Jista' d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il tieqa hemm ġewwa l-MIU1 li jagħtu għal barra u li minnhom il-pazjenti jistgħu jittawlu għal barra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-MIU 1 m’ hemmx twieqi li jgħatu għall barra
Sptar Mater Dei – MIU 1 – sodod, toilets u showers
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sodda hemm ġewwa l-MIU1? Jista' jgħid kemm-il toilet u shower hemm disponibbli għall-pazjenti li hemm ġewwa l-MIU1?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- MIU1 fiha 29 sodda u fiha hemm 3 toilets u 3 showers.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4873 u jgħid kemm hu n-numru globali ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja f’kull kategorija msemmija hawn taħt:
(a) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1920 u 1940;(b) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1941 u 1955;
(c) Pensjonanti li twieldu bejn is-sena 1956 u 1961; u
(d) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1962 u 1965?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali illum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja singola?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali illum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni sal-lum li qed jirċievu l-pensjoni tal-età? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm hi n-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hawn nisa li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tar-raġel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hawn irġiel li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tal-mara?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Persuni bil-kondizzjoni ta’ Multiple Sclerosis – Mediċina ‘Kesimpta (ofatumumab)’
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess ta’ tendering għall-mediċina‘Kesimpta (Ofatumumab)’ sabiex tingħata lil min ibati minn Multiple Sclerosis?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ħareg l-ebda tender għall mediċina li qed jirreferi għaliha.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3137 fejn il-Ministru informa li dawn ix-xogħlijiet se jkunu lesti sa Diċembru li għadda, peress li wasalna fl-aħħar ta Jannar 2023 u x-xogħol għadu għaddej, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li dan ix-xogħol jintemm? X’inhi r-raġuni li dan ix-xogħol waqa’ lura? Jista’ l-Ministru konċernat jieħu l-passi neċessarji sabiex il-kuntrattur jimxi b’ritmu mgħaġġel kemm jista’ jkun u mhux jitħalla jġebbed bix-xogħol b’numru limitat ta’ ħaddiema fuq is-sit tax-xogħol? Jaf il-Ministru li sakemm qed isir dan it-tnikkir, ir-residenti ta’ din il-parti tat-triq qed jgħaddu minn inkonvenjenti kbar bla bżonn speċjalment meta tagħmel ix-xita?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel saff t’asfalt fl-ewwel fażi ta’ din it-triq ingħata iktar kmieni il-ġimgħa l-oħra wara li nstab li partijiet mill-pedamenti ta’din it-triq kien jinvolvi aktar xogħol kawża ta’ materjal naturali dgħajjef. Fattur ieħor li kkawża ħsarat kien it-temp u b’hekk kellu jerġa’ jsir xi xogħol. Ix-xogħol fit-tieni fai jinsab fi stadju avvanzat filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li jibda x-xogħol fuq il-pedamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jissewwa u jibda jiffunzjona l-lift tal-Blokka tal-Bini tal-Gvern, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilu bil-ħsara għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-residenti tal-imsemmi blokk, fis-sena 2022 ġew iggwidati biex japplikaw taħt l-iskema LFT tal-Awtorità tad-Djar sabiex jibbenefikaw minn lift ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ ta’ nazzjonalità Maltija ta’ età bejn 16 u 30 sena bejn is-snin 2013 u 2022 li f’xi perjodu minn dan kellhom impjieg reġistrat f’Malta jew Għawdex u mbaghad ma baqgħux reġistrati fl-ebda impjieg u lanqas kienu/qegħdin jirreġistraw għax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, skont il-formoli tal-bidu tal-impjieg, in-numru ta’ żgħażagħ ta’ nazzjonalità Maltija, li kellhom impjieg f’Malta jew Għawdex bejn is-snin 2013 u 2022, u kellhom l-età ta’ bejn is-16 u 30 fil-perjodu rispettiv kien ta’ 114,751. Kull persuna ngħaddet darba biss.
