiet tax-xogħlijiet previsti għal din it-triq prinċipali u għal interċessjonijiet tat-toroq li jaqbdu ma' din it-triq u li jinkludu:
a. Direzzjoni lejn iċ-Ċentru ta' Ħal Tarxien (Triq Palma),
b. Gudja (Triq Ħal Tarxien),
c. Direzzjoni Bulebel-Fgura (Triq San Anard),
d. Direzzjoni St James Hospital (Triq il-Ħotba),
e. Ħal Għaxaq (Triq il-Belt Valletta), u
f. aktar l’isfel fid-direzzjoni tal-Vjal 25 ta' Novembru, Żejtun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet għal dan il-junction upgrade għadhom qed jiġu ffinalizzati. L-Agenzija tinsab f’diskussjonijiet attivi ma’ stakeholders biex dan il-proġett jimxi l-quddiem għal benefiċċju ta’ kulħadd.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5344 u jikkonferma li t-traffic lights ta' Triq it-Tiġrija, il-Marsa (35°52'49.3"N 14°29'28.2"E) huma aċċessibbli biss għal numru żgħir ta' nies li għandhom aċċess għal ċavetta? Jekk iva, jista' jispjega r-raġuni għal dan? Jista' jgħid min huma n-nies li għandhom aċċess? Jista' jispjega wkoll għalfejn ir-residenti li jgħixu fl-akkwati m'għandhomx?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights minnu indikati huma intiżi biex jiffaċilitaw manuvrar ta’ vetturi kummerċjali fl-akkwati u huma s sidien ta' dawn l entitajiet kummerċjali li għandhom access għalihom. Il-kontroll ta’ dawn il-lights kien imwaħħal qrib dawn l-attivitajiet kummerċjali għal dan il-għan, jiġifieri biex ikunu jistgħu joħorġu l vetturi tagħhom mit-trejqa li hemm biswit. Biex jiġi evitat il-periklu li hemm meta persuna taqsam dik it triq, ittieħdu numru ta miżuri. Persuna tista' timxi passaġġ ta' madwar 400 metru li hu sigur u li xorta waħda jaqdi lir-residenti li jgħixu fl-inħawi.
Fgura – Triq l-Għollieq u Triq Ħaż-Żabbar – każ ta’ azzjoni ta’ infurzar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5350 u ċjoè: Fid-dawl li l-azzjoni ta' infurzar li rreferejt għaliha fil-mistoqsija parlamentari 5199 ma titrattax dwar il-ħitan "temporanji", imma dwar il-fatt li fil-pjanti marbutin mal-permess li nħareġ, l-iżvilupp ħareġ 'il barra mil-linji tal-"istreet alignment" li kien hemm annessi mal-mistoqsija parlamentari, jista' l-Ministru jispjega kif il-permess ġie approvat bi żvilupp 'il barra mill-"istreet alignment"? Jista' jgħid ukoll s'issa x'azzjoni ttieħdet marbuta mal-claim għal infurzar li d-dettalji dwarha kienu ngħataw separatament mal-mistoqsija parlamentari 5199? Jista' jagħti garanzija li l-Gvern u l-Awtorità se jaraw li ma jsirx abbuż mill-iżviluppatur u l-aċċess minn Triq l-Għollieq għal Triq Ħaż-Żabbar se jibqa' aċċessibbli għall-pubbliku kif dejjem kien u kif juri l-"istreet alignment"?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar tara li l-pjanti approvati mal-permess tal-iżvilupp u l-linja uffiċjali tal-bini jiġu segwiti fl-eżekuzzjoni tal-iżvilupp.
Mellieħa- Triq Edward Camilleri – zebra crossing/lights
Question
Jista’ l-Ministru jikkonsidra b’urġenza li fi Triq Edward Camilleri fil-Mellieħa (fil-parti ta’ fejn hemm l-entratura għall-klassijiet tal-Kinder u taċ-Childcare Centre) issir zebra crossing/lights minn Transport Malta u dan biex jiġu evitati inċidenti/traġedji, liema sitwazzjoni kienet viċin li sseħħ għal diversi drabi fl-aħħar ġimgħat?Fejn tajjeb jingħad ukoll li fl-istess parti tat-triq, hemm l-entratura għall-faċilità sportiva tal-Mellieħa Sports Club li tintuża minn mijiet ta’ tfal u żgħażagħ b’mod regolari matul il-ġimgħa.
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitlesta l-Health Centre ta' Birkirkara u meta beħsiebu jerġa’ jibda jopera u jkompli jagħti d-diversi servizzi lejn iċ-ċittadini li joqogħdu Birkirkara?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan hu, li c- Ċentru tas-Saħħa ta’ B’Kara jerġa jibda jopera it-tieni sitt xhur ta’ din is-sena. Fil-frattemp, is-servizz tat-teħid tad-demm u dak tal-Podjatrija baqgħu jingħataw miċ-Ċentru ta’ B’kara.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1277 fejn il-Ministru qal li l-moll għal-Landing Place f’Bormla għas-servizz tal-Harbour Ferry mistenni jitlesta u jibda jintuża sal-aħħar ta’ Ottubru 2022, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol u jibda jintuża dan il-landing place f’Bormla?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Bormla Ferry Landing Site jinsab fl-aħħar fażi tiegħu. Bħalissa ninsabu fi stadju ta’ ttestjar u kkummissjoni tal-makkinarju u installazzjoni tas-servizzi. Il-proġett mistenni jkun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għala t-traffic lights fi Triq Santa Tereża, Bormla jieħdu 50 sekonda minn meta wieħed jagħfas biex jaqsam sakemm jixgħel il-lights biex wieħed ikun jista’ jaqsam?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights fit-triq imsemmija għandhom programmat 35 sekonda ħin ta’ stennija u 3 sekondi ambra qabel ma jintwera d-dawl aħmar lill-vettura. Din hija skont in-norma.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1022 fejn il-Ministru qal li x-xogħol marbut mal-Mina ta’ Għajn Dwieli u ċjoè l-proġett huwa ppjanat li jitlesta sal-aħħar ta’ Ottubru, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun lest dan ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta lestiet xogħolijiet ta’ restawr tal-istruttura tal-mina ta’ Għajn Dwieli, inkluż iż-żewġ daħliet taghha, kif ukoll ix-xaft ta’ ventilazzjoni li hemm f’nofsha. Tlestew ukoll xogħolijiet ta’ asfaltar biex b’hekk il-mina bħalissa tinsab miftuħa għall-pubbliku. Fix-xhur li ġejjin, se tibda l-installazzjoni tas-sistema tad-dawl ġdida u aċċessorji oħra biex tittejjeb is-sigurta’ f’kas ta’ nirien fil-mini.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-Marina u s-servizzi offruti fil-Marina tal-Birgu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Marina tal-Birgu hija waħda privata taħt konċessjoni li tinkludi l-ispa¿ju tal-baħar fejn jitpoġġew il-puntuni u l-moll ma’ fejn jitwaħħlu l-istess puntuni.
Bħal Marinas oħra privati, huwa fl-obbligu tal-Operatur skond il-ftehim ta’ konċessjoni, li jżomm f’kundizzjoni tajba u jmantni regolarment l-infrastruttura u s-servizzi relatati mal-operat bħala manutenzjoni u tiswija ordinarja. Dan jinkludi manutenzjoni u tiswijiet fuq il-pavimentar ta’ fuq il-moll taħt l-istess konċessjoni fejn partijiet minnu, bl-użu u ż-żmien jinqala u anke jsirlu ħsara b’ipparkjar illegali ta’ vetturi li jagħtu servizz lir-restoranti ta’ fuq ix-xatt.
Il-culverts li jgħattu is-servizzi u konnessjonijiet ta’ dawl u ilma li jgħaddu minn taħthom ukoll issirilhom ħsara u dawn jinbidlu u jitranġaw ukoll skond il-ħtieġa.
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ manutenzjoni u tiswija straordinarja, jiġifieri interventi fuq mollijiet biex tisewwa ħsara li saret biż-żmien u li ma jirriżultax li sar bl-operat, dan isir b’koordinazzjoni bejn l-Awtoritajiet tal-Gvern konċernati, f’dan il-ka¿ l-Awtorità tal-Artjiet, Infrastructure Malta u Transport Malta.
Il-parti tal-moll quddiem il-Mużew Marittimu ġarrab ħsarat konsiderevoli matul iz-zmien, speċjalment fuq il-pedamenti u s-sisien tiegħu.
It-tip ta’ interventi li għandhom isiru qiegħdin jiġu diskussi bejn l-Awtoritajiet imsemmija biex ikun jista’ jibda x-xogħol meħtieg fix-xħur li ġejjin.
Birgu – Irwejjaħ tad-drenaġġ mill-baħar quddiem il-Monument tal-Ħelsien
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qegħdin ikunu investigati l-irwejjaħ kbar ta’ drenaġġ li hemm fil-baħar quddiem il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li ġejjin il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, flimkien ma’ Infrastructure Malta se jwettqu xogħlijiet f’Misraħ ir-Rebħa. Permezz ta’ dan l-intervent l-imsemmija irwejjaħ għandhom jiġu indirizzati.