Minn dawn il-persuni 18,015-il persuna m’għandhomx impjieg irreġistrat u lanqas kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol sal-aħħar ta’ Diċembru 2022. Ir-ragunijiet għal dan jistgħu jkunu diversi, inkluż li jkunu komplew bl-istudji tagħhom.
B’referenza għall-bini ġdid ta’ appartamenti tal-Gvern f’Bormla li għadu qed jinbena, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Dawn l-appartamenti diġà ġew allokati?
b. Meta ġew allokati?
c. Meta kienu mwegħdin l-inkwilini l-ġodda li se jkollhom iċ-ċwievet tal-appartamenti?
d. Peress li l-bini għadu mhux lest, meta huwa mistenni li dan il-proġett jintemm u l-inkwilini l-ġodda jingħataw iċ-ċwievet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-Bord tal-Allokazzjoni fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka appartamenti f’diversi blokok f’Bormla matul is-sena 2022. Iċ-ċwievet u l-kuntratt finali huma taħt ir-responsabbiltà tal-Malita Investments.
B’referenza għall-proġett ta’ djar li qed jinbena ġewwa Bormla, jista’ l-Ministru jgħid jekk parti minn dan il-proġett tikkonsistix f’numru ta’ garaxxijiet? Kemm hemm garaxxijiet? Kif ser ikunu allokati dawn il-garaxxijiet u meta? L-inkwilini li ngħataw appartament fl-istess blokka se jkollhom xi forma ta’ right of first refusal jew xi privileġġ ieħor?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tad-Djar li qed jinbena ġewwa Bormla jikkonsisti minn 30 garaxx. Dawn il-garaxxijiet ser ikunu qed jiġu mqassma mill-uffiċjali tal-kumpanija Malita Investments.
Residenza San Vinċenz de Paul – nurses u/jew carers barranin
Question
Jista' Ministru jgħid jekk nurses u/jew carers barranin (TCN) li jaħdmu fil-parti l-ġdida ta' San Vinċenz għandhomx salarju bażiku u/jew bonuses differenti minn dawk li jaħdmu fil-parti l-antika? Jekk inhu l-każ jista' jagħti raġuni u/jew ġustifikazzjoni?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-care workers li huma pprovduti lil San Vinċenz de Paul u li jaħdmu fil-blokok il-ġodda huma pprovduti u mħallsa minn Kuntrattur.
Applikazzjonijiet għar-rijunifikazzjoni ta’ barranin mal-familja f’Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies barranin, nazzjonalità b’nazzjonalità li applikaw għar-rijunifikazzjoni mal-familja tagħhom f'Malta u għadhom qed jistennew li jintemmilhom il-proċess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-nazzjonalità ta’ dawk li applikaw għar-rijunifikazzjomi mal-familja tagħhom f’Malta huma kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Nationality
Number of Applications
Georgian
1
Serbian
3
Albanian
3
Filippino
6
Indian
13
Malaysian
2
Tunisian
1
Syrian
3
Ethiopian
1
Libyan
5
Nigerian
2
Pakistani
8
Bangladeshi
3
Egyptian
2
British (United Kingdom)
3
Sinhalese (Srilanka)
2
Turkish
3
Russian
2
Moldovan
1
Mexican
1
South African
1
Lebanese
1
Macedonian
2
Japanese
1
American (U.S.A.)
2
Chinese
1
Colombian
2
Uzbek
1
Applikazzjonijiet għar-rijunifikazzjoni ta’ barranin mal-familja f’Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ż-żmien minn mindu persuna tapplika għar-rijunifikazzjoni mal-familja sakemm jintemm il-proċess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li għandha ssir referenza għal-LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 217.06, REGOLAMENTI DWAR IR-RIJUNIFIKAZZJONI TAL-FAMILJI, b'mod partikolari l-paragrafu 9.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema tip ta' operazzjonijiet u kemm minn kull tip ġew posposti mill-1 ta' Jannar 2023 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija fl-Isptar Mater Dei u x'kienet ir-raġuni prinċipali għal kull tip ta' operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-Key Performance Indicators għall-użu tal-operating theatres fl-Isptar Mater Dei u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li juri l-kejl tal-performance tal-użu tal-operating theatres?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.