Noise Control Commission – problema ta’ noise pollution
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4271, u peress li r-referenzi li ngħataw ma jagħtux tweġiba għall-mistoqsija li saritilha, tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4271 u tgħid jekk hemmx xi persuna/i jew kummissjoni li tagħti parir lill-Ministru fuq kwistjonijiet ġenerali relatati mal-istorbju, peress li n-Noise Control Commission m’għadhiex topera u allura m’għadhiex taqdi din il-funzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nerġa nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tagħha stess numru 4271, li tagħmel referenza għal mistoqsija parlamentari numru 2258 li twieġeb tajjeb il-mistoqsija li qed tagħmel.
Imma peress li l-Onorevoli Interpellanta jidher li ma fehmitx t-tweġiba, niċċaralha għal darb’oħra li l-awtorità għal-Ambjent u r-Riżorsi li taqa’ taħt il-Ministeru għal-Ambjent, L-Enerġija u l-Intrapriża, hija responsabbli skond ir-Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta’ Ħsejjes fl-ambjent (L.S.549.37), tistabbilixxi metodi biex jiġu evitati, issir prevenzjoni u jkunu mnaqqsa ħsejjes fl-ambjent fosthom permezz ta’ mapep tal-ħsejjes.
Dan ir-regolament mhux intiż biex jindirizza ħsejjes fuq livell individwali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4272, u peress li r-referenzi li ngħataw ma jagħtux tweġiba għall-mistoqsija li saritilha, tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4272 u tgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jipproponi qafas leġiżlattiv sabiex tiġi regolata l-problema ta’ noise pollution b’mod ħolistiku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta li tajtha għall-mistoqsija tagħha stess numru 4272, li tagħmel referenza għat-tweġiba għal mistoqsija 2258 u allura għall-qafas legali li jirregola ħsejjes fl-ambjent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ppreżentati każi sa issa quddiem il-Bord tar-Regolamenti tal-Kera minn meta daħal fis-seħħ l-Att dwar ir-Riforma tal-Kirjiet Residenzjali Kontrollati, Att XXIV tal-2021? Kemm minn dawn kienu solvuti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' każi preżentati quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera minn meta ġie fis-seħħ l-Att XXIV tal-2021 sas-27 ta’ Jannar 2023 fil-Qorti ta’ Malta kienu ta' 2,099 li minnhom ġew terminati 704. Filwaqt li fil-Qorti ta' Għawdex ġew preżentati 63li minnhom ġew terimanti 24.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4188, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu pendenti l-każ in kwistjoni fiż-żona tad-Dib fil-Mosta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għad baqa' porzjon tà art li trid tiġi akkwistata wara li sar espropju permezz ta’ GN nr.148 tas-26/02/1988. L-istess każ għadu qiegħed jinstema’ quddiem il-Land Arbitration Board għaldaqstant l-akkwist tal-art f’dik iż-żona ma jistax jiġi ffinnalizzat qabel ma jitlestew dawn il-proċeduri.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi jsiru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li spezzjonijiet isiru fuq bażi regolari, u għall-arrieda, f’kull post li jinħass li jkun hemm bżonn, u jsiru wkoll fuq rapporti mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħra li għandhom doveri fuq dan it-tip ta’ Żvilupp, speċjalment:
· meta jitpoġġew imwejjed u siġġijiet mingħajr ma tkun ingħatat konċessjoni mingħand L-Awtorita’ ta’ l-Artijiet;
· meta s-sid tal-istabbiliment għandu konċessjoni ta’ mwejjed u siġġijiet, u qiegħed jabbuza billi jitpoġġew imwejjed u siġġijiet il-barra mill-marki stabbiliti u konformi mal-permess;
· meta jitpoġġew imwejjed u siġġijiet li jkunu ta’ detriment (Periklu) għall-Publiku in ġenerali;
· meta l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar toħrog Avviż ta’ Infurzar (Enforcement Notice) u tinforma lill-Awtorita’ ta’ l-Artijiet
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-sussidji disponibbli għal studenti tal-MCAST sabiex jgħinuhom jixtru rota, pedelec, mutur jew e-kick scooter?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sussidji disponibbli għal studenti tal-MCAST sabiex ngħinuhom jixtru rota, pedelec, mutur jew e-kick scooter huma kif stipulat.
€500 meta tinxtara rota li taħdem bl-elettriku;
€1000 għal mutur ġdid li jaħdem bil-petrol jew
€2000 għal mutur ġdid li jaħdem bid-dawl jew
€400 meta rota tiġi konvertita f’pedelec Dawn l-istudenti jrid jkollhom 16-il sena jew aktar u jkunu fil-pussess ta’ liċenzja biex isuqu mutur.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4786 u 5365 u jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fl-Iskola Primarja ‘B' f' Taċ-Ċgħaki, ir-Rabat, Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq l-iskola msemmija se jkunu lesti għas-sena skolastika li jmiss